Brażil
Il-Brażil (Portugiż: Brasil), huwa l-akbar pajjiż fl-Amerika Latina. Huwa l-ħames l-ikbar pajjiż fid-dinja, kemm bħala art kif ukoll bħala popolazzjoni, b'iktar minn 193 miljun ruħ. Bl-Oċean Atlantiku fil-Lvant, il-Brażil għandu kosta twila 7,491 km (4,655 mil). Fit-tramuntana għandu tmiss miegħu il-Veneżwela, il-Gujana, is-Surinam u l-Gujana Franċiża; fil-majjistral il-Kolumbja; fil-punent il-Bolivja u l-Peru; fil-lbiċ l-Arġentina u l-Paragwaj u fin-nofsinhar l-Urugwaj. It-territorji Brażiljan għandu ukoll ħafna arċipelagi, fosthom Fernando de Noronha, Rocas Atoll, Saint Peter and Paul Rocks, u Trindade and Martim Vaz. Il-pajjiżi kollha tal-Amerika t'Isfel, barra l-Ekwador u ċ-Ċili, imissu mal-Brażil.
Repubblika Federattiva tal-Brażil (PT) República Federativa do Brasil |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
|
||||||
Mottu: "Ordem e Progresso" Ordni u Progress |
||||||
Innu nazzjonali: Hino Nacional Brasileiro
|
||||||
![]() Il-Brażil hija mmarkata bl-aħdar
|
||||||
Belt kapitali | Brażilja 15°47′S 47°52′W / 15.783°S 47.867°W
| |||||
L-ikbar belt | São Paulo | |||||
Lingwi uffiċjali | Portugiż | |||||
Gvern | Repubblika kostituzzjonali presidenzjali federali | |||||
- | President | Luiz Inácio Lula da Silva | ||||
- | Viċi-President | Geraldo Alckmin | ||||
- | President tal- Kamra tad-Deputati |
Hugo Motta | ||||
- | President tas-Senat | Davi Alcolumbre | ||||
- | President tal-Qorti Federali Suprema | Luís Roberto Barroso | ||||
Indipendenza | mir-Renju Unit tal-Portugall, il-Brażil u l-Algarves | |||||
- | Iddikjarata | 7 ta' Settembru, 1822 | ||||
- | Rikonoxxuta | 29 ta' Awwissu 1825 | ||||
- | Repubblika | 15 ta' Novembru 1889 | ||||
- | Kostituzzjoni attwali | 5 ta' Ottubru 1988 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 8,515,767 km2 (5) 3,287,597 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 0.65% | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2024 | 212,583,750 (7) | ||||
- | ċensiment tal-2022 | 203,080,756 (7) | ||||
- | Densità | 23.8/km2 (193) 61.6/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $2.356 triljun[1] (7) | ||||
- | Per capita | $11,875[1] (77) | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2008 | |||||
- | Total | $2.396 triljun[1] (7) | ||||
- | Per capita | $12,079[1] (58) | ||||
IŻU (2012) | ▲ 0.730 (għoli) (85) | |||||
Valuta | Real (BRL ) |
|||||
Żona tal-ħin | UTC-43 UTC-33 (sajf) (UTC-4) |
|||||
Kodiċi telefoniku | +55 | |||||
TLD tal-internet | .br | |||||
1Il-Kungress Nazzjonali huwa fi Brasília. |


Il-Brażil kien kolonja tal-Portugall mill-wasla ta' Pedro Álvares Cabral fl-1500, sal-1815, meta saret saltna bħala parti mir-Renju Unit tal-Portugal, Brażil u l-Algarvi. Ir-rabta imperjali infatti kienet diġà nqatgħet fl-1808 meta l-belt l-kapitali ta' dan l-Imperu ġiet trasferita minn Liżbona għal Rio de Janeiro, wara li Napuljun invada l-Portugall. L-indipendenza inkisbet fl-1822 bit-twaqqif tal-Imperu tal-Brażil, stat unitarju b'monarkija u sistema parlamentai. Fl-1889 sar repubblika parlamentari wara kolp ta' stat militari. Fl-1988, il-Brażil sar repubblika federali, iffurmara mid-Distrett Federali, 26 Stat u 5,564 Muniċipalità.
L-ekonomija Brażiljana hija s-seba' l-ikbar fid-dinja kemm fil-Prodott Gross Domestiku nominali u kemm fil-parità tal-poter ta' akkwist. Għandu waħda mill-ekonomiji li qed jikbru bl-iżjed rata mgħaġġla u r-riformi ekonomiċi li saru riċentament il-pajjiż kisbulu rikonoxximent u influwenza internazzjonali ħafna iżjed milli kellu.