Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Ġermanja
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Ġermanja tal-Punent irratifikat il-Konvenzjoni fit-23 ta' Awwissu 1976 u l-Ġermanja tal-Lvant irratifikatha fit-12 ta' Diċembru 1988, u b'hekk is-siti storiċi tagħhom saru eliġibbli biex jitniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Mill-2024, il-Ġermanja għandha 54 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, fosthom 51 sit kulturali u 3 siti naturali.[3] L-ewwel sit fil-Ġermanja li tniżżel fil-lista kien il-Katidral ta' Aachen fl-1978, li kien ukoll wieħed mill-ewwel siti fid-dinja li żdiedu fil-lista.[4] Il-Ġermanja għandha t-tieliet l-ikbar ammont ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fid-dinja, wara l-Italja u ċ-Ċina.
Il-Wied tax-Xmara Elbe fi Dresden, li kien iddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-periklu f'Lulju 2006, finalment tneħħa mil-lista f'Ġunju 2009, u b'hekk huwa wieħed minn tliet siti biss li qatt tneħħew mil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[5]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit Nru | Isem | Ritratt | Post | Kriterji | Sena | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | Katidral ta' Aachen | Aachen | kulturali: (i), (ii), (iv), (vi) |
1978 | Il-Katidral ta' Aachen huwa kapulavur ikoniku tal-arkitettura li ispira bosta kopji tiegħu fil-Ġermanja kollha fis-sekli ta' wara li nbena. Il-katidral sar l-ewwel struttura li qatt inbniet bil-volti minn żmien il-qedem. Il-belt innifisha kienet marbuta mill-qrib ma' Karlu Manju waqt it-tnissel tal-katidral, u għalhekk sar il-post fejn indifen meta miet fit-814 W.K.[6] | |
2 | Abbazija u Altenmünster ta' Lorsch | Lorsch | kulturali: (iii), (iv) |
1991 | L-abbazija u d-daħla jew it-"Torhall" huma ta' żmien Karlu Manju. L-iskulturi u l-pitturi notevoli ta' żmien Karlu Manju għadhom f'kundizzjoni tajba.[7] | |
3 | Bauhaus u s-Siti tal-Moviment f'Weimar, f'Dessau u f'Bernau | Dessau, Weimar and Bernau bei Berlin | kulturali: (ii), (iv), (vi) |
1996 | Stabbilit fl-1919 f'Weimar, il-Moviment tal-Bauhaus kien l-iżjed skola tal-arti influwenti tas-seklu 20. Il-binjiet iddisinjati mill-arkitetti tal-Bauhaus huma rappreżentanti fundamentali tal-Moderniżmu Klassiku. Is-Sit ta' Wirt Dinji jinkludi l-binjiet tal-Moviment tal-Bauhaus f'Weimar u l-Haus am Horn, Weimar; il-binja tal-Bauhaus f'Dessau, il-Meisterhäuser (fejn kien jgħix il-persunal superjuri)[8] u l-Laubenganghäuser (id-"Djar b'Aċċess mill-Gallarija");[9] u l-Iskola tat-Trade Union tal-ADGB f'Bernau bei Berlin.[10] | |
4 | Bergpark Wilhelmshöhe | Kassel | kulturali: (iii), (iv) |
2013 | Il-Bergpark Wilhelmshöhe huwa l-ikbar park Ewropew fl-għoljiet, u t-tieni l-ikbar park fuq xaqliba muntanjuża fid-dinja. L-impjant tal-ilma flimkien mal-istatwa enormi ta' Erkole fil-quċċata jikkostitwixxu espressjoni tal-ideali tal-Monarkija assolutista, filwaqt li l-kumpless huwa xhieda notevoli tal-estetika tal-perjodu Barokk u dak Romantiku.[11] | |
5 | Residenzi tal-Moderniżmu f'Berlin | Berlin | kulturali: (ii), (iv) |
2008 | Is-sit jikkonsisti minn sitt residenzi mill-1910 sal-1933. Huwa eżempju tal-moviment tar-riformi li kkontribwixxa għat-titjib tal-abitazzjonijiet u tal-kundizzjonijiet tal-għajxien għan-nies b'introjtu baxx. Ir-residenzi jesponu għadd ta' disinni, tiżjin u konfigurazzjonijiet ġodda. It-tagħlimiet meħuda hawnhekk ġew applikati fuq proġetti oħra madwar id-dinja. Uħud mill-arkitetti notevoli ta' dawn l-abitazzjonijiet kienu Bruno Taut, Martin Wagner u Walter Gropius.[12] | |
6 | Kumpless Karolinġju tal-Abbazija ta' Corvey | Höxter | kulturali: (ii), (iii), (iv) |
2014 | Il-Kumpless Karolinġju tal-Abbazija ta' Corvey inbena bejn it-822 u t-885 W.K. f'ambjent rurali ppreservat. Il-Westwerk hija l-unika struttura eżistenti li tmur lura għal żmien Karlu Manju, filwaqt li l-kumpless imperjali tal-abbazija huwa ppreservat bħala l-fdalijiet arkeoloġiċi li ġew parzjalment skavati għalissa. Il-Westwerk ta' Corvey jirrappreżenta waħda mill-iżjed espressjonijiet uniċi importanti ta' żmien Karlu Manju.[13] | |
7 | Kastelli ta' Augustusburg u Falkenlust fi Brühl | Brühl | kulturali: (ii), (iv) |
1984 | Il-Kastell ta' Augustusburg, ir-residenza tal-prinċpijiet-arċisqfijiet ta' Köln, u l-loġġa tal-kaċċa ta' Falkenlust huma żewġ eżempji tal-arkitettura tar-Rokokò Bikri Ġermaniż.[14] | |
8 | Għerien u l-Arti tal-Era Glaċjali fil-Jura tas-Swabja | 48°23'16.0"N 9°45'56.0"E 48°32'56.0"N 10°10'32.0"E |
Baden-Württemberg
kulturali: (iii) |
2017 | Il-bnedmin moderni waslu għall-ewwel darba fl-Ewropa 43,000 sena ilu matul l-aħħar era glaċjali. Waħda miż-żoni li insedjaw kienet iż-żona tal-Jura tas-Swabja fin-Nofsinhar tal-Ġermanja. Skavati mis-snin 60 tas-seklu 19, sitt għerien żvelaw oġġetti li jmorru lura bejn 43,000 sa 33,000 sena ilu.[15] | |
9 | Il-Muniċipju u l-Istatwa ta' Roland fil-Pjazza tas-Suq ta' Bremen | Bremen | kulturali: (iii), (iv), (vi) |
2004 | Is-sit jikkonsisti mill-muniċipju u mill-istatwa ta' Roland maġenbu. Il-muniċipju nbena fis-seklu 15 meta Bremen issieħbet fil-Lega Anseatika. Ġie rinnovat fis-seklu 17, u muniċipju ġdid inbena fil-qrib fil-bidu tas-seklu 20. Taħt l-Imperu Ruman Sagru, Bremen kellha awtonomija estensiva u b'hekk il-belt kibret u l-muniċipju kien iċ-ċentru tal-poter tagħha. Il-muniċipju l-antik u l-muniċipju l-ġdid ħelsuha ħafif waqt il-bumbardamenti tat-Tieni Gwerra Dinjija. L-istatwa ta' Roland inbniet fl-1404 u hija għolja 5.5 metri (18-il pied).[16] | |
10 | Weimar Klassika | Thüringen | kulturali: (iii), (vi) |
1998 | Weimar saret ċentru kulturali fl-aħħar tas-seklu 18 u fil-bidu tas-seklu 19. Fost il-bosta artisti u kittieba, il-belt ospitat lil Goethe u lil Schiller. Matul dan il-perjodu nbnew bosta binjiet u parks eleganti f'Weimar.[17] | |
11 | Knisja Kolleġjali, Kastell u Ċentru Storiku ta' Quedlinburg | Harz | kulturali: (iv) |
1994 | Il-preservazzjoni taċ-ċentru storiku ta' Quedlinberg tippermetti lit-turisti jaraw id-djar bl-oqfsa tal-injam tas-sekli 16 u 17 u jimxu tul it-toroq Medjevali, filwaqt li jgawdu l-kastell u l-katidral Rumanesk, fejn indifnu Enriku I u martu.[18] | |
12 | Katidral ta' Köln | Köln | kulturali: (i), (ii), (iv) |
1996 | Għalkemm ix-xogħol tal-kostruzzjoni tal-Katidral ta' Köln beda fl-1248, il-katidral baqa' ma tlestiex sa żmien il-Prussjani, li temmew il-kostruzzjoni fl-1880. Ġie bbumbardjat sew fit-Tieni Gwerra Dinjija, iżda permezz tar-restawr irnexxielu jsir l-iżjed attrazzjoni li jżuruha nies fil-Ġermanja, b'saħansitra 6.5 miljun viżitatur fis-sena mill-2011.[19] | |
13 | Reġjun tal-Estrazzjoni tal-Minerali ta' Erzgebirge/Krušnohoří* | Sachsen, il-Ġermanja u | kulturali: (ii), (iv) |
2019 | Il-muntanji fix-Xlokk tal-Ġermanja u fil-Majjistral taċ-Ċekja kienu sors tal-metalli, fosthom il-fidda, il-landa u l-uranju mill-bidu tas-seklu 12. Il-pajsaġġ kulturali tar-reġjun issawwar bl-innovazzjonijiet tal-estrazzjoni u tat-tidwib.[20] | |
14 | Fabbrika ta' Fagus f'Alfeld | Alfeld | kulturali: (ii), (iv) |
2011 | Mibnija minn Walter Gropius fl-1910, il-fabbrika ddisinjata għall-manifattura tal-forom tal-injam għall-produzzjoni taż-żraben kienet rinomata għar-ridefinizzjoni tal-valuri dekorattivi ta' dak iż-żmien, b'mod partikolari fl-użu mifrux tal-ħġieġ biex il-binja tkun iktar omoġenja, bħala prekursur għax-xogħlijiet li ġew wara mill-Moviment tal-Bauhaus.[21] | |
15 | Fruntieri tal-Imperu Ruman* | it-Tramuntana tal-Ingilterra u n-Nofsinhar tal-Ġermanja |
Central Lowlands,
kulturali: (ii), (iii), (iv) |
1987 | Il-Ħajt ta' Adrijanu nbena fil-122 W.K. u l-Ħajt ta' Anton inbena fil-142 W.K. biex l-Imperu Ruman jiġi difiż mill-"barbari". Dan is-Sit ta' Wirt Dinji qabel kien jinkludi l-Ħajt ta' Adrijanu biss, iżda iktar 'il quddiem ġie estiż biex jinkludi l-Fruntieri tal-Imperu Ruman fis-seklu 2 W.K., inkluż il-Ħajt ta' Anton fit-Tramuntana u l-Ħajt ta' Trajanu fil-Lvant tal-Ewropa.[22] | |
16 | Renju tal-Ġonna ta' Dessau-Wörlitz | Sachsen-Anhalt | kulturali: (ii), (iv) |
2000 | Ir-Renju tal-Ġonna ta' Dessau-Wörlitz huwa eżempju straordinarju tal-applikazzjoni tal-prinċipji filosofiċi tal-Illuminiżmu fid-disinn ta' pajsaġġ li jintegra l-arti, l-edukazzjoni u l-ekonomija b'mod kumplessiv armonjuż.[23] | |
17 | Belt Anseatika ta' Lübeck | Schleswig-Holstein | kulturali: (iv) |
1987 | Lübeck kienet il-belt kapitali kummerċjali tal-Lega Anseatika influwenti, li kellha monopolju tal-kummerċ fil-biċċa l-kbira tat-Tramuntana tal-Ewropa. Għalkemm għoxrin fil-mija tal-belt inqerdet fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-biċċa l-kbira tal-arkitettura tas-seklu 12 għadha intatta.[24] | |
18 | Ċentri Storiċi ta' Stralsund u Wismar | Mecklenburg-Vorpommern | kulturali: (ii), (iv) |
2002 | Iż-żewġ bliet kienu ċentri kummerċjali ewlenin tal-Lega Anseatika fis-sekli 14 u 15. Imbagħad servew bħala ċentri difensivi u amministrattivi għall-Iżvezja mitejn sena wara, l-iktar matul il-Gwerra tat-Tletin Sena. L-istili arkitettoniċi ta' dawn iż-żewġ perjodi huma preżenti u huma ppreservati sew.[25] | |
19 | Imfakar Luterani f'Eisleben u f'Wittenberg | Sachsen-Anhalt | kulturali: (iv), (vi) |
1996 | Dawn iż-żewġ irħula f'Sachsen-Anhalt huma assoċjati mal-ħajja ta' Martin Luteru u r-riformista sieħbu Melanchthon. Fost l-imfakar Luterani inklużi nsibu d-dar ta' Melanchthon f'Wittenberg, id-djar f'Eisleben fejn Luteru twieled fl-1483 u fejn miet fl-1546, il-kamra tiegħu f'Wittenberg, il-knisja lokali u l-knisja-kastell fejn fil-31 ta' Ottubru 1517, Luteru waħħal il-"95 Teżi" famużi tiegħu, li nedew ir-Riformazzjoni u era ġdida ta' storja politika u reliġjuża fid-dinja tal-Punent.[26] | |
20 | Teatru tal-Opri Margravjali ta' Bayreuth | Bavarja | Bayreuth, il-kulturali: (i), (iv) |
2012 | It-teatru tal-opri Barokk fir-raħal ta' Bayreuth inbena bejn l-1745 u l-1750. Huwa wieħed mill-ftit teatri eżistenti ta' dak il-perjodu fl-Ewropa u ġie rrestawrat b'mod estensiv.[27] | |
21 | Kumpless tal-Monasteru ta' Maulbronn | Maulbronn | kulturali: (ii), (iv) |
1993 | Il-Monasteru ta' Maulbronn jitqies bħala kumpless monastiku taċ-Ċisterċensi li huwa l-iżjed komplut u li huwa ppreservat l-aħjar fost il-kumplessi monastiċi Medjevali fit-Tramuntana tal-Alpi. Il-binjiet prinċipali nbnew bejn is-sekli 12 u 16, flimkien mal-ħitan tal-monasteru. Il-knisja tal-monasteru, l-iktar bi stil Gotiku Tranżizzjonali, għenet biex jinfirex l-istil Gotiku madwar it-Tramuntana tal-Ewropa u l-Ewropa Ċentrali. Il-monasteru kellu wkoll sistema elaborata tal-ġestjoni tal-ilma.[28] | |
22 | Sit tal-Fossili tal-Foss ta' Messel | Messel | naturali: (viii) |
1995 | Il-Foss ta' Messel huwa l-iżjed sit rikk fid-dinja għall-fehim tal-ambjent fl-Eoċen, bejn 57 miljun u 36 miljun sena ilu. B'mod partikolari, juri l-istadji bikrin tal-evoluzzjoni tal-mammiferi u jinkludi fossili ppreservati tajjeb ħafna ta' mammiferi. Uħud mill-iżjed skoperti notevoli jinkludu skeletri artikolati għalkollox u l-kontenut aħħari fl-istonku tal-annimali.[29] | |
23 | Minjieri ta' Rammelsberg, Ċentru Storiku ta' Goslar u s-Sistema tal-Ġestjoni tal-Ilma tal-Muntanji Superjuri tal-Harz | Goslar u l-Muntanji Superjuri tal-Harz | kulturali: (i), (ii), (iii), (iv) |
1992 | Is-sistema tal-ġestjoni tal-ilma tal-Muntanji Superjuri tal-Harz ġiet żviluppata tul perjodu ta' xi 800 sena sabiex tkun ta' għajnuna fit-tħaffir u fl-estrazzjoni tal-minerali. Il-minjieri u l-għadajjar tagħhom bdew taħt il-patrijiet Ċisterċensi fil-Medju Evu. Madankollu, il-biċċa l-kbira tax-xogħlijiet inbnew mill-aħħar tas-seklu 16 sas-seklu 19. Hija magħmula minn sistema kumplessa ħafna ta' għadajjar artifiċjali, kanali żgħar, mini u passaġġi taħt l-art għad-drenaġġ. Il-minjieri kienu sit ewlieni għall-innovazzjoni tax-xogħol tat-tħaffir u tal-estrazzjoni fid-dinja tal-Punent.[30] | |
24 | Gżira Monastika ta' Reichenau | Baden-Württemberg | kulturali: (iii), (iv), (vi) |
2000 | Is-sit jinkludi traċċi tal-monasteru Benedittin, stabbilit fis-724, li kellu influwenza spiritwali, intellettwali u artistika notevoli fir-reġjun kollu tal-madwar. Il-knejjes ta' Santa Marija u ta' San Mark, ta' San Pietru u ta' San Pawl, u ta' San Ġorġ, inbnew l-iktar bejn is-sekli 9 u 11. Il-pitturi u t-tiżjin tagħhom mal-ħitan juru attività artistika impressjonanti.[31] | |
25 | Museumsinsel (il-Gżira tal-Mużewijiet), Berlin | Berlin | kulturali: (ii), (iv) |
1999 | Il-ħames mużewijiet tal-Gżira tal-Mużewijiet f'Berlin, li nbnew bejn l-1824 u l-1930, huma kollezzjoni magħquda iżda diversifikata ta' kollezzjonijiet u binjiet ta' mużewijiet. Kull mużew inbena biex ikun integrat mal-kollezzjoni u jirrappreżenta l-estetika taż-żminijiet differenti. Il-kollezzjonijiet jittraċċaw l-iżvilupp taċ-ċivilizzazzjonijiet tul iż-żminijiet.[32] | |
26 | Park ta' Muskau/Mużakowski* | Bad Muskau / Mużakowski | kulturali: (i), (iv) |
2004 | Dan il-park jinsab max-xmara Neisse u fil-fruntiera bejn il-Polonja u l-Ġermanja. Inħoloq mill-Prinċep Hermann von Puckler-Muskau mill-1815 sal-1844. Iddisinjat bħala "pittura bil-pjanti", uża l-pjanti lokali biex jittejjeb il-pajsaġġ eżistenti. Il-park huwa mifrux fir-raħal ta' Bad Muskau flimkien ma' parks u spazji ħodor oħra. Is-sit fih ukoll kastell rikostruwit, pontijiet u arboretum.[33] | |
27 | Katidral ta' Naumburg | Naumburg, | kulturali: (i), (ii) |
2018 | Il-katidral huwa eks katidral tal-Veskovat ta' Naumburg-Zeitz. Il-binja tal-knisja, li l-biċċa l-kbira tagħha tmur lura għas-seklu 13, hija għeliem rinomat tar-Rumanesk Aħħari Ġermaniż.[34] | |
28 | Ċentru Storiku ta' Regensburg bl-iStadtamhof | Regensburg | kulturali: (ii), (iii), (iv) |
2006 | Din il-belt Medjevali fiha bosta binjiet notevoli li nbnew matul kważi żewġ millenji u jinkludu binjiet Rumani antiki, Rumaneski u Gotiċi. L-arkitettura tas-sekli 11 sa 13 ta' Regensburg ħolqot belt b'toroq dojoq u b'diversi binjiet għoljin. Tinkludi d-djar patrizjani u t-torrijiet Medjevali, għadd kbir ta' knejjes u monasteri, kif ukoll il-Pont tal-Ġebel tas-seklu 12. Regensburg kienet ċentru kummerċjali Ewropew fil-Medju Evu u ċentru politiku tal-Imperu Ruman Sagru li kkonverta għall-Protestantiżmu.[35] | |
29 | Palazzi u Parks ta' Potsdam u Berlin | Berlin, Potsdam | kulturali: (i), (ii), (iv) |
1990 | Dan is-sit fih 500 ettaru ta' parks u 150 binja li nbnew bejn l-1730 u l-1916. Huwa estiż fid-distrett ta' Berlin-Zehlendorf, bil-palazzi u l-parks tul ix-xtut tax-xmara Havel u l-Lag ta' Glienicke. Voltaire qagħad fil-Palazz ta' Sans-Souci, li nbena taħt Federiku II bejn l-1745 u l-1747.[36] | |
30 | Knisja tal-Pellegrinaġġi ta' Wies | Steingaden | kulturali: (i), (iii) |
1983 | Il-Knisja ta' Wies (1745-1754) hija frott ix-xogħol tal-arkitett Dominikus Zimmermann u hija kapulavur tar-Rokokò Bavarjan.[37] | |
31 | Siti Preistoriċi bil-Puntali madwar l-Alpi* | 111-il sit differenti f'sitt pajjiżi | kulturali: (iv), (v) |
2011 | Dan is-sit transnazzjonali (kondiviż mal-Awstrija, ma' Franza, mal-Italja, mas-Slovenja u mal-Iżvizzera) fih 111-il sit individwali bil-fdalijiet ta' abitazzjonijiet preistoriċi bil-puntali ta' insedjamenti preistoriċi madwar l-Alpi, li nbnew mill-5000 sal-500 Q.K. f'xifer il-lagi, ix-xmajjar jew l-artijiet mistagħdra. Fihom minjiera ta' informazzjoni dwar il-ħajja u l-kummerċ fil-kulturi agrarji Neolitiċi u ta' Żmien il-Bronż fl-Ewropa Alpina.[38] | |
32 | Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa* | Foresti differenti fi 12-il pajjiż | naturali: (ix) |
2007 | Il-Foresti Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji jintużaw biex jiġi studjat it-tifrix tas-siġar tal-fagu (Fagus sylvatica) fl-Emisferu tat-Tramuntana f'varjetà ta' ambjenti u l-ambjent fil-foresti. Is-sit tniżżel għall-ewwel darba fl-2007 b'komponenti mis-Slovakkja u mill-Ukrajna. Ġie estiż fl-2011, fl-2017, u fl-2021 biex jiġu inklużi l-foresti f'total ta' 18-il pajjiż.[39] | |
33 | Monumenti Rumani, il-Katidral ta' San Pietru u l-Knisja tal-Madonna fi Trier | Trier | kulturali: (i), (iii),(iv), (vi) |
1986 | Il-kolonja Rumana fi Trier ġiet stabbilita fis-seklu 1 W.K. Kibret f'belt ewlenija u saret waħda mill-bliet kapitali tat-Tetrarkija fl-aħħar tas-seklu 3. Ħafna mill-istrutturi ta' żmien ir-Rumani għadhom preżenti fi Trier. Il-katidral huwa l-eqdem knisja fil-Ġermanja, peress li nbena fuq il-fdalijiet tal-binjiet Rumani ta' Massiminu ta' Trier fit-329-346.[40] | |
34 | Speicherstadt u d-Distrett ta' Kontorhaus | Amburgu | kulturali: (iv) |
2015 | L-iSpeicherstadt u d-distrett ta' Kontorhaus fil-qrib huma żewġ żoni urbani b'densità ta' bini fiċ-ċentru tal-belt portwali ta' Amburgu. L-iSpeicherstadt, oriġinarjament żviluppata fuq grupp ta' gżejjer dojoq fix-xmara Elbe bejn l-1885 u l-1927, ġiet parzjalment mibnija mill-ġdid mill-1949 sal-1967. Hija waħda mill-ikbar kumplessi storiċi koerenti ta' mħażen portwali fid-dinja.[41] | |
35 | Katidral ta' Speyer | Speyer | kulturali: (ii) |
1981 | Il-Katidral Rumanesk ta' Speyer ġie stabbilit minn Konrad II fl-1030 u ġie mmudellat mill-ġdid fl-aħħar tas-seklu 11. Kien wieħed mill-iżjed katidrali Rumaneski grandjużi fl-Imperu Ruman Sagru u l-post tad-dfin tal-imperaturi Ġermaniżi għal kważi 300 sena.[42] | |
36 | Katidral ta' Santa Marija u l-Knisja ta' San Mikiel f'Hildesheim | Hildesheim | kulturali: (i), (ii), (iii) |
1985 | Is-sit jikkonsisti minn żewġ knejjes f'Hildesheim. Il-Knisja Rumaneska Ottonjana ta' San Mikiel inbniet bejn l-1010 u l-1020. Fuq ġewwa l-knisja mżejna b'saqaf tal-injam notevoli, xogħol impitter tal-istukko, u bil-Kolonna ta' Bernward. It-teżori tal-Katidral Rumanesk ta' Hildesheim jinkludu l-Bibien ta' Bernward, il-kandilabru ta' Hezilo, il-kandilabru ta' Azelin u teżori oħra.[43] | |
37 | Ix-Xogħol Arkitettoniku ta' Le Corbusier, Kontribut Straordinarju lill-Moviment Modern* | Stuttgart, il-Ġermanja, u għadd ta' binjiet f'sitt pajjiżi oħra
N46 28 6.29 E6 49 45.61 |
kulturali: (i), (ii), (vi) |
2016 | Magħżul fost ix-xogħlijiet ta' Le Corbusier, is-17-il komponent ta' dan is-sit transnazzjonali huma xhieda tal-invenzjoni ta' lingwa arkitettonika ġdida li ma baqgħetx issegwi l-imgħoddi. Inbnew tul perjodu ta' nofs seklu, matul dak li Le Corbusier iddeskriva bħala "riċerka bis-sabar". Il-Complexe du Capitole f'Chandigarh (l-Indja), il-Mużew Nazzjonali tal-Arti tal-Punent, f'Tokjo (il-Ġappun), id-Dar ta' Dr Curutchet f'La Plata (l-Arġentina) u l-Unité d’habitation f'Marsilja (Franza) jirriflettu s-soluzzjonijiet li l-Moviment Modern ipprova japplika matul is-seklu 20 għall-isfidi biex jiġu vvintati tekniki arkitettoniċi ġodda li jwieġbu għall-ħtiġijiet tas-soċjetà. Dawn il-kapulavuri tal-kreattività jixhdu wkoll l-internazzjonalizzazzjoni tal-arkitettura fid-dinja.[44] | |
38 | Raħal ta' Bamberg | Bamberg | kulturali: (ii)(iv) |
1993 | Fl-1007, Bamberg sar iċ-ċentru ta' djoċesi li kienet maħsuba biex tgħin il-Kristjaneżmu jinfirex fost is-Slavi. Matul is-seklu 12 l-Isqfijiet ta' Bamberg bdew programm ta' kostruzzjoni pubblika monumentali. L-arkitettura li żviluppat influwenzat il-kostruzzjoni fit-Tramuntana tal-Ġermanja u fl-Ungerija. Fis-seklu 18 sar iċ-ċentru tal-IIluminiżmu meta kittieba bħal Hegel u Hoffmann marru jgħixu hemmhekk.[45] | |
39 | Wied Superjuri tar-Renu Nofsani | Hesse |
Rheinland-Pfalz u
kulturali: (ii), (iv), (v) |
2002 | Medda ta' 65 kilometru (40 mil) tal-Wied Superjuri tar-Renu Nofsani fil-Ġermanja tospita bosta kastelli, irħula storiċi u vinji u kienet sors ta' ispirazzjoni għal bosta kittieba, artisti u kompożituri.[46] | |
40 | Fabbrika tal-Azzar ta' Völklingen | Völklingen | kulturali: (ii), (iv) |
1994 | Il-fabbrika tal-azzar li ngħalqet dan l-aħħar hija l-unika eżempju intatt fil-Punent tal-Ewropa u fl-Amerka ta' Fuq ta' fabbrika ta' din ix-xorta li nbniet fis-sekli 19 u 20.[47] | |
41 | Il-Baħar ta' Wadden* | Medda li tmiss ma' tliet pajjiżi | naturali: (viii), (ix), (x) |
2009, 2011, 2014 | Il-Baħar ta' Wadden jinkludi ż-Żona ta' Konservazzjoni tal-Baħar ta' Wadden fin-Netherlands, il-Parks Nazzjonali Ġermaniżi tal-Baħar ta' Wadden ta' Niedersachsen u ta' Schleswig-Holstein, u l-medda tad-Danimarka. Il-linja tal-kosta ġeneralment hija waħda ċatta u fiha artijiet bassasa, artijiet bit-tajn, imraġ u duni. Is-sit ikopri żewġ terzi tal-Baħar ta' Wadden u jospita bosta speċijiet ta' pjanti u ta' annimali. Fih jitnisslu sa 12-il miljun għasfur fis-sena u jappoġġa iktar minn 10 fil-mija tal-popolazzjoni ta' 29 speċi. Ġie estiż fl-2011 biex jinkludi l-Park Nazzjonali Ġermaniż tal-Baħar ta' Wadden ta' Amburgu u fl-2014 ġiet inkluża l-parti Daniża wkoll tal-Baħar ta' Wadden.[48] | |
42 | Kastell ta' Wartburg | Eisenach | kulturali: (iii), (vi) |
1999 | Il-Kastell ta' Wartburg jinsab fuq irdum ta' 410 metri (1,230 pied) fuq Eisenach. Tkabbar f'diversi sezzjonijiet u għad fadal uħud biss mis-sezzjonijiet Medjevali. Il-kastell inbena fis-seklu 19 għad-dehra attwali tiegħu. Martin Luteru ttraduċa t-Testment il-Ġdid bil-Ġermaniż meta kien eżiljat fil-Kastell ta' Wartburg.[49] | |
43 | Sistema tal-Ġestjoni tal-Ilma ta' Augsburg | Augsburg | kulturali: (ii), (iv) |
2019 | Is-sistemi tal-ġestjoni tal-ilma ta' Augsburg inbnew bejn is-seklu 14 u s-seklu 21. Network ta' kanali, torrijiet tal-ilma, tagħmir tal-ippompjar u stazzjonijiet idroelettriċi ilhom jipprovdu ilma tax-xorb u enerġija għall-belt għal sekli sħaħ.[50] | |
44 | Residenza ta' Würzburg bil-Ġonna u l-Pjazza | Würzburg | kulturali: (i), (iv) |
1981 | Il-palazz Barokk kbir u lussuż inħoloq taħt il-patroċinju tal-prinċpijiet-isqfijiet Lothar Franz u Friedrich Carl von Schönborn. Huwa wieħed mill-ikbar palazzi fil-Ġermanja.[51] | |
45 | Kumpless Industrijali tal-Minjieri tal-Faħam ta' Zollverein | Essen | kulturali: (ii), (iii) |
2001 | Il-kumpless industrijali ta' Zollverein fin- Nordrhein-Westfalen jinkludi t-tagħmir kollu ta' minjiera storika tal-faħam li bdiet topera madwar 150 sena ilu. Uħud mill-binjiet tas-seklu 20 huma pjuttost notevoli.[52] | |
46 | Kumpless Arkeoloġiku tal-Fruntiera ta' Hedeby u ta' Danevirke | Schleswig, Schleswig-Holstein, | kulturali: (iii), (iv) |
2018 | Hedeby kien insedjament importanti tal-Vikingi Daniżi u tal-Varangjani Żvediżi. Jitqies bħala belt Medjevali bikrija fit-Tramuntana tal-Ewropa u kien post kummerċjali importanti u ċentru prinċipali għall-kummerċ fuq distanza twila bejn l-Iskandinavja, il-Punent tal-Ewropa, ir-reġjun tal-Baħar tat-Tramuntana u l-Istati Baltiċi.
Danevirke hija fortifikazzjoni tal-Medju Evu Bikri u Aħħari fit-Tramuntana ta' Schleswig-Holstein. Tikkonsisti minn ħitan tat-tajn u tal-ħamrija bi ħniedaq, ħajt tal-brikks, żewġ kastelli Medjevali bil-ħitan u fruntiera tal-baħar.[53] | |
47 | Bliet ShUM ta' Speyer, Worms u Mainz | Lhudi ta' Speyer
49°18′58″N 8°26′23″E / 49.31611°N 8.43972°E Ċimiterju Lhudi ta' Speyer 49°37′47″N 8°21′19″E / 49.62972°N 8.35528°E Kumpless tas-Sinagoga ta' Worms 49°38′01″N 8°21′58″E / 49.63361°N 8.36611°E Ċimiterju Lhudi Antik ta' Mainz |
Sit kulturali: (ii),(iii), (vi) |
2021 | L-eks bliet tal-katidrali imperjali ta' Speyer, Worms u Mainz, fil-Wied Superjuri tar-Renu, jinkludi s-Sit Lhudi ta' Speyer, bl-istrutturi tas-sinagoga u l-parti tas-sinagoga aċċessibbli għan-nisa, il-fdalijiet arkeoloġiċi tal-yeshiva (skola reliġjuża), il-bitħa u l-mikveh (banju tar-ritwali) ta' taħt l-art, li ppreservaw il-kwalità arkitettonika għolja tagħhom. Dan is-Sit ta' Wirt Dinji jinkludi wkoll il-Kumpless tas-Sinagoga ta' Worms, bir-rikostruzzjoni fil-post tas-sinagoga tas-seklu 12 li saret wara l-gwerra u l-parti tas-sinagoga aċċessibbli għan-nisa tas-seklu 13, is-sala komunitarja (Dar ta' Rashi), u l-mikveh monumentali tas-seklu 12. Barra minn hekk, jinkludi wkoll iċ-Ċimiterju Lhudi Antik ta' Mainz. Dawn il-komponenti jirriflettu b'mod tanġibbli d-drawwiet distintivi tal-Lhud Ashkenaz u l-iżvilupp u l-insedjament tal-komunitajiet ShUM, b'mod partikolari bejn is-sekli 11 u 14. Il-binjiet ta' dan is-sit servew bħala prototipi għall-binjiet komunitarji u reliġjużi tal-Lhud li nbnew wara kif ukoll għaċ-ċimiterji fl-Ewropa. L-akronimu ShUM jirrappreżenta l-inizjali bl-Ebrajk ta' Speyer, Worms u Mainz.[54] | |
48 | Kolonja tal-Artisti ta' Darmstadt, Mathildenhöhe | Mathildenhöhe, Darmstadt | kulturali: (ii), (iv) |
2021 | Il-Kolonja tal-Artisti ta' Darmstadt f'Mathildenhöhe, l-ogħla elevazzjoni fuq il-belt ta' Darmstadt fil-Punent u ċ-ċentru tal-Ġermanja, ġiet stabbilita fl-1897 minn Ernst Ludwig, il-Gran Duka ta' Hesse, bħala ċentru għall-movimenti emerġenti ta' riforma fl-arkitettura, l-arti u l-artiġjanat. Il-binjiet tal-kolonja nħolqu mill-membri artisti tagħha bħala ambjenti tal-għajxien u tax-xogħol Modernist bikri ta' sperimentazzjoni. Il-kolonja tkabbret matul il-wirjiet internazzjonali suċċessivi fl-1901, fl-1904, fl-1908 u fl-1914. Illum il-ġurnata, toffri xhieda tal-arkitettura moderna bikrija, tal-ippjanar urban u tad-disinn tal-pajsaġġ urban, li kollha kemm ġew influwenzati mill-moviment tal-arti u tal-artiġjanat u mis-Seċessjoni ta' Vjenna. Is-sit jinkludi żewġ komponenti, magħmula minn 23 element, fosthom it-Torri tat-Tiġijiet (1908), is-Sala tal-Wirjiet (1908), l-Għalqa tal-Platani (1833, 1904-1914), il-Kappella Russa ta' Santa Marija Maddalena (1897-1899), il-Baċir tal-Ġilji, il-Mafkar ta' Gottfried Schwab (1905), il-Pergola u l-Ġnien (1914), il-Paviljun tal-Ġnien tat-"Tempju taċ-Ċinji" (1914), il-Funtana ta' Ernst Ludwig, u t-13-il dar u studjo tal-artisti li nbnew għall-Kolonja tal-Artisti ta' Darmstadt u għall-wirjiet internazzjonali. Grupp ta' Tlett Idjar, mibnija għall-wirja tal-1904, huma komponent addizzjonali.[55] | |
49 | Fruntieri Rumani tad-Danubju* | Awstrija u fis-Slovakkja) | Fruntieri Rumani tad-Danubju fil-Bavarja, il-Ġermanja (inkluż , fl-kulturali: (ii)(iii)(iv) |
2021 | Dan is-sit ikopri kważi 600 km tal-fruntieri Rumani tad-Danubju. Is-sit kien jirrappreżenta l-biċċa l-kbira tal-fruntiera l-kbira tal-Imperu Ruman madwar il-Baħar Mediterran. Il-Fruntieri Rumani tad-Danubju (is-Segment tal-Punent) jirriflettu l-ispeċifiċitajiet ta' din il-parti tal-Fruntiera Rumana permezz ta' għażla ta' siti li jirrappreżentaw elementi ewlenin, fosthom toroq, fortizzi leġjonarji u l-insedjamenti assoċjati magħhom, fortijiet żgħar u kampijiet temporanji, u r-rabta ta' dawn l-istrutturi mat-topografija lokali.[56] | |
50 | L-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa* | 11-il raħal f'seba' pajjiżi | kulturali: (ii)(iii) |
2021 | Is-sit transnazzjonali tal-Irħula l-Kbar bi Spa fl-Ewropa huwa magħmul minn 11-il raħal f'seba' pajjiżi Ewropej: Baden bei Wien (l-Awstrija); Spa (il-Belġju); Františkovy Lázně (iċ-Ċekja); Karlovy Vary (iċ-Ċekja); Mariánské Lázně (iċ-Ċekja); Vichy (Franza); Bad Ems (il-Ġermanja); Baden-Baden (il-Ġermanja); Bad Kissingen (il-Ġermanja); Montecatini Terme (l-Italja); u Bath (ir-Renju Unit). Dawn l-irħula kollha żviluppaw madwar fawwariet naturali tal-ilma minerali. Huma xhieda tal-kultura Ewropa tal-ispas li żviluppat mill-bidu tas-seklu 18 sas-snin 30 tas-seklu 20, u li wasslet għall-iżvilupp ta' stabbilimenti internazzjonali grandjużi li kellhom impatt fuq it-tipoloġija urbana madwar kumplessi ta' spas bħall-kurhaus u l-kursaal (binjiet u kmamar iddedikati għat-terapiji), kmamar tal-pompi, swali tax-xorb, kolonnati u galleriji ddisinjati biex jisfruttaw ir-riżorsi tal-ilma minerali u biex jippermettu l-użu prattiku tagħhom għall-għawm u għax-xorb. Faċilitajiet relatati jinkludu ġonna, kmamar tal-assemblej, swali tal-każinò, teatri, lukandi u vilel, kif ukoll infrastruttura speċifika bl-ispas. Dawn il-kumplessi huma integrati kollha f'kuntest urban ġenerali li jinkludi ambjent rikreattiv u terapewtiku ġestit bir-reqqa f'pajsaġġ pittoresk. Flimkien, dawn l-irħula jirrappreżentaw l-interskambju sinifikanti tal-valuri u tal-iżviluppi umani fil-mediċina, fix-xjenza u fil-balneoloġija.[57] | |
51 | Fruntieri Rumani Ġermaniċi t'Isfel* | Il-Ġermanja u n-Netherlands | kulturali:
(ii)(iii)(iv) |
2021 | Il-Fruntieri Rumani Ġermaniċi T'Isfel (bil-Latin: limes ad Germaniam inferiorem, bl-Olandiż: Neder-Germaanse Limes, bil-Ġermaniż: Niedergermanischer Limes) huma l-eks fruntiera bejn il-provinċja Rumana ta' Germania Inferior u Germania Magna. Dawn il-fruntieri kienu jisseparaw dik il-parti tar-Rheinland fix-xellug tax-xmara Renu kif ukoll in-Netherlands, li kienu parti mill-Imperu Ruman, mir-reġjuni inqas ikkontrollati strettament fil-Lvant tar-Renu.[58] | |
52 | Wirt Lhudi Medjevali ta' Erfurt | Thuringia | kulturali: (iv) | 2023 | Dan is-sit huwa magħmul minn tliet binjiet marbuta mal-komunità Lhudija Medjevali ta' Erfurt. Is-Sinagoga Antika (fl-istampa) inbniet għall-ewwel darba fl-aħħar tas-seklu 11 u ġiet rikostruwita darbtejn. Il-binja kbira u prestiġjuża tal-ħabta tal-1270 kienet tinkorpora partijiet mill-istrutturi preċedenti. Wara pogrom fl-1349, il-binja ntużat għal skopijiet oħra sal-aħħar tas-seklu 20, meta l-funzjoni oriġinali tagħha ġiet skoperta mill-ġdid u saru r-rinnovazzjonijiet. Il-fdalijiet ta' mikveh, banju ritwali Lhudi tal-ħabta tal-1250, ġew skoperti fl-2007. It-tielet binja hija dar tal-ġebel lajka ta' nofs is-seklu 13.[59] | |
53 | Kumpless tar-Residenza ta' Schwerin | Mecklenburg-Vorpommern | kulturali: (iv) | 2024 | Il-kastell, li jinsab fuq gżira fil-Lag ta' Schwerin, ġie ddokumentat għall-ewwel darba bħala forti Slaviku fis-seklu 10 u ġie rikostruwit diversi drabi. Ingħata d-dehra attwali f'nofs is-seklu 19 meta ġie mmudellat mill-ġdid b'mod estensiv skont l-ideali tal-istoriċiżmu Romantiku. Il-pajsaġġ kulturali jinkludi wkoll parks, ġonna u diversi binjiet li juru l-aħħar tkattir tal-kultura tal-qorti fis-seklu 19.[60] | |
54 | Insedjamenti tal-Knisja Moravjana* | Sachsen, il-Ġermanja, id-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti | kulturali: (iii), (iv) | 2024 | L-insedjamenti tal-Knisja Moravjana, denominazzjoni Protestanta, mit-tieni nofs tas-seklu 18 huma bliet ippjanati, li jirriflettu l-filosofija egalitarja tal-komunità. Għandhom konfigurazzjonijiet urbani simili, inkluż spazji miftuħa u ġonna, binja kongregazzjonali, ċimiterju, santwarju u djar għal għajxien komunali, isseparati skont l-età, il-ġeneru u l-istatus taż-żwieġ. Christiansfeld fid-Danimarka ilha li tniżżlet bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-2015. Fl-2024 is-sit ġie estiż biex jinkludi d-Distrett ta' Bethlehem fl-Istati Uniti, Herrnhut (fl-istampa) fil-Ġermanja, u Gracehill fir-Renju Unit.[61] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2023-05-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2023-05-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Germany - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-01.
- ^ "WH Committee: 2nd Session, Washington 1978". whc.unesco.org. Miġbur 2023-05-01.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-05-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Aachen Cathedral". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-01.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Abbey and Altenmünster of Lorsch". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-01.
- ^ "Meisterhäuser von Walter Gropius (1925–26)". www.bauhaus-dessau.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2023-05-01.
- ^ "Bauhaus-Siedlung Dessau-Törten: Laubenganghäuser (1929–30)". www.bauhaus-dessau.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2023-05-01.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Bauhaus and its Sites in Weimar, Dessau and Bernau". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-01.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Bergpark Wilhelmshöhe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-28.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Berlin Modernism Housing Estates". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-01.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Carolingian Westwork and Civitas Corvey". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-01.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Castles of Augustusburg and Falkenlust at Brühl". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-01.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Caves and Ice Age Art in the Swabian Jura". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-01.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Town Hall and Roland on the Marketplace of Bremen". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-01.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Classical Weimar". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-01.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Collegiate Church, Castle and Old Town of Quedlinburg". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cologne Cathedral". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Erzgebirge/Krušnohoří Mining Region". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Fagus Factory in Alfeld". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Frontiers of the Roman Empire". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Garden Kingdom of Dessau-Wörlitz". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Hanseatic City of Lübeck". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centres of Stralsund and Wismar". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Luther Memorials in Eisleben and Wittenberg". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Margravial Opera House Bayreuth". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Maulbronn Monastery Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Messel Pit Fossil Site". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-28.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mines of Rammelsberg, Historic Town of Goslar and Upper Harz Water Management System". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Monastic Island of Reichenau". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Museumsinsel (Museum Island), Berlin". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Muskauer Park / Park Mużakowski". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Naumburg Cathedral". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old town of Regensburg with Stadtamhof". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Palaces and Parks of Potsdam and Berlin". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Pilgrimage Church of Wies". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-28.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Prehistoric Pile Dwellings around the Alps". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient and Primeval Beech Forests of the Carpathians and Other Regions of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Roman Monuments, Cathedral of St Peter and Church of Our Lady in Trier". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Speicherstadt and Kontorhaus District with Chilehaus". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Speyer Cathedral". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "St Mary's Cathedral and St Michael's Church at Hildesheim". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Architectural Work of Le Corbusier, an Outstanding Contribution to the Modern Movement". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Town of Bamberg". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Upper Middle Rhine Valley". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Völklingen Ironworks". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Wadden Sea". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Wartburg Castle". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Water Management System of Augsburg". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Würzburg Residence with the Court Gardens and Residence Square". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Zollverein Coal Mine Industrial Complex in Essen". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Border complex of Hedeby and the Danevirke". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "ShUM Sites of Speyer, Worms and Mainz". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mathildenhöhe Darmstadt". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Frontiers of the Roman Empire – The Danube Limes (Western Segment)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Great Spa Towns of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-02.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Frontiers of the Roman Empire – The Lower German Limes". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Jewish-Medieval Heritage of Erfurt". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.
- ^ "Schwerin Residence Ensemble". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-30.
- ^ "Moravian Church Settlements". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-30.