Logħob Olimpiku tas-sajf

Artiklu prinċipali: Logħob Olimpiku.

Il-Logħob Olimpiku tas-sajf huwa avveniment sportiv internazzjonali li jsir f'belt differenti kull erba' snin. L-iktar edizzjoni riċenti saret f'Rio de Janeiro, il-Brażil. Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jorganizzaw dawn il-logħba u jħares fuq il-preparamenti tal-belt ospitanti. F'kull avveniment Olimpiku, midalji tad-deheb jingħataw lil minn jispiċċa fl-ewwel post, midalji tal-fidda għat-tieni u midalji tal-bronż għat-tielet klassifikat; din it-tradizzjoni bdiet fl-1904. Is-suċċess tal-Olimpjadi tas-sajf wasslu għall-ħolqien tal-Logħob Olimpiku tax-xitwa.

L-Olimpjadi kibru minn kompetizzjoni ta' 42 avveniment b'inqas minn 250 kompetitur maskili minn 14-il pajjiż fl-1896 għal 302 avvenimenti b'10,768 kompetitur minn 204 pajjiżi fl-2012. Huma biss ħames pajjiżi – il-Greċja, l-Awstralja, Franza, ir-Renju Unit u l-Iżvizzera – li pparteċipaw f'kull Olimpjadi tas-sajf. L-unika pajjiż li minn tal-anqas rebaħ midalja tad-deheb f'kull edizzjoni huwa r-Renju Unit.

Tmintax-il pajjiż ospitaw fihom l-Olimpjadi tas-sajf, bl-Istati Uniti torganizza erba' edizzjonijiet tal-Olimpjadi tas-sajf. Il-bliet ta' Ateni, fil-Greċja, u Tokjo, fil-Ġappun, huma l-uniċi li ospitaw (jew se jospitaw) fihom żewġ edizzjonijiet.

Kwalifikazzjoni

immodifika

Ir-regoli ta' kwalifikazzjoni għal kull sport Olimpiku huma ddettati mill-federazzjonijiet sportivi li jmexxu l-kompetizzjoni internazzjonali ta' dak l-isport.[1] Għal sports individwali, il-kompetituri tipikament jikkwalifikaw wara li jkunu kisbu pożizzjoni partikulari f'xi avveniment internazzjonali jew fi klassifika tal-federazzjoni internazzjonali. Hemm regola ġenerali li massimu ta' tliet atleti individwali jistgħu jirrapreżentaw lil pajjiż f'kull kompetizzjoni. Il-Kumitati Olimpiċi Nazzjonali (KON) jistgħu jdaħħlu numru limitat ta' kompetituti kwalifikati għal kull avveniment, u l-KON jiddeċiedu liema kompetituri kwalifikati għandhom jintgħażlu f'każ li iktar ikunu laħqu xi punt ta' riferiment.[1]

Pajjiżi ġeneralment jikkwalifikaw għal sports tat-timijiet permezz ta' turnej ta' kwalifikazzjoni fejn kull assoċjazzjoni kontinentali tingħata numru ta' sports fit-turnew Olimpiku. Kull pajjiż jista' jiġi rappreżentat minn mhux iktar minn tim wieħed f'kull kompetizzjoni (tim huwa żewġ persuni f'ċerti sports).

Gradwatorja tal-aqwa pajjiżi

immodifika

Dati aġġornati skont il-31 Olimpjadi tas-sajf.[2]

      Pajjiżi li m'għadhomx jeżistu

Piż. Pajjiż Preżenzi Deheb Fidda Bronż Total
1   Stati Uniti 27 1027 800 704 2531
2   Unjoni Sovjetika 9 395 319 296 1010
3   Renju Unit 28 263 295 293 851
4   Ċina 10 224 167 155 546
5   Franza 28 212 241 263 716
6   Italja 27 206 178 193 577
7   Ġermanja 16 191 192 232 615
8   Ungerija 26 175 147 169 491
9   Ġermanja tal-Punent 5 153 129 127 409
10   Russja 6 149 124 153 426

Edizzjonijiet

immodifika
Edizzjoni Sena Pajjiż ospitant Miftuħ minn Dati Pajjiżi Kompetituri Sports Dixxiplini Avvenimenti L-aqwa pajjiż
Total Rġiel Nisa
I 1896   Ateni, Greċja Re Ġorġ I 6–15 ta' April 14 241 241 0 9 10 43   Stati Uniti
II 1900   Pariġi, Franza N/A 14 ta' Mejju – 28 ta' Ottubru 24 997 975 22 19 20 85   Franza
III 1904   St. Louis, Stati Uniti Eks-Gvernatur David R. Francis 1 ta' Lulju – 23 ta' Novembru 12 651 645 6 16 17 94   Stati Uniti
IV 1908   Londra, Renju Unit Re Dwardu VII 27 ta' April – 31 ta' Ottubru 22 2008 1971 37 22 25 110   Renju Unit
V 1912   Stokkolma, Żvezja Re Gustaf V 6–22 ta' Lulju 28 2407 2359 48 14 18 102   Stati Uniti
VI 1916 Mogħtija lil Berlin, imħassra minħabba l-Ewwel Gwerra Dinjija
VII 1920   Antwerp, Belġju Re Albertu I 14 ta' Awwissu – 12 ta' Settembru 29 2626 2561 65 22 29 156   Stati Uniti
VIII 1924   Pariġi, Franza President Gaston Doumergue 4 ta' Mejju – 27 ta' Lulju 44 3089 2954 135 17 23 126   Stati Uniti
IX 1928   Amsterdam, Pajjiżi l-Baxxi Prinċep Neriku, Duka ta' Mecklenburg-Schwerin 28 ta' Lulju – 12 ta' Awwissu 46 2883 2606 277 14 20 109   Stati Uniti
X 1932   Los Angeles, Stati Uniti Viċi-President Charles Curtis 30 ta' Lulju – 14 ta' Awwissu 37 1332 1206 126 14 20 117   Stati Uniti
XI 1936   Berlin, Ġermanja Kanċillier Adolf Hitler 1–16 ta' Awwissu 49 3963 3632 331 19 25 129   Ġermanja
XII 1940 Oriġinarjament mogħtija lil Tokjo, imbagħad lil Ħelsinki, imħassra minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija
XIII 1944 Mogħtija lil Londra, imħassra minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija
XIV 1948   Londra, Renju Unit Re Ġorġ VI 29 ta' Lulju – 14 ta' Awwissu 59 4104 3714 390 17 23 136   Stati Uniti
XV 1952   Ħelsinki, Finlandja President Juho Kusti Paasikivi 19 ta' Lulju – 3 ta' Awwissu 69 4955 4436 519 17 23 149   Stati Uniti
XVI 1956   Melbourne, Awstralja Prinċep Filippu, Duka ta' Edinburgh 22 ta' Novembru – 8 ta' Diċembru 72 3314 2938 376 17 23 151   Unjoni Sovjetika
XVII 1960   Ruma, Italja President Giovanni Gronchi 25 ta' Awwissu – 11 ta' Settembru 83 5338 4727 611 17 23 150   Unjoni Sovjetika
XVIII 1964   Tokjo, Ġappun Imperatur Hirohito 10–24 ta' Ottubru 93 5151 4473 678 19 25 163   Stati Uniti
XIX 1968   Belt tal-Messiku, Messiku President Gustavo Díaz Ordaz 12–27 ta' Ottubru 112 5516 4735 781 18 24 172   Stati Uniti
XX 1972   Munich, Ġermanja tal-Punent President Gustav Heinemann 26 ta' Awwissu – 10 ta' Settembru 121 7134 6075 1059 21 28 195   Unjoni Sovjetika
XXI 1976   Montreal, Kanada Reġina Eliżabetta II 17 ta' Lulju – 1 ta' Awwissu 92 6084 4824 1260 21 27 198   Unjoni Sovjetika
XXII 1980   Moska, Unjoni Sovjetika President Leonid Brezhnev 19 ta' Lulju – 3 ta' Awwissu 80 5179 4064 1115 21 27 203   Unjoni Sovjetika
XXIII 1984   Los Angeles, Stati Uniti President Ronald Reagan 28 ta' Lulju – 12 ta' Awwissu 140 6829 5263 1566 21 29 221   Stati Uniti
XXIV 1988   Seoul, Korea t'Isfel President Roh Tae-woo 17 ta' Settembru – 2 ta' Ottubru 159 8391 6197 2194 23 31 237   Unjoni Sovjetika
XXV 1992   Barċellona, Spanja Re Juan Carlos I 25 ta' Lulju – 9 ta' Awwissu 169 9356 6652 2704 25 34 257   Tim Unifikat
XXVI 1996   Atlanta, Stati Uniti President Bill Clinton 19 ta' Lulju – 4 ta' Awwissu 197 10318 6806 3512 26 37 271   Stati Uniti
XXVII 2000   Sydney, Awstralja Gvernatur-Ġeneral Sir William Deane 15 ta' Settembru – 1 ta' Ottubru 199 10651 6582 4069 28 40 300   Stati Uniti
XXVIII 2004   Ateni, Greċja President Konstantinos Stephanopoulos 13–29 ta' Awwissu 201 10625 6296 4329 28 40 301   Stati Uniti
XXIX 2008   Bejġing, Ċina President Hu Jintao 8–24 ta' Awwissu 204 10942 6305 4637 28 41 302   Ċina
XXX 2012   Londra, Renju Unit Reġina Eliżabetta II 27 ta' Lulju – 12 ta' Awwissu 204 10768 5992 4776 26 39 302   Stati Uniti
XXXI 2016   Rio de Janeiro, Brażil President fil-kariga Michel Temer 5–21 ta' Awwissu 207 11303 28 41 306   Stati Uniti
XXXII 2020   Tokjo, Ġappun Imperatur Naruhito 23 ta' Lulju – 8 ta' Awwissu 2021 Avveniment fil-futur 33 50 339
XXXIII 2024   Pariġi, Franza[3] 2–18 ta' Awwissu Avveniment fil-futur
XXXIV 2028   Los Angeles, Stati Uniti[3] 21 ta' Lulju – 6 ta' Awwissu Avveniment fil-futur

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b Kumitat Olimpiku Internazzjonali (ed.). "Olympians" (bl-Ingliż).
  2. ^ olympic.org (ed.). "RESULTS" (bl-Ingliż).
  3. ^ a b "IOC makes historic decision in agreeing to award 2024 and 2028 Olympic Games at the same time" (bl-Ingliż). olympic.org. 2017-07-11.

Ħoloq esterni

immodifika