Id-Dinja

it-tielet pjaneta fis-sistema solari

Id-Dinja (🜨), il-pjaneta li fiha ngħixu aħna l-bnedmin, hija it-tielet waħda 'l hinn mix-Xemx. Fl-ispażju, id-Dinja tidher ta' lewn ikħal skur u ovvjament xi linji bojod dejjem jinbidlu, li huma l-isħab. Il-kulur il-blu ġej mill-ilma likwidu li jieħu 70% tas-superfiċi terrestri. Il-preżenza ta' dawn l-oċeani għandha effett essenzjali għall-ħajja fuq id-Dinja. Is-simbolu astronomiku tad-Dinja huwa ċirku u fl-intern tiegħu salib. Il-linja orizzontali tirrappreżenta l-ekwatur, waqt li dik vertikali l-meridjan (Unicode: 🜨).

Id-Dinja 🜨
Karatteristiċi fiżiċi
Raġġ tal-Ekwatur 6.378,14 km
Raġġ polari 6.356,78 km
Ċirkonferenza Ekwatorjali 40.075 km
Volum 1,0832×1012 km3
Massa 5,9737×1024 kg
Densità 5,515 g/cm3
Area tas-Superfiċi 510.065.700 km2
Gravità tal-Ekwatur 9,766 m/s2 (=1 g)
Velocità tal-Ħarba 11.180 m/s
Jum Siderali 23,934 siegħa
Inklinazjoni Assjali 23,45°
Temperatura tas-Superfiċi
min media max
185 K 287 K 331 K
Pressjoni Atmosferika superf. 1 bar
Karatteristiċi Orbitali
Distanza medja mix-Xemx 149.597.890 km (= 1 UA)
L-Eqreb Punt 147.100.000 km
Afelju 152.100.000 km
Perjiodu orbitali siderali 365,24 jiem tad-Dinja
Velocità orbitali medja 29.785,9 m/s
Eċċentriċità orbitali 0,01671022
Inklinazzjoni Orbitali fuq l-Eklittika 0,00005°
Ċirkonferenza Orbitali 924.375.700 km
Satelliti Naturali 1 (Il-Qamar)
Satellita Naturali tax-Xemx
Kompożizjoni Atmosferika
Ażotu 77%
Ossiġenu 21%
Argu 1%
Bjossidu tal-Karbonju

Fwar tal-Ilma

traċċi

Kompożizzjoni interna

immodifika

Bħall-pjaneti l-oħra, id-Dinja għandha l-qalba. Din il-qalba hija maqsuma fi tnejn, dik ġewwinija u dik ta' barra. Il-qalba ġewwinija hija magħmula l-aktar minn ħadid solidu u xi nikil u fonda biss 1,200 km (740 mil). Din il-qalba imbagħad hija mdawra bil-qalba barranija li hi magħmula minn ħadid imdewweb u hi ħarira inqas densa mill-ħadid imdewweb pur billi x'aktarx jinsabu xi 10% ta' elementi oħrajn bħall-kubrit u saħansitra l-ossiġenu. Il-qalba hija l-iżjed ħaġa densa li tinsab fid-Dinja u tagħmel terz tal-massa tad-Dinja. Fuq il-qalba hemm iż-żona ta' tranżizzjoni: strat ta' bejn 200 u 300 km (120 u 190 mil) li huwa magħruf bħala "D". Din id-"D" tvarja kimikament kemm mill-qalba kif ukoll mill-mantell tad-Dinja. Il-materjal li hemm fih jista' jkun li hu materjal li kien maħlul mill-qalba jew inkella skula mill-mantell waqt li d-Dinja kienet għadha qed tifforma.

 
il-kompożizzjoni interna tad-Dinja
  1. Il-qalba ġewwinija (solida)
  2. Il-qalba ta' barra (likwida)
  3. Mantell
  4. Il-Mantell ta' Fuq
  5. Litosfera
  6. Krosta (Qoxra ta' Barra)

Il-Mantell t'isfel (3) tagħmel 50% tal-massa tad-Dinja u hu kompost primarjament basalt, siliċju u manjeżju, u ossiġenu. Wisq probbabli fiha wkoll xi traċċi ta' ħadid, kalċju u aluminju.

Bejn il-Mantell t'isfel u dak ta' fuq (4) tinsab iż-Żona ta' Tranżizzjoni, wiesgħa 200 km- (120 mil-). Iż-żona tikkonsisti primarjament minn kalċju u aluminju. Il-mantell ta' fuq hu wisa xi 400km- (250 mil-).

Il-krosta (6) hi komposta minn minerali ta' densita' baxxa bħal l-ossidu tas-siliċju u tvarja mill-ħxuna ta' 10 km- (6 mili-), krosta oċejanika, għal 50 km- (30 mil-) tal-krosta kontinentali.

L-iskema li ġejja tiġbor fiha il-profonditajiet u l-karatteristika prinċipali għad-definizjoni tal-varji qxur li jagħmlu d-Dinja:

  • 0-30/35 km -- Krosta (proprjetajiet kimiċi)
  • 0-60 km -- Litosfera (proprjetajiet fisiċi)
  • 60-700 km -- Astenosfera jew Mantell ta' fuq (proprjetajiet fisikċi)
  • 30/35-2900 km -- Mantell (proprjetajiet kimiċi u fisiċi)
  • 700-2900 km -- Meżosfera (proprjetajiet fisiċi)
  • 2900-5100 km -- Nukleju estern jew Qalba ta' barra (proprjetajiet kimiċi u fisiċi)
  • 5100-~6375 km -- Nukleju intern jew Qalba ġewwinija (proprjetajiet kimiċi u fisiċi)
 
Tlugħ id-Dinja hekk kif jidher mill-Qamar fuq Apollo 8, 24 Diċembru 1968

Id-Dinja għandha satellita naturali waħda li hija l-Qamar. Il-Qamar huwa satellita li tixbaħ lil Pjaneti terrestri. Id-dijametru tiegħu huwa madwar kwart ta' dak tad-Dinja. Is-satelliti naturali tal-pjaneti l-oħra huma wkoll msejħa qmura għall-qamar terrestri.

Il-ġibda gravitazzjonali tal-Qamar fuq id-Dinja tikkawża l-frugħ u l-mili tal-baħar. L-istess effett fuq il-Qamar jikkaġuna l-qofol tidali: il-perijodu rotazzjonali tiegħu u ż-żmien li huwa jieħu biex jorbita madwar id-Dinja huma maqfulin flimkien, jiifieri huma l-istess. Min ħabba dan, dejjem naraw l-istess parti ta' wiċċ il-Qamar.

Isem Dijametru (km) Massa (kg) Assi Semi-maġġur (km) Perijodu Orbitali
Qamar 3,474.8 7.349 * 1022 kg 384,400 27 jum, 7 sigħat, 43.7 minuta

Hekk kif il-Qamar jdur mad-Dinja, partijiet differenti minn wiċċu jiddawlu mix-Xemx u dan iwwasal għall-fażijiet lunari.

Il-Qamar jista' jaffetwa drastikament l-iżvillup u l-ħajja fuq id-Dinja billi jimmodifika it-temp. Xhieda palejontologika u simulazzjonijiet bil-kompjuter juru kif it-tmejjil tal-assi terrestri hija stabbilita mill-interazzjonijiet tidali mal-Qamar.

Xi teoristi jsostnu illi mingħajr din l-istabbilizzazzjoni kontra l-koppji applikati mix-Xemx u l-pjaneti lil nefħa ekwatorjali tad-Dinja, l-assi rotazzjonali jista' jkun instabbli għall-aħħar, bħalma jidher li hu għal Marte. Li kieku l-assi tar-rotazzjoni terrestri kellu jilħaq l-pjan elitiku, kien jirriżulta f'temp aħrax, u id-differenzi ta' l-istaġuni kienu jkunu estremi wkoll. Pol wieħed kien ikun dirett lejn ix-Xemx matul is-sajf u direttament `l hinn matul ix-xitwa. Ix-Xjenza planetarja li tisstudja dan l-effett tat-tmejjil ltad-Dinja tistqar ili kieku l-annimali kbar imutu u ħajjiet il-pjanti tkun ħafna iżjed diffiċli milli hi.

Il-Qamar huwa biżżejjed viċin id-Dinja li jidher relattivament l-istess daqs tax-Xemx, (ix-Xemx hija 400 darba ikbar mid-Dinja iżda l-Qamar hu 400 darba eqreb) dan jippermetti l-eklissi totali u anulari tax-Xemx.

 
L-Art u l-qamar fuq skala.

l-iżjed teorija aċċetta dwar l-oriġini tal-Qamar hija, it-teorija tal-impatt ġgantesk, li tgħid li ġie ffurmat minn ħabta ta' protopjaneta id-daqs ta' Marte mad-Dinja bikrija. Din l-ipoteżi tispjega (flimkien ma' affarijiet oħra) in-nuqqas relattiv ta' ħadid u elementi volatili fil-Qamar, u l-fatt ili l-kompożizzjoni tiegħu hija kważi identika għal dik ta' wiċċ id-Dinja.

 
Animazzjoni fuq il-formazzjoni tal-Qamar (ipoteżi)
 
Vulkan jiżbroffa meta żewġ plakek fil-krosta jitbegħdu minn xulxin

Plakka tettonika tad-Dinja

immodifika

Il-krosta flimkien man-naħa ta' fuq tal-mantell tissejjaħ il-litosfera, qoxra riġida ta' madwar 100 sa 200 km (60 sa 120 mil) ħoxna. Din il-Qoxra hi maqsuma f'sensiela ta' plakek li jimxu relattivament ma' xulxin bir-rata ta' ftit ċentimetri fis-sena, u hekk jiġi ikkawżat il-mixi tal-kontinenti. Madwar 180,000,000 sena ilu, il-kontinenti kollha kienu magħquda f'daqqa. Għaldaqstant kien jeżisti superkontinent wieħed li jġib l-isem Pangea.

 
Kien hemm perijodu fejn il-kontinenti kollha kienu superkontinent wieħed, dan il-kontinent kien Pangea. L-ewwel qasma għamlet massa fit-tramuntana, il-Laurasia, u oħra lejn in-nofsin-nhar, il-Gondwanalandja.

Hemm tliet tipi ta'limiti tal-plakek:

  1. diverġenti (jitbgħedu),
  2. konverġenti, jersqu lejn xulxin u jiltaqgħu, fejn plakka tindradam fuq oħra.
  3. konservattivi, li waqt li mexjin jgħaddu ma' ġemb xulxin biss.

It-terremoti isseħħu fil-limiti tal-plakek - il-blat ma jgħaddix ġentilemnt minn ma' xulxin u l-enerġija tiproduċi iċ-ċaqliq ta' wiċċ id-Dinja It-terremoti huma l-iżjed komuni tul limiti konservattivi u jafu jkunu aktar b'saħħithom tul limiti konverġenti. Fejn jiltaqgħu żewġ plakek kontinentali, jiffurmaw il-muntanji, għax il-krosta issir eħxen fiż-żona tal-kolliżjoni tal-blat. Fejn il-blat jitbiegħed, materjal minn tal-mantell jitla' fil-wiċċ biex jimla l-ispażji, hekk tiġi ffurmata kresta oċejanika ġdida. Dan il-materjal jista' jkun sparat 'l fuq b'saħħa tremenda; bħall-vulkani fl-Islanda.

Vulkani jistgħu sseħħu wkoll fl-limiti konverġenti, meta il-krosta tal-plakka tiġi miġbuda l-isfel, tisħon u ddub, bħal fl-Andi. Vulkani bħal dawk li ffurmaw il-Hawaii huma mbegħda mil-limiti tal-plakek. huma jinsabu f'punti jaħarqu fejn ikun hemm taqlib fil-mantell. Dawn it-tip ta' vulkani jinsabu wkoll fuq il-pjaneti Marte u Venere, id-Dinja hi l-uniku pjaneta magħrufa li għandha struttura ta' plakek.

Superfiċi żagħżugħa

immodifika
 
Il-Krater tal-Ariżona, USA, huwa ppreservat fi stat tajjeb

Wiċċ id-Dinja qed jiġi kontinwament mibdul, minħabba il-plakek tettoniċi. Din hi waħda mir-raġunijiet għala il-krateri ta' impatt ma tantx huma komuni fuq id-Dinja. Il-krosta oċejanika eżempju, iddum biss 200,000,000 sena qabel tiġi distrutta b'xifer ta' plakka konverġenti. Il-krateri huma wkoll mikula mill-erużjoni, jew midfuna taħt is-sedimenti.

Wieħed mill-krateri l-iżjed magħruf huwa dak tal-Ariżona, USA, li żamm preservat sew minħabba li jinsab f'art niexfa u huwa pjutost reċenti -- hu ġie iffurmat biss madwar 50,000 sena ilu.

Ħafna mill-krateri huma viżibbli biss mill-ispazju. Ċiksulub, li huwa wiesgħa 200 km (120 Mil) kien iffurmat madwar 65,000,000 sena ilu, huwa midfun taħt mijiet ta' metri ta' sediment ġol-Messiku. Dan il-krater huwa l-evidenza ta' impatt enormi li seta' kien il-kawża tat-tmiem id-dinożawri.

L-atmosfera tad-Dinja

immodifika

L-Art għandha atmosfera relativament ħoxna, magħmula għat-78% ta' ażotu, għall-21% ta' ossiġenu u għal l'1% ta' argu u traċċi ta' gassijiet oħra bħal biossidu tal-karbonju u ilma. L-atmosfera taqsam is-superfiċi terrestri mill-ambjent inospitabbli tal-ispazju u iżżomm parti kbira ta' radjazzjoni solari. L-atmosfera tinqasam fi strati varji, it-troposfera, l-istratosfera, il-meżosfera, it-termosfera u l-eżosfera.

Biosfera

immodifika

It-teoriji kurrenti dwar il-biosfera jgħidu li twildet ftit mijiet ta' miljuni ta' snin qabel il-formazioni tal-pjaneta Art, minn 3,5 u 4 miljardi ta' snin ilu. Il-biosfera hi maqsuma f'varji bjomi, fihom jgħixu il-flora u l-fawna ftit jew wisq simili. Fuq l-Art, il-bjomi huma sseparati prinċipalment skont il-latitudni. Il-bjomi fit-tramuntana taċ-ċirklu polari artiku u fin-nofs in-nhar taċ-ċirku polari antartiku huma relarivament vojta mill-ħajja animali u veġetali , waqt li dawk l-iżjed popolari jinsabu lejn l-ekwatur.

Temp u staġuni

immodifika

L-arja sħuna tad-Dinja issaħħan it-troposfera, li issir turbolenta. Temperaturi ta' 290K (17 °C/63 °F) fuq wiċċ l-Art jaqgħu għal 220K (-53 °C/-63 °F) fil-quċċata tat-troposfera. Arja sħuna, umda titla u tiksaħ; l-ilma jikkondensa, jifforma is-sħab ta' qtar ċkejkin jew kristalli, jikreja xita, silġ u borra. L-assi tar-rotazzjoni terrestri huwa ittiltjat għal 23º. Din it-tiltjatura tikkawża l-istaġuni; meta emisfera tkun moħbija mix-Xemx, tirċieva inqas dawl, u dak id-dawl li tirċievi jaqa' f'anglu li jrid jippenetra iktar atmosfera biex jasal mal-art. Din hija ix-Xitwa għal dik l-emisfera. Minn naħa l-oħra meta emisfera tirċievi iżjed sigħat ta' dawl Xemxi hemm ikun is-Sajf. L-orbita tad-Dinja mhiex interament ċirkulari, infatti, waqt ix-Xitwa tal-emisfera tat-tramuntana, l-Art hija eqreb lejn ix-Xemx milli waqt is-Sajf. Madanakollu, l-eċċentriċità orbitali hija minima, u li l-Art tkun eqreb lejn ix-Xemx għandha effett minuri minn dak tat-tilt.

Il-Ħajja fuq id-Dinja

immodifika

L-Art hija post uniku fis-Sistema Solari. Huwa l-uniku pjaneta li għandu ammont ta' ilma sinifikanti fuq is-superfiċi; is-superfiċi iżżomm temperaturi tajba biex il-ħajja tkun possibli. L-assi tar-rotazzjoni huwa inklinat biżżejjed biex jagħti l-istaġuni iżda mhux l-estrem tal-istaġuni bħal Uranu.

Hemm diversi teoriji dwar kif oriġinat il-ħajja fuq Art, fosthom it-teorija panspermja.

Il-kontenut ta' ossiġenu fl-atmosfera huma mantnut mill-fotosintesi tax-xtieli ħodor, hekk kif il-bnedmin qed jeqirdu il-veġetazzjoni il-bilanċ bejn id-djosiku tal-karbonju u l-osssiġenu qed jiġi żbilanċat.Emissjonijiet mill-fossili maħruqa qed iħallu ammont dejjem ikbar ta' djosiku tal-karbonju. Iktar ma jkun hawn djassiku tal-karbonju fl-arja l-effett serra jikber, isaħħan is-superfiċi u is-silġ polari jdub.

L-istrat tal-ożonu fl-istratosfera jiproteġġi id-dinja mir-raġġi ultra vjoletti tax-Xemx. Gassijiet magħmulha mill-bniedem bħal chlorofluorocarbons ikkisru l-ożonu u b'hekk radjazzjoni tar-raġġi, li tagħmel il-ħsara tidħol f'ammoti akbar.

Iktar ma Bnedmin jabbitaw il-pjaneta aktar il-biosfera (Il-parti ta' art, arja u ilma) qed tkun mhedda. Il-bnedmin għandhom jitgħallmu jirrispettaw il-fatturi li jagħmlu l-Art post li fih hu possibli l-ħajja.

Kamp Manjetiku

immodifika
 
Il-fenomenu tal-Awrora Borealis huwa ikkawżat minn partiċelli ta' gass joniżat li ġej mix-Xemx, waqt li jaħbat mal-atmosfera tad-Dinja.

ID-DINJA DDUR fuqha nfisha darba kull 24 siegħa, b'hekk tikkawża l-qalba tal-ħadid imdewweb taħdem bħala dinamo u toħloq l-kamp manjetiku.

L-kamp manjetiku jipproteġi d-Dinja mir-riħ solari. Il-partiċelli ikkargati tar-riħ solari jiġu devjati mill-kamp manjetiku tad-Dinja, hekk tiġi ikkrejata manjetosfera. Xi partiċelli jiġu maqbuda mill-manjetosfera f'żewġ faxxi semi-ċirkulari u huma msejħa l-Faxxi ta' Van Allen.

Partiċelli oħrajn jinżlu spiralment f'kamp manjetiku tad-Dinja fil-poli. Il-partiċelli jirrejaġixxu mal-atmosfera ta' fuq u jikrejaw l-awrori jew id-dwal tat-tramuntana u n-nofsinhar.

Ġeografija

immodifika
 
Mappa fisika tad-Dinja.

Suddiviżjonijiet geografiċi maġġuri:

Kontinenti, Oċejani

Area:

  • total: 510.065.285 km2
  • art: 148.939.063 km2 (29,2%)
  • ilma: 361.126.222 km2 (70,8%)

Konfini:

Il-linji tal-konfini terrestri jammontaw għal 251.480,24 km

Linji tal-kosti: 356.000 km

Rivendikazzjonijiet marittimi:

Orografija

immodifika

Estremitajiet tal-għoli: (imkejla b'rispett għall-livell tal-baħar)

Huwa stmat li fuq l-Art jgħixu 6.327.152.352 persuna (stima ta' Novembru 2003).

L-abitat l-iżjed għan-nord huwa Alert ġewwa l-Kanada. L-abitat l-aktar għan-nofs in-nhar huwa l-stazjon ta' Amundsen-Scott f'Antartide, sitwata kważi eżattament fil-pol tan-nofs in-nhar.

Ħajjiet oħra fl-Univers

immodifika
 
Ir-rotazzjoni terrestri.

Huwa kważi ċert li ma teżisti l-ebda ħajja intelliġenti oħra fis-Sistema Solari. L-astronomi qegħdin iffitxu tip ta' ħajja intelliġenti oħra madwar stilel u pjaneti extra-solari. Ix-Xemx hi biss waħda mill-biljuni ta' stilel li hemm fil-galassja tat-Triq ta' Sant'Anna (bl-ingliż Milky Way). Din il-galassja hi biss sistema stellari fi ħdan l-Univers immens, ħajja għandha tinsab x'imkien ieħor f'dan il-kobor ta' Spazju. Iżda id-distanzi enormi li hemm bejn stilla u oħra u bejn galassja u oħra jagħmluha diffiċli ħafna biex jiġu skoperti forom oħrajn ta' ħajja!

Ara wkoll

immodifika

Referenzi

immodifika

Ħoloq esterni

immodifika