Ateni

belt kapitali tal-Greċja

Ateni (Αθήνα) hija l-kapitali u l-ikbar belt tal-Greċja, u tiddomina l-periferija ta' Attika. Ateni hija waħda mill-eqdem ibliet fid-dinja, bl-istorja tagħha tmur lura għal madwar 3,400 sena ilu.

Ateni
 Greċja
Amministrazzjoni
Stat sovranGreċja
Government agencyDecentralized Administration of Attica (en) Translate
Administrative region of GreeceAttika
Regional unit of GreeceCentral Athens Regional Unit (en) Translate
Municipality of GreeceAthens Municipality (en) Translate
Kap tal-Gvern Kostas Bakoyannis (en) Translate
Isem uffiċjali Αθήνα
Ismijiet oriġinali Αθήνα
Kodiċi postali 104 xx-106 xx, 111 xx-118 xxu 121 xx-124 xx
Ġeografija
Koordinati 37°59′03″N 23°43′41″E / 37.9842°N 23.7281°E / 37.9842; 23.7281Koordinati: 37°59′03″N 23°43′41″E / 37.9842°N 23.7281°E / 37.9842; 23.7281
Ateni is located in Greece
Ateni
Ateni
Ateni (Greece)
Superfiċjenti 39 kilometru kwadru
Għoli 74 m
Fruntieri ma' Nea Filadelfeia (en) Translateu Zografou (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 643,452 abitanti (2021)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 7 millennium "BCE"
Kodiċi tat-telefon 210
Żona tal-Ħin Ħin tal-Lvant tal-Ewropa
bliet ġemellati Amsterdam, Athens (en) Translate, Ashgabat, Barċellona, Beijing, Bejrut, Betlem, Bogotá, Bukarest, Casablanca, Chicago, Damasku, Domodedovo (en) Translate, Famagusta (en) Translate, Istanbul, Ljubljana, Los Angeles, Kiev, Madrid, Belt tal-Messiku, Moska, Napli, Nikosija, Rabat, Reġġju Kalabrija, Rio de Janeiro, Santiago, Sarajevo, Seoul, Sofija, Syracuse (en) Translate, Tirana, Washington, D.C., Yerevan, Boston, Cluj-Napoca, Montreal, Genova, Firenze, Buenos Aires, Liżbona, Cali, Praga, Xi'an, Varsavja, Tbilisi, Ħavana, Cusco, Amsterdam, Atlantau Belgrad
cityofathens.gr

Il-kapitali Griega għandha popolazzjoni ta' 745,514 (fl-2001) fiċ-ċentru amministrattiv tagħha. Iż-żona urbana testendi 'l barra mil-limiti amministrattivi tal-istess belt, b'popolazzjoni ta' 3,130,841 (fl-2001). Ateni hija ċ-ċentru ekonomiku, finanzjarju, industrijali u kulturali tal-Greċja, u fuq livell Ewropew u globali din għandha importanza notevoli.

Ateni hi l-aktar imfakkra fuq il-kotba tal-istorja bħala l-post fejn twieldet id-demokrazija, li kienet is-seded tal-akkademja ta' Platun u l-liċew ta' Aristotli, u kif ukoll il-post tat-twelid ta' Sokrate, Perikle, Sofokle u filosfi u persunaġġi oħra importanti tal-antik. Barra minn hekk, kienet polis prosperuża u hi kkunsidrata bħala l-benniena taċ-ċiviltà tal-Punent.

Tradizzjonalment, il-protettriċi tal-belt hija l-alla Atena, li tidher kemm fl-emblema tal-belt kif ukoll fil-bandiera.

Etimoloġija

immodifika

Fil-Grieg tal-Qedem, l-isem tal-belt kien Ἀθῆναι (Athēnaiippronunzjata [a.tʰɛ̂ː.nai̯] bil-Attiku Klassiku) li huwa fil-plural. Fil-Grieg ta' qabel, bhal Grieg Omeriku, l-isem kien fis-singular bħala Ἀθήνη (Athēnē). Huwa possibli li ġiet fil-plural aktar tard, bħal dawk ta' Θῆβαι (Thêbai) u Μυκῆναι (Μukênai). L-għeruq tal-kelma forsi mhumiex ġejjin minn oriġini Grieg jew Indo-Ewropej, u huwa fdal tas-sottostrat Pre-Grieg ta' Attika, kif jista' jkun l-isem tal-alla Atena (Attiku Ἀθηνᾶ,  AthēnāJoniku Ἀθήνη, Athēnē, u Doriku Ἀθάνα, Athānā), li kienet dejjem marbuta mal-belt ta' Ateni. Matul il-perjodu Medjevali l-isem tal-belt reġa' ġie fis-singular bħala Ἀθήνα. Madankollu, wara l-istabbiliment tal-istat Grieg modern, u parzjalment minħabba l-konservattiżmu tal-lingwa miktuba, Ἀθῆναι [aˈθine] għal darba oħra saret l-isem uffiċjali tal-belt u baqa' hekk sal-abbandun tal-Katarevusa fl-1976, meta Ἀθήνα, Athína, saret l-isem uffiċjali.

Koordinati: 37°58′N 23°43′E / 37.967°N 23.717°E / 37.967; 23.717