Italja
L-Italja, uffiċjalment magħrufa bħala r-Repubblika Taljana, hija pajjiż li jinsab fin-Nofsinhar tal-Ewropa. Il-fruntiera tal-Italja tmiss ma' fruntieri ta' pajjiżi Ewropej oħra, ngħidu aħna bħal Franza, l-Iżvizzera, l-Awstrija, u s-Slovenja tul l-Alpi li jservu ta' fruntiera naturali. In-Nofsinhar ta' dan il-pajjiż ġej fil-forma ta' peniżola, dan għax din il-parti hija mdawra mill-Baħar Mediterran. F'din il-parti tal-Italja wieħed jista' faċilment jilloka l-gżira maġġuri ta' Sqallija, il-gżira ta' Sardinja u l-izgħar stati indipendenti li huma fi ħdan ir-reġjun Taljan, li huma San Marino u l-belt tal-Vatikan. It-territorju Taljan ikopri xi 301,338 kilometru kwadru u huwa influwenzat direttament minn klima moderata u staġjonali. B'60.8 miljun abitant, l-Italja hija l-ħames l-iktar pajjiż ippopolat fl-Ewropa u għandha t-titlu tat-23 l-iktar pajjiż b'densità għolja fid-dinja. Ruma hija l-ikbar belt u l-belt kapitali tal-Italja.
Repubblika Taljana Repubblica Italiana |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
|
||||||
Innu nazzjonali: Il Canto degli Italiani |
||||||
Lokazzjoni tal-Italja (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur) |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Ruma 41°54′N 12°29′E / 41.9°N 12.483°E
| |||||
Lingwi uffiċjali | Taljan | |||||
Gruppi etniċi | ara Demografija | |||||
Gvern | Repubblika parlamentari unitarja | |||||
- | President | Sergio Mattarella | ||||
- | Prim Ministru | Giorgia Meloni | ||||
Leġislatura | Parlament tar-Repubblika Taljana | |||||
Formazzjoni | ||||||
- | Unifikazzjoni | 17 ta' Marzu, 1861 | ||||
Sħubija fl-UE | 25 ta' Marzu, 19572 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 301,338 km2 (71) 116,346 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 2.4 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2011 | 60,681,514 (23) | ||||
- | Densità | 201.2/km2 (61) 521.2/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2010 | |||||
- | Total | $1.828 triljun[1] (10) | ||||
- | Per capita | $30,165[1] (30) | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2011 | |||||
- | Total | $2.245 triljun[1] (8) | ||||
- | Per capita | $37,046[1] (24) | ||||
Valuta | Ewro (€)1 (EUR ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | 39 | |||||
TLD tal-internet | .it3 | |||||
1 Qabel l-1999: Lira Taljana 2Membru fundatur.3 Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea |
Storja
immodifikaQabel l-1861, l-Italja ma kinitx stat unit. It-territorju kien magħmul minn grupp ta' stati indipendenti, li kienu kkmandati minn pajjiżi oħra (bħall-Awstrija, Franza u Spanja). F'nofs is-seklu 19, il-Konti ta' Cavour kien il-Kap tal-Gvern tal-"Istat ta' Sardinja". Dan ipperswada lill-Awstrijaċi li kienu qegħdin jgħixu fil-Lombardia u fil-Veneto biex joħolqu l-istat tat-Tramuntana tal-Italja. Imbagħad stati oħra mill-Italja ċentrali u tan-Nofsinhar issieħbu mal-Piemonte sabiex ikun jista' jinħoloq stat akbar.
Fl-1860, Giuseppe Garibaldi rnexxielu jirbaħ il-gżira ta' Sqallija u wara ħafna ġiri madwar l-Ewropa, fl-1861, Garabaldi ħoloq ir-Renju tal-Italja.[2] Vittorio Emanuele II sar ir-re tar-renju l-ġdid. Fl-1861, il-Lazio u l-Veneto kienu għadhom mhux parti mill-Italja, għaliex kienu meqjusin bħala l-proprjetà tal-Papa li kien qiegħed jipproteġi lill-Awstrija bit-tarka tal-Kristjaneżmu għaliex il-Papa ma riedx ikun kompliċi fil-kunflitt li kellu jseħħ bejn dawn il-pajjiżi Nsara, jiġifieri l-Italja u l-Awstrija.
Il-Veneto sar parti mill-Italja fl-1866, eżattament wara gwerra qalila kontra l-imperu Awstrijak. Is-suldati Taljani ħadu l-Lazio fl-1870 mingħand il-Papa. Issa l-Italja kienet verament magħquda, u dan ma setax ikun possibbli li kieku ma kienx għal dawk il-bosta personaġġi li ħadu sehem f'din il-battalja għall-unità tal-Italja taħt l-istat ta' Piemonte.
L-Italja ħadet sehem fl-Ewwel Gwerra Dinjija bħala alleata tal-Gran Brittanja, Franza, u r-Russja kontra l-Poteri Ċentrali. Kważi l-ġlied kollu tal-Italja kien fuq il-fruntiera tal-Lvant, ħdejn l-Awstrija. Wara t-telfa ta' Caporetto, it-Taljani ħasbu li tilfu l-gwerra. Iżda, fl-1918, il-Poteri Ċentrali ċedew u l-Italja kisbet ir-reġjun ta' Venezia Tridentina (Trentino u Alto Adige), li qabel kien tal-Awstrija.
Fl-1922, kien hemm gvern ġdid Taljan taħt Benito Mussolini, il-mexxej tal-Faxxiżmu fl-Italja. Dan sar Kap tal-Gvern u dittatur, u sejjaħ lilu nnifsu "duce" - li tfisser "mexxej" bit-Taljan. Sar ħabib tad-dittatur Ġermaniż Adolf Hitler, u daħal miegħu fit-Tieni Gwerra Dinjija. Italja daħlet fil-gwerra fl-1940 bħala alleata tal-Ġermanja u l-Ġappun kontra Franza, il-Gran Brittanja, u r-Russja. Matul il-gwerra, l-Italja kkontrollat l-parti l-kbira tal-Baħar Mediterran.
Fil-25 ta' Lulju 1943, Mussolini tneħħa mill-Kunsill il-Kbir tal-Faxxiżmu, u fit-8 ta' Settembru 1943, Badoglio ddikjara li l-gwerra tal-Italja bħala alleata tal-Ġermanja kienet intemmet. L-Italja bdiet tiġġieled mal-alleati, li kienu Franza u r-Renju Unit, iżda s-suldati Taljani ma kinux jafu fuq min jisparaw. Fit-Tramuntana tal-Italja twaqqaf moviment jismu Resistenza biex jiġġieled kontra l-invażuri Ġermaniżi. Mussolini pprova jwaqqaf stat ieħor faxxista fit-Tramuntana tal-Italja, ir-Repubblika ta' Salò, imma dan falla. Fil-25 ta' April 25 1945, l-Italja saret ħielsa. L-istat sar repubblika fit-2 ta' Ġunju 1946, u għall-ewwel darba n-nisa setgħu jivvutaw. Il-poplu Taljan temm id-dinastija ta' Savoia u adotta gvern repubblikan.
Fi Frar 1947, l-Italja ffirmat trattat ta' paċi mal-alleati u tilfet il-kolonji kollha u xi żoni territorjali (Istria u partijiet mid-Dalmazja). L-Italja ssieħbet fin-NATO u l-Komunità Ewropea (bħala membru fundatur), u saret waħda mill-akbar ekonomiji industrijali fid-dinja.
Ġeografija
immodifikaL-Italja hija peniżola, fis-sens li hija mdawra mill-baħar min-naħat kollha minbarra waħda (tat-Tramuntana tagħha). It-Tramuntana tal-Italja hija separata minn Franza, l-Iżvizzera, u l-Awstrija bil-katina ta' muntanji tal-Alpi.[3] Mont Blanc (Monte Bianco bit-Taljan jew il-Muntanja l-Bajda bil-Malti), l-ogħla muntanja fl-Ewropa tal-Punent hija parti minn din il-katina.[4] Il-tieni katina ta' muntanji importanti fl-Italja hi dik tal-Appennini li huma fl-Italja ċentrali u tan-Nofsinhar.
Il-belt kapitali tal-Italja hija Ruma. Fost il-bliet importanti l-oħra fl-Italja insibu Torino, Firenze, Napli, u Venezja. Il-pajjiż għandu numru ta' gżejjer, l-akbar huma Sqallija u Sardinja,[2][5] li jintlaħqu bil-vapur jew bl-ajruplan.[2] Ix-xmara Po hija meqjusa bħala l-itwal xmara fl-Italja.[6] Ix-xmara Tevere tgħaddi minn ġol-belt ta' Ruma. It-Tramuntana tal-Italja għandha wħud mill-akbar lagi fil-pajjiż, bħal-Lag ta' Garda, il-Lag ta' Como, il-Lag Maggiore u l-Lag Iseo.[7] Billi hija mdawra bil-baħar, l-Italja għandha kosta twila ħafna kilometri, li tattira lit-turisti minn madwar id-dinja kollha.[8] It-turisti jmorru l-Italja wkoll biex jaraw il-ħafna postijiet storiċi.[9] Hemm żewġ pajjiżi żgħar ħafna ġewwa l-Italja. Dawn huma San Marino, li hija mdawra mit-Tramuntana tal-Italja, u l-Vatikan, li jinsab ġewwa l-belt kapitali ta' Ruma.
Total tal-fruntieri tal-Italja: 1,836.4 km, pajjiżi tal-fruntiera (6): Awstrija 404 km; Franza 476 km; Santa Sede (Belt tal-Vatikan) 3.4 km; San Marino 37 km; Slovenja 218 km; Isvizzera 698 km.
Nies u kultura
immodifikaIl-popolazzjoni tal-Italja tammonta għal ftit aktar minn sittin miljun ruħ.[10] Madwar 2.7 miljun ruħ minnhom jgħixu f'Ruma[11] u 1.3 miljun ruħ jgħixu f'Milan.[12] Wieħed jista' jqis lill-Italja bħala kompletament Kattolika Kristjana infatti ftit huma dawk in-nies li għandhom twemmin ta' natura differenti.
L-ilsien uffiċjali tal-Italja huwa t-Taljan però f'xi żoni żgħar wieħed jista' saħansitra jisma' l-Ġermaniż, is-Sloven jew il-Franċiż. Xi nies jitkellmu wkoll lingwi bħall-Isqalli u s-Sardu, li huma simili ħafna għat-Taljan, allura jistgħu jitqiesu bħala żewġ djaletti li ġew mnissla mill-ilsien Taljan. Il-poplu Taljan hu parzjalment imnissel mir-Rumani antiki. L-Italja għandha l-aktar Siti ta' Wirt Dinji minn kull nazzjon ieħor fid-dinja flimkien maċ-Ċina.[13] Dawn is-siti huma kulturalment importanti u ta' valur universali straordinarju skont il-UNESCO. Madwar 60 % tax-xogħlijiet tal-arti tad-dinja kollha jinsabu fl-Italja. L-Italja hija wkoll produttur kbir tal-inbid. Fl-2005 ipproduċiet aktar minn ħames miljun tunnellata metrika.[14]
Ekonomija u trasport
immodifikaL-Italja għandha sistema moderna ta' għajnuna soċjali. Is-suq tax-xogħol huwa relattivament b'saħħtu, b'ħafna barranin, speċjalment mir-Rumanija, jaħdmu fl-Italja fejn il-pagi huma ħafna ogħla. Iżda seta' kien hemm ħafna iktar ħaddiema fis-suq billi l-irġiel u n-nisa jirtiraw fl-età ta' 57 sena. Ir-rata tal-qgħad hija relattivament għolja, 8,2 %.[15][16] Is-soċjetà moderna tal-Italja hija mibnija fuq is-self u issa l-pajjiż għandu dejn katastrofiku ta' 120 % tal-PDG totali tal-pajjiż.[17]
In-network ferrovjarju fl-Italja jammonta għal 16,627 kilometru (10,331 mil), is-17 l-itwal fid-dinja. Il-ferroviji li huma ta' veloċità għolja jinkludu l-ferroviji tal-klassi ETR li jivvjaġġaw bit-300 kilometru fis-siegħa.
Politika
immodifikaIl-Kap tal-Istat huwa Sergio Mattarella, li l-kompitu tiegħu beda fit-3 ta' Frar 2015 u jintemm fl-2022 (il-President tar-Repubblika jibqa' għal seba' snin). Mattarella huwa t-tnax-il President tar-Repubblika Taljana u kien preċedut minn Giorgio Napolitano. L-ewwel president kien Enrico De Nicola u llum il-ġurnata l-Kap tal-Gvern huwa Mario Draghi. L-Italja kienet waħda mill-ewwel membri tal-Unjoni Ewropea u fl-2002, flimkien ma' ħdax-il pajjiż Ewropew ieħor bidlet il-munita tagħha u bdiet tuża l-ewro bħala l-munita uffiċjali tagħha. Qabel kienet tintuża l-lira Taljana, li kienet bdiet tintuża fl-1861.
Reliġjon
immodifikaReliġjożità fl-Italja | ||||
---|---|---|---|---|
reliġjon | perċentaġġ | |||
Insara | 90% | |||
Bla reliġjon | 7% | |||
Misilmin | 2% | |||
Oħrajn | 1% | |||
Ħafna nies fl-Italja huma Kattoliċi, iżda l-Knisja Kattolika ma għadhiex uffiċjalment ir-reliġjon tal-istat. 87.8 % tal-poplu jgħidu li huma Kattoliċi[18] filwaqt li madwar terz biss jgħidu li huma membri attivi (36.8 %). Hemm ukoll gruppi ta' Kristjani oħra fl-Italja: aktar minn 700,000 huma Insara Ortodossi tal-Lvant. 180,000 minnhom jappartjenu għall-Knisja Ortodossa Griega.[19]
550,000 huma Pentekostali u Evangelikali (0.8 %), 236,000 Xhieda ta' Jehovah (0.4 %)[20], 30,000 Waldensjani[21], 25,000 Avventisti, 22,000 Mormoni, 20,000 Battisti, sebat elef Luterani, erbat elef Metodisti.[22] L-eqdem minoranza reliġjuża fil-pajjiżl hija l-komunità Lhudija. Għandha madwar 45,000 ruħ u ma għadhiex l-akbar grupp mhux Nisrani. Hemm madwar 825,000 Musulman li jgħixu fl-Italja, u ħafna minnhom huma emigranti (1.4 % tal-popolazzjoni totali) u 50,000 biss huma ċittadini Taljani.[23] Barra minn hekk, hemm xi ħamsin elf Buddist kif ukoll 70,000 Indù fl-Italja.
Reġjuni
immodifikaL-Italja hija maqsuma f'għoxrin reġjun (Regione bit-Taljan) u kull reġjun huwa maqsum f'provinċji.
Mill-għoxrin reġjun differenti, ħamsa minnhom għandhom status speċjali u huma msejħa awtonomi. Dan ifisser li dawn jistgħu jagħmlu ċerti liġijiet lokali aktar faċilment. Dawn ir-reġjuni huma mmarkati b'asterisk (*) hawn taħt.
Reġjun | Belt Kapitali | Erja (km²) | Popolazzjoni |
---|---|---|---|
Abruzzo | L'Aquila | 10,794 | 1,324,000 |
Valle d'Aosta* | Aosta | 3,263 | 126,000 |
Puglia | Bari | 19,362 | 4,076,000 |
Basilicata | Potenza | 9,992 | 591,000 |
Calabria | Catanzaro | 15,080 | 2,007,000 |
Campania | Napli (Napoli) | 13,595 | 6,081,000 |
Emilia-Romagna | Bolonja (Bologna) | 22,124 | 4,276,000 |
Friuli-Venezia Giulia* | Trieste | 7,855 | 1,222,000 |
Lazjo (Lazio) | Ruma (Roma) | 17,207 | 5,561,000 |
Liguria | Ġenova | 5,421 | 1,610,000 |
Lombardia | Milan | 23,861 | 9,642,000 |
Marche | Ancona | 9,694 | 1,553,000 |
Molise | Campobasso | 4,438 | 320,000 |
Piemonte | Torino | 25,399 | 4,401,000 |
Sardinja (Sardegna)* | Kaljari (Cagliari) | 24,090 | 1,666,000 |
Sqallija (Sicilia)* | Palermo | 25,708 | 5,030,000 |
Toscana | Firenze | 22,997 | 3,677,000 |
Trentino-Alto Adige* | Trento | 13,607 | 1,007,000 |
Umbria | Perugia | 8,456 | 884,000 |
Veneto | Venezja (Venezia) | 18,391 | 4,832,000 |
L-aktar bliet popolati fl-Italja
immodifika-
Ruma
-
Ruma
-
Milan
-
Napli
-
Turin
-
Palermo
-
Genoa
-
Bologna
-
Firenze
-
Bari
-
Catania
-
Catania
-
Verona
-
Venezja
-
Venezja
-
Messina
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Padova
-
Parma
-
Parma
-
Parma
-
Trieste
-
Brescia
-
Prato
-
Prato
-
Tarento
-
Tarento
-
Modena
-
Regio de Calabria
-
Reggio Emilia
-
Reggio Emilia
-
Perugia
-
Ravenna
-
Livorno
-
Cagliari
-
Rimini
-
Foggia
-
Ferrara
-
Salerno
-
Salerno
-
Latina
-
Sassari
-
Sassari
-
Sassari
-
Sassari
-
Sassari
-
Monza
-
Trento
-
Bergamo
-
Pescara
-
Pescara
-
Giugliano de Campania
-
Siracusa
-
Forlì
-
Forlì
-
Vicenza
-
Terni
-
Bolzano
-
Bolzano
-
Bolzano
-
Plasencia
-
Novara
-
Ancona
-
Udine
-
Andría
-
Arezzo
-
Cesena
-
Pésaro
-
Lecce
-
Barletta
-
Alessandria
-
Alessandria
-
Alessandria
-
Alessandria
-
Alessandria
-
La Spezia
-
La Spezia
-
Pistoia
-
Pistoia
-
Pisa
-
Lucca
-
Guidonia Montecelio
-
Catanzaro
-
Como
-
Treviso
-
Treviso
-
Brindisi
-
Busto Arsizio
-
Torre del Greco
-
Grosseto
-
Sesto San Giovanni
-
Marsala
-
Marsala
-
Varese
-
Varese
-
Pozzuoli
-
Fiumicino
-
Corigliano Calabro, Corigliano-Rossano
-
Rossano, Corigliano-Rossano
-
Casoria
-
Asti
-
Asti
-
Asti
-
Caserta
-
Cinisello Balsamo
-
Aprilia
-
Carpi
-
Gela
-
Cremona
-
Cremona
-
Cremona
-
Cremona
-
Pavia
-
Ragusa
-
Imola
-
L'Aquila
-
L'Aquila
-
L'Aquila
-
L'Aquila
-
L'Aquila
-
L'Aquila
-
L'Aquila
-
L'Aquila
-
Altamura
-
Quartu Sant'Elena
-
Lamezia Terme
-
Massa
-
Potenza
-
Trapani
-
Trapani
-
Trapani
-
Trapani
-
Trapani
-
Trapani
-
Viterbo
-
Cosenza
-
Castellammare di Stabia
-
Castellammare di Stabia
-
Castellammare di Stabia
-
Castellammare di Stabia
-
Castellammare di Stabia
-
Castellammare di Stabia
-
Castellammare di Stabia
-
Castellammare di Stabia
-
Castellammare di Stabia
-
Castellammare di Stabia
-
Castellammare di Stabia
-
Afragola
-
Afragola
-
Vittoria
-
Vittoria
-
Vittoria
-
Vigevano
-
Vigevano
-
Vigevano
-
Vigevano
-
Vigevano
-
Pomezia
-
Carrara
-
Matera
-
Matera
-
Matera
-
Matera
-
Matera
-
Matera
-
Matera
-
Matera
-
Matera
-
Matera
-
Matera
-
Matera
-
Crotone
-
Olbia
-
Fano
-
Viareggio
-
Caltanissetta
-
Legnano
-
Acerra
-
Acerra
-
Acerra
-
Acerra
-
Acerra
-
Acerra
-
Acerra
-
Savona
-
Savona
-
Savona
-
Savona
-
Faenza
-
Benevento
-
Benevento
-
Benevento
-
Benevento
-
Benevento
-
Benevento
-
Benevento
-
Benevento
-
Benevento
-
Marano di Napoli
-
Molfetta
-
Molfetta
-
Molfetta
-
Molfetta
-
Moncalieri
-
Moncalieri
-
Moncalieri
-
Moncalieri
-
Agrigento
-
Agrigento
-
Agrigento
-
Agrigento
-
Cúneo
-
Foligno
-
Trani
-
Trani
-
Trani
-
Manfredonia
-
Ceriñola
-
Bisceglie
-
Siena
-
Tivoli
-
Tivoli
-
Tivoli
-
Gallarate
-
Módica
-
Módica
-
Módica
-
Módica
-
Téramo
-
Téramo
-
Téramo
-
Téramo
-
Téramo
-
Téramo
-
Téramo
-
Téramo
-
Portici
-
Portici
-
Portici
-
Portici
-
Portici
-
Bagheria
-
Bagheria
-
Avellino
-
Avellino
-
Avellino
-
Avellino
-
Avellino
-
Avellino
-
Montesilvano
-
Velletri
-
Bitonto
-
San Remo
-
San Remo
-
Anzio
-
Pordenone
-
Erkulanu
-
Erkulanu
-
Civitavecchia, Roma
-
Civitavecchia, Roma
-
Aversa
-
Aversa
-
Aversa
-
Aversa
-
Acireale
-
Cava de' Tirreni
-
Cava de' Tirreni
-
Cava de' Tirreni
-
Cava de' Tirreni
-
Cava de' Tirreni
-
Cava de' Tirreni
-
Cava de' Tirreni
-
Cava de' Tirreni
-
Cava de' Tirreni
-
Cava de' Tirreni
-
Cava de' Tirreni
-
Cava de' Tirreni
-
Cava de' Tirreni
-
Cava de' Tirreni
-
Scandicci
-
Battipaglia
-
Ascoli Piceno
-
Ascoli Piceno
Bliet famużi oħra fl-Italja
immodifika-
Palazzo Malvezzi, Bolonja
-
Pompei
-
Otranto
-
Otranto
-
Otranto
-
Otranto
-
Otranto
-
Otranto
-
Otranto
-
Otranto
-
Amalfi
-
Amalfi
-
Amalfi
-
Amalfi
-
Amalfi
-
Amalfi
-
Montefalcione, Avelino
-
Montefalcone Appennino, Fermo
-
Montefalcone di Val Fortore, benevento
-
Montefalcone nel Sannio, Molise
-
Altavilla Irpina, Avellino
-
Capriglia Irpina, Avellino
-
Salza Irpina, Avellino
-
Sant'Agata Bolognese, Bolonia, Emilia-Romaña
-
Sant'Agata Bolognese, Bolonia, Emilia-Romaña
-
Mirabella Eclano
-
Aeclanum
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ d "International Monetary Fund: Italy".
- ^ a b ċ "MSN Learning & Research - Italy". web.archive.org. 2003-12-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2003-12-03. Miġbur 2021-03-23.
- ^ [1] Alps are the border between Italy and other countries
- ^ [2] ippubblikata minn BBC News
- ^ [3] Biggest Islands in the World
- ^ [4] National Geographic, Eria Zwingle
- ^ [5]The Guardian 19 ta' Marzu 2005, The lake show, Philip Watson
- ^ [6] BBC News
- ^ [7] BBC News
- ^ [8] Flag Counter: Italy
- ^ [9] Rome's Population
- ^ [10] Milan's Population
- ^ [11] List of UNESCO World Heritage
- ^ [12] Countries by wine Production
- ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-11-18. Miġbur 2013-02-15.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ^ [13]
- ^ [14]
- ^ [15] Corriere della Sera
- ^ [16] Il-Knisja Ortodossa tal-Italja u Malta
- ^ [17] Center for Studies on New Religions
- ^ [18] Il-Knisja Evanġelika Waldensjana
- ^ [19] World Council of Churches
- ^ [20] UK Foreign and Commonwealth Office
Ħoloq esterni
immodifikaIl-Wikizzjunarju għandu daħla li għandha x'taqsam ma': Italja |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Italja (Italy) |