Ċekja
Ir-Repubblika Ċeka (biċ-Ċek: Česká republika), jew Ċekja hija pajjiż interkjuż fl-Ewropa Ċentrali. Il-pajjiż huwa mdawwar mill-Ġermanja lejn il-Punent, l-Awstrija fin-Nofsinhar, is-Slovakkja lejn il-Lvant u l-Polonja lejn it-Tramuntana. Il-belt kapitali u l-akbar belt, b'1.3 miljun abitant, hija Praga. Ir-Repubblika Ċeka tinkludi t-territorji storiċi tal-Boħemja u l-Moravja u parti żgħira ta' Silesja.
Repubblika Ċeka Česká republika |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
|
||||||
Mottu: "Pravda vítězí" (Ċek) Verità prevali |
||||||
Innu nazzjonali: "Kde domov můj?" (Ċek) Fejna d-dar tiegħi? |
||||||
![]() |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Praga 50°05′N 14°28′E / 50.083°N 14.467°E
| |||||
Lingwi uffiċjali | Ċek[1] | |||||
Gvern | Repubblika Parlamentari | |||||
- | President | Miloš Zeman | ||||
- | Prim Ministru | Bohuslav Sobotka | ||||
- | Prim Ministru nominat | |||||
Formazzjoni | ||||||
- | Prinċipalità tal-Boħemja | c. 870 | ||||
- | Renju tal-Boħemja | 1198 | ||||
- | Ċekoslovakkja | 28 ta' Ottubru 1918 | ||||
- | Repubblika Soċjalista Ċeka | 1 ta' Jannar 1969 | ||||
- | Repubblika Ċeka | 1 ta' Jannar 1993 | ||||
Sħubija fl-UE | 1 ta' Mejju, 2004 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 78,866 km2 (116) 30,450 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 2 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2012 | 10,513,209[2] (81) | ||||
- | ċensiment tal- | 10,436,560 | ||||
- | Densità | 134/km2 (84) 341/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $286.952 biljun[3] | ||||
- | Per capita | $27,190[3] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $196.072 biljun[3] | ||||
- | Per capita | $18,579[3] | ||||
IŻU (2013) | ▲ 0.873[4] (għoli ħafna) (28) | |||||
Valuta | Koruna Ċeka (CZK ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | +420 | |||||
TLD tal-internet | .cz1 | |||||
1 | Id-dominju .eu hija wkoll użata u maqsuma mal-istati membri oħrajn tal-Unjoni Ewropeja. |


Is-sistema politika immodifika
Iċ-Ċekja hija repubblika parlamentari b'kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president. Il-pajjiż kien iffurmat fl-1993 wara li ċ-Ċekoslovakkja nqasmetfiċ-Ċekja u s-Slovakkja. Il-pajjiż issa huwa maqsum f'14-il reġjun, inkluża l-belt kapitali, Praga.
Il-kummerċ u l-ekonomija immodifika
L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tar-Repubblika Ċeka fl-2018 kienu l-industrija (30.2%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (19.2%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta' xogħol soċjali (15.5%).
Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 84% tal-esportazzjonijiet tar-Repubblika Ċeka (il-Ġermanja 32%, is-Slovakkja 8% u l-Polonja 6%), filwaqt li barra mill-UE 2% jmorru fl-Istati Uniti u fir-Russja.
F'termini ta' importazzjonijiet, 76% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 29%, il-Polonja 9% u s-Slovakkja 6%), filwaqt li barra mill-UE 8% jiġu miċ-Ċina u 2% mill-Istati Uniti.
Iċ-Ċekja fl-UE immodifika
Hemm 21 membru tal-Parlament Ewropew miċ-Ċekja.[5]
Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti mill-gvern taċ-Ċekja, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.[5]
Il-Kunsill tal-UE m'għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.[5]
Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta' dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f'kull qasam ta' politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma' istituzzjonijiet oħra tal-UE. Dati tal-Presidenzi taċ-Ċekja: Jan-Ġun 2009[5]
Il-Kummissarju nominat miċ-Ċekja għall-Kummissjoni Ewropea hi Vĕra JourováFittex it-traduzzjonijiet disponibbli tal-link preċedentiEN•••, il-Viċi President għall-Valuri u t-Trasparenza. Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f'kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.[5]
Iċ-Ċekja għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta' interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.[5]
Iċ-Ċekja għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tar-rappreżentanti reġjonali u lokali tal-UE. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.[5]
Iċ-Ċekja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE premezz tar-rappreżentanza permanenti fi Brussell. Bħala l-"ambaxxata tal-UE" tar-Repubblika Ċeka, il-kompitu ewlieni tagħha hu li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti bl-aktar mod effettiv possibbli fl-UE.[5]
L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b'mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b'mod ġenerali. Ċifri tal-2018 għaċ-Ċekja:
- Nefqa totali tal-UE fiċ-Ċekja – € 4.123 biljun (ekwivalenti għal 2.10% tal-ekonomija Ċeka)
- Kontribuzzjoni totali għall-baġit tal-UE – € 1.720 biljun (ekwivalenti għal 0.88% tal-ekonomija Ċeka)[5]
Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE miċ-Ċekja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta' toroq, is-sussidjar ta' riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.[5]
-
Praga (Praha)
-
Brno/Brünn
-
Liberec/Reichenberg
-
Olomouc/Olmütz/Ołomuniec
-
Ostrava/Uostrawa/Ostrawa/Mährisch-Ostrau
-
Karviná/Karwina/Karwin
-
Plzeň/Pilsen
-
Ceske Budejovice/Budweis
-
Hradec Králové/Königgrätz
-
Moravské Budějovice
-
Znojmo
-
Moravský Krumlov
-
Stařeč
-
Světlá nad Sázavou
-
Světlá nad Sázavou, Světlá nad Sázavou, knisja:: il-knisja ta’ San Venceslas.
-
Světlá nad Sázavou, Závidkovice, il-kappella.
-
Bystřice nad Pernštejnem
-
Nové Město na Moravě
-
Chotěboř/Chotieborsch
-
Humpolec
-
Havlíčkův Brod
-
Pelhřimov
-
Pelhřimov, veduta tat-triq: Palackého/ve to the Palackého street
-
Žďár nad Sázavou, Knisja tal-Pellegrinaġġ ta’ San Ġwann Nepomuceno/Pilgrimage Church of San Juan Nepomuceno.
-
Jihlava/Iglau, In-naħa tal-Lvant tal-pjazza bil-knisja ta’ Sant’Injazju fuq ix-xellug u s-sala tal-belt fuq il-lemin/Eastern side of the square withh St Ignatius church in the left and city hall in the right.
-
Náměšť nad Oslavou
-
Telč, din hija l-pjazza ewlenija bi djar tas-seklu 16./this is the main square with 16th century houses.
-
Veduta ta' Telč, /View/Vista
-
Velké Meziříčí
-
Jaroměřice nad Rokytnou
-
Třebíč
-
Třebíč
-
Ústí nad Labem
-
Ústí nad Labem, Veduta tal-Mírové Náměstí mal-knisja.
-
Ústí nad Labem, Veduta tal-Mírové Náměstí bil-pont.
-
Ústí nad Labem, Hotel Vetruse.
-
Ústí nad Labem, Is-serratura ħdejn Střekov.
-
Ústí nad Labem, Veduta tar-raħal Vaňov.
-
Ústí nad Labem, Knisja f'Církvice.
-
Děčín, Veduta tal-belt u tax-xmara Elbe.
-
Děčín, Ix-Xmara Elbe hekk kif tgħaddi minn Děčín..
-
Děčín, Pont il-Qadim.
-
Děčín, Kwadra.
-
Děčín, il-kastell
-
Děčín, Knisja: il-knisja ta' San Wenceslas u Blaze
-
Děčín, Knisja: Ix-xatt tax-xellug tal-Elba bil-Ħajt tar-Ragħaj
-
Il-Kastell ta' Kunín (1800 abitants) mal-Knisja tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes
-
Bandiera ta' Kunín
-
Tarka ta' Kunín
-
Skoda marka tal-karozzi Ċeka/Skoda a Czech car brand.
-
-
Referenzi immodifika
- ^ "Lingwa Ċeka" (bl-Ingliż). Ministeru għall-Affarijiet Barranin (Ċekja). Miġbur 2011-11-14.
- ^ "Popolazzjoni". Czech Statistical Office. 2012-10-19. Miġbur 2012-12-19.
- ^ a b ċ d "Repubblika Ċeka" (bl-Ingliż). Fond Monetarju Internazzjonali. Miġbur 2013-04-17.
- ^ "Human Development Report 2013" (PDF) (bl-Ingliż). Nazzjonijiet Uniti. 2013. Miġbur 2013-03-14.
- ^ a b ċ d e f ġ g għ h europa.eu