Christiansfeld

raħal fid-Danimarka

Christiansfeld huwa raħal fil-Muniċipalità ta' Kolding fin-Nofsinhar tal-Jutland fir-Reġjun tan-Nofsinhar tad-Danimarka, b'popolazzjoni ta' 3,008 ruħ (fl-1 ta' Jannar 2021).[1] Ir-raħal ġie stabbilit fl-1773 mill-Knisja Moravjana u ngħata ismu f'ġieħ ir-re Daniż Christian VII.[2] F'Lulju 2015, Christiansfeld ġie elenkat fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala l-aqwa eżempju ppreservat tal-ippjanar u tal-arkitettura tal-irħula tal-Knisja Moravjana.[3]

Christiansfeld
 Danimarka
Amministrazzjoni
Stat sovranDanimarka
StateDanimarka
Region of DenmarkSouthern Denmark (en) Translate
Municipality of DenmarkKolding Municipality (en) Translate
Kodiċi postali 6070
Ġeografija
Koordinati 55°21′24″N 9°28′59″E / 55.35667°N 9.48306°E / 55.35667; 9.48306Koordinati: 55°21′24″N 9°28′59″E / 55.35667°N 9.48306°E / 55.35667; 9.48306
Christiansfeld is located in Denmark
Christiansfeld
Christiansfeld
Christiansfeld (Denmark)
Superfiċjenti 21.2 hectare, 384.6 hectare
Għoli 28 m
Demografija
Popolazzjoni 2,855 abitanti (1 Jannar 2014)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1773
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
christiansfeldcentret.dk
Il-knisja Moravjana ċentrali ta' Christiansfeld

Deskrizzjoni

immodifika

Ir-raħal inbena madwar il-pjazza tal-knisja ċentrali, ikkonfinata b'żewġ toroq paralleli lejn mil-Lvant għall-Punent. Il-Muniċipju, il-Kunvent tas-Sorijiet, il-Binja tal-Pumpieri, il-Vikarjat u l-eks residenza tas-sindku nbnew direttament mal-pjazza, filwaqt li l-ħwienet, ir-residenzi tal-familji, lukanda u skola nbnew tul it-toroq paralleli.[3] Bosta mill-binjiet residenzjali huma komunali, li kienet xi ħaġa tipika tal-insedjamenti Moravjani u kienu jintużaw mir-romol u min-nisa u mill-irġiel mhux miżżewġin tal-kongregazzjoni.[3] L-arkitettura ta' Christiansfeld hija omoġenja, u hija ddominata minn binjiet għoljin sular jew żewġ sulari, magħmula minn brikks sofor u b'soqfa b'madum aħmar. Ħafna mill-binjiet fi Christiansfeld għad għandhom l-istess użi oriġinali ta' meta nbnew.[4]

Il-biċċa l-kbira ta' Christiansfeld inbniet bejn l-1773 u l-1800, skont pjanta rigoruża li ġiet ispirata mill-insedjamenti Moravjani bikrin ta' Herrnhaag u Gnadau. Sabiex iħeġġeġ il-kostruzzjoni, ir-re Christian VII wiegħed għaxar snin ta' eżenzjoni mit-taxxi lir-raħal u ħallas 10 % tal-ispejjeż tal-kostruzzjoni tad-djar il-ġodda. Sal-1779, il-populazzjoni tar-raħal laħqet il-279, u sal-1782, laħqet madwar 400 resident. Kien wieħed mill-bosta rħula f'Schleswig li uffiċjalment kienu ġew iddeżinjati bħala raħal żgħir fejn jiġi organizzat suq (flække).[4]

Fl-1864, Christiansfeld u l-bqija ta' Schleswig ġew ċeduti lill-Prussja b'riżultat tat-telfa li ġarrbet id-Danimarka fit-Tieni Gwerra ta' Schleswig. Ir-raħal baqa' parti mill-Ġermanja sal-1920 meta, bħala parti minn plebixxit imsejjaħ permezz tat-Trattat ta' Versailles, it-Tramuntana ta' Schleswig ivvutat biex terġa' tingħaqad mad-Danimarka. Wara r-riunifikazzjoni, il-Knisja Moravjana tilfet uħud mid-drittijiet li kienet kisbet bħala parti mill-istabbiliment tar-raħal fis-seklu 18. Pereżempju, ma baqax ikollha l-possibbiltà li tagħżel it-tmexxija tar-raħal, u dan witta t-triq għall-ewwel sindku Daniż tar-raħal li ma kienx membru tal-knisja fl-1920.[5] Il-knisja bigħet ukoll l-iskejjel tagħha għall-ħabta ta' dan iż-żmien fid-dawl tat-tnaqqis tal-membri tal-kongregazzjoni tagħha.

 
Tyrstrupkirke, il-knisja Luterana ta' Christiansfeld

Mill-1970 sal-2007, ir-raħal kien is-sede amministrattiva tal-Muniċipalità ta' Christiansfeld, iżda tilef dan l-istatus u saret parti mill-Muniċipalità ta' Kolding wara r-Riforma Muniċipali tal-2007 (Kommunalreformen 2007).

Preżent

immodifika

Illum il-ġurnata, ir-raħal huwa attrazzjoni turistika: il-qalba antika tar-raħal, il-Knisja Moravjana bis-sala bajda, sempliċi u impressjonanti tagħha u ċ-ċimiterju speċjali jattiraw eluf ta' turisti fis-sena. L-arkitettura ppreservata tajjeb tiegħu hija waħda mir-raġunijiet li wasslet biex fl-1993 ir-raħal jiġi nnominat bħala sit indikattiv tad-Danimarka sabiex iktar 'il quddiem isir Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[6]

Ir-raħal huwa rinomat għall-kejkijiet tal-għasel tiegħu. Dawn ilhom jinħmew skont riċetta sigrieta mill-1783. Sal-2008, il-kejkijiet kienu jinħmew għand il-furnar oriġinali tas-seklu 18; il-binja tal-furnar ġiet rinnovata minħabba l-istandards sanitarji nazzjonali ġodda, iżda xorta għadhom jintużaw ir-riċetti oriġinali.

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika
 
L-ippjanar tar-raħal ta' Christiansfeld fl-1780

L-insedjament tal-Knisja Moravjana ta' Christiansfeld ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2005. Is-sit ġie estiż fl-2024 u sar sit transnazzjonali li jinkludi tliet Insedjamenti tal-Knisja Moravjana fil-Ġermanja, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti wkoll.[3]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[3]

 
Carl Fredrik Kiörboe

Nies notevoli

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ "The Mobile Statbank - Population 1. January by urban and rural areas, population, area and population density and time". m.statbank.dk. Miġbur 2021-09-04.
  2. ^ Dansk Stednavne Leksikon, JYLLAND - Sydlige del, FYN med omliggende øer, (page 30). ISBN 87-00-55221-6 (bid-Daniż).
  3. ^ a b ċ d e Centre, UNESCO World Heritage. "Christiansfeld, a Moravian Church Settlement". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-04.
  4. ^ a b "Danish World Heritage Nomination: Christiansfeld, a Moravian Settlement" (PDF).
  5. ^ "Christiansfeld Centret". web.archive.org. 2011-07-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-19. Miġbur 2021-09-04.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sites in Denmark, France and Turkey inscribed on UNESCO's World Heritage List". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-04.