Ljubljana
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Ljubljana hija l-belt kapitali tas-Slovenja. Din il-belt illum tgħodd 266 elf ruħ. Hija tinsab fuq ix-xmara Ljubljanica li tnixxi mill-qalba tal-belt.
L-arkitettura tixhed l-element Barokk kif ukoll l-iskola tal-Art Nouveau. Wieħed mill-aqwa arkitetti li ħalla impressjoni fuq il-belt hu Jože Plečnik,li sab il-bilanċ bejn il-Barokk Ruman u l-moviment Sezzjonalista Ġermaniż.
Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, Ljubljana ġiet invaduta mill-qawwiet faxxisti Taljani u wara min-nażisti Ġermaniżi, li dawwru l-belt bil-barbed wire.
Wara l-gwerra, Ljubljana ġiet iddikjarata l-kapitali tar-repubblika tas-Slovenja, fi ħdan il-Jugoslavja. Fl-1991, saret il-kapitali tas-Slovenja.
.