Rabat (Marokk)

belt kapitali tal-Marokk

Rabat (/rəˈbɑːt/; bl-Għarbi: الرِّبَاط, b'ittri Rumani: er-Ribât; bil-lingwi Berberi: ⵕⵕⴱⴰⵟ, b'ittri Rumani: ṛṛbaṭ) hi l-belt kapitali tal-Marokk u s-seba' l-ikbar belt fil-pajjiż b'popolazzjoni urbana ta' madwar 580,000 (skont iċ-ċensiment tal-2014) u b'popolazzjoni metropolitana ta' iktar minn 1.2 miljun ruħ. Hija wkoll il-belt kapitali tar-reġjun amministrattiv ta' Rabat-Salé-Kénitra.[1] Rabat tinsab mal-Oċean Atlantiku fil-bokka tax-xmara Bou Regreg, fuq in-naħa opposta ta' Salé, ir-raħal prinċipali qrib il-belt.

Rabat (Marokk)
Flag of Morocco.svg Marokk
Kasbah des Oudaias P1060356.JPG
Flag of Rabat Sale province.svg
Amministrazzjoni
Constitutional monarchyMarokk
Region of MoroccoRabat-Salé-Kénitra
Prefecture of MoroccoPrefettura ta' Rabat
Kap tal-Gvern Asmaa Rhlalou (en) Translate
Isem uffiċjali الرباط
Ismijiet oriġinali ‫رباط
Kodiċi postali 10000–10220
Ġeografija
Koordinati 34°01′31″N 6°50′10″W / 34.0253°N 6.8361°W / 34.0253; -6.8361Koordinati: 34°01′31″N 6°50′10″W / 34.0253°N 6.8361°W / 34.0253; -6.8361
Rabat (Marokk) is located in Morocco
Rabat (Marokk)
Rabat (Marokk)
Rabat (Marokk) (Morocco)
Superfiċjenti 118±1 kilometru kwadru
Għoli 135 m
Demografija
Popolazzjoni 572,717 abitanti (2014)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1146
Kodiċi tat-telefon 537
bliet ġemellati Betlem, Bursa, Liżbona, Madrid, Sivilja, Tuneż, Istanbul, Ateni, Bagdad, Damask, Las Palmas de Gran Canaria, Santo Domingo, Kontea ta' Honolulu, Amman, Nablus, Kajr, Muniċipalità ta' Stokkolmau Honolulu (en) Translate
rabat.ma

Rabat ġiet stabbilita fis-seklu 12 mill-Almoħadin. Il-belt għall-ewwel kibret iżda daħlet f'perjodu estiż ta' deklin wara l-waqgħa tal-Almoħadin. Fis-seklu 17, Rabat saret post imkenni għall-pirati tal-Barbarija. Meta l-Franċiżi stabbilew protettorat fil-Marokk fl-1912, huma għamlu lil Rabat bħala ċ-ċentru amministrattiv tiegħu. Meta l-Marokk kiseb l-indipendenza fl-1955 Rabat saret il-belt kapitali tal-pajjiż.

Rabat, Temara u Salé jiffurmaw konglomerazzjoni urbana ta' iktar minn 1.8 miljun ruħ. Problemi relatati mas-sedimenti fix-xmara naqqsu r-rwol ta' Rabat bħala port; madankollu, Rabat u Salé għad għandhom industriji importanti tat-tessuti, tal-ipproċessar tal-ikel u tal-kostruzzjoni. Barra minn hekk, it-turiżmu u l-preżenza tal-ambaxxati barranin kollha fil-Marokk iwasslu biex Rabat titqies bħala waħda mill-iktar bliet importanti fil-pajjiż. Il-belt kapitali Marokkina ġiet ikklassifikata fit-tieni post mis-CNN fil-lista tagħhom tal-"Aqwa Destinazzjonijiet tal-Ivvjaġġar tal-2013".[2] Rabat hija waħda mill-erbat ibliet imperjali tal-Marokk, u l-medina ta' Rabat tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012.[3] Rabat hija aċċessibbli bil-ferrovija permezz tas-sistema ONCF u bl-ajruplan permezz tal-Ajruport ta' Rabat–Salé qrib il-belt.

EtimoloġijaImmodifika

L-isem "Rabat" ġej mill-kelma Għarbija الرِّبَاط (er-Ribât) li tfisser ir-ribat, jiġifieri bażi jew fortifikazzjoni Iżlamika. L-isem huwa verżjoni mqassra ta' رِبَاطُ الْفَتْح (Ribâtu l-Feth) li tfisser ir-ribat tal-konkwista jew il-fortizza tar-rebħa — titlu li kien ingħata mill-Almoħadin meta stabbilew il-belt bħala bażi navali fl-1170.[4]

Sit ta' Wirt DinjiImmodifika

Il-medina ta' Rabat ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012 bit-titlu ta' "Rabat, Kapitali Moderna u Belt Storika: Wirt Kondiviż".[3]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[3]

Ħoloq esterniImmodifika

ReferenziImmodifika

  1. ^ "Décret fixant le nom des régions. Portail National des Collectivités Territoriales" (PDF).
  2. ^ CNN, Lara Brunt,Special to (2013-01-01). "Top travel destinations for 2013". CNN (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.
  3. ^ a b c Centre, UNESCO World Heritage. "Rabat, Modern Capital and Historic City: a Shared Heritage". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.
  4. ^ تاريخ رباط الفتح - عبد الله السويسي .Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)