Ħinduiżmu

(Rindirizzat minn Induiżmu)

Il-Ħinduiżmu[1] tradizzjonalment imsejjaħ Sanātanadharma (devanāgarī सनातन धर्म, lett. "Liġi/Reliġjon Eterna"), hi waħda mir-reliġjonijiet ewlenin tad-dinja u fosthom għandha l-oriġini l-iżjed antika; għandha madwar biljun fidil, 828 miljun minnhom l-Indja.

Diffiċli li wieħed jagħti definizzjoni unitarja tal-Ħinduiżmu, billi mhuwiex reliġjon waħda fis-sens dejjaq, imma jista' jitqis bħala sensilea ta' kurrenti reliġjużi, devozzjonali u/jew metafiżiċi u/jew teoloġiko-spekulattivi, modi ta' mġiba, drawwiet ta' kuljum spiss eterogenji, li waqt li għandhom nukleu komuni ta' valuri u twemminijiet reliġjużi, huma differenti minn xulxin skont il-mod kif jinterpretaw it-tradizzjoni u l-letteratura reliġjuża, u skont liema aspett jikkonċentraw fuqu.[2].

Etimoloġija

immodifika
 
Id-daħla tat-tempju Paxupatināth (Mulej tal-imrieħel) iddedikat lil Xiva f'Kathmandu. Fit-tempju jistgħu jidħlu biss l-Indjani li jappartienu għal varṇa ikun x'ikun it-twemmin tagħhom waqt li l-viżitaturi l-oħra huma strettament projbiti anke jekk jipprofessaw bil-ħerqa fid Ħinduwija.

Il-terminu Malti "Ħinduiżmu", ġej mit-terminu Ingliż Hinduism imxerred mill-Ingliżi fl-epoka moderna[3], magħmul biż-żieda tas-suffiss ism mal-għerq hindu. Dan l-aħħar terminu ħindu kienu jużawh it-Torok Misilmin mis-seklu 13 għal dawk li ma kinux tat-twemmin tagħhom[4] waqt li t-terminu Għarbi al-Ħind, jidher fit-testi Għarab biex ifisser il-poplu sħiħ tal-Indja[5].

It-terminu Ħindu, fil-bidu kien biss ġeografiku billi kien il-kelma antika Persjana użata, sa xi r-raba' seklu WK, biex tfisser ix-xmara Indus u r-reġjun tas-seba' affluwenti tagħha[6] u l-abitanti tiegħu.[7] Ix-xmara u r-reġjun min-naħa l-oħra kienu magħrufin min-nies tal-post bis-Sanskrit Vediku bħala Sapta Síndhu u Síndhu. Ir-reġjun fil-Lvant tax-xmara Indus sar l-Ħindustan u l-abitanti tiegħu saru jissejħu "Ħindu" mill-Persjani u, aktar tard, mill-Griegi[8] u mir-Rumani[9].

Matul il-kolonizzazzjoni Brittanika, it-terminu Hinduism kien jintuża għall-ġabra ta' fatti kulturali u reliġjużi li kien hemm fis-subkontinent Indjan u mbagħad ġie tradott fil-lingwi Ewropej prinċipali.

Wara l-Indjani stess bdew jużaw it-terminu maħluq mill-Ingliżi, hinduism biex jindikaw l-identità nazzjonali tagħhom stess b'kuntrast ma' dik tal-kolonizzaturi[10]. Però it-terminu ħindu kien diġà deher fis-seklu 16 fit-testi reliġjużi tal-Vixnuiżmu b'kuntrast mat-terminu javana (mislem)[11].

Imma wara kollox il-fidili Ħinduwin ma jsejħux il-fidi tagħhom "Ħinduiżmu", imma Sanātanadharma (Ordni, Norma, Reliġjon eterna) billi s-sisien tagħha mhumiex il-frott tal-esperjenza umana imma tar-rivelazzjoni divina, mill-istess Veda li deher fil-bidu taż-żmien lill-profeti msejħin Ṛṣi.

Jew isejħulha Varṇāśramadharma jew id-Dharma li tmexxi kull ħlejqa skont il- pożizzjoni tagħha (varṇa) billi tassenjalha doveri speċjali għaliha (āśrama) ta' ordni soċjali, reliġjuż u morali[12].

Il-"Ħinduiżmu" tradizzjonalment jissejjaħ Arjadharma, ir-Reliġjon tal-Arjani [13], u Vajdikadharma, ir-reliġjin tal-Veda[14].

Definizzjoni tal-Ħinduiżmu

immodifika

It-terminu "Ħinduiżmu" inħoloq riċentement u tferrex mill-orjentalisti Punentin u mill-istudjużi Indjani mis-seklu 19 'l hawn. Mhux biss hekk, imma dan il-proċess affettwa n-natura tiegħu infisha:

"Importanti li wieħed jiftakar li l-formazzjoni tal-Ħinduiżmu kif nifhmuh illum, beda biss fis-seklu 19, meta it-terminu intuża mir-riformaturi Ħinduwin u mill-orjentalisti Punentin."

—Gavin Flood. L'induismo. Torino, Einaudi, 2006, p. 7

Min-naħa l-oħra it-terminu hu diffiċli li wieħed jiddefinih:

"It-terminu "Ħindu" jirreferi għal moltepliċità tant kbira ta' tradizzjonijiet u kunċetti li jirriżulta li hu diffiċli għall-aħħar li wieħed jagħti definizzjoni. [...] Il- problema tad-definizzjoni ġejja mill-fatt li l-Ħinduiżmu, bil-kontra ta' ħafna reliġjonijiet oħra, m'għandux fundatur wieħed storiku, m'għandux sistema unitarja ta' twemmin kodifikat jew stqarrija tal-fidi, m'għandux sistema soterjoloġika waħda u awtorità ċentrali jew struttura burokratika."

—Gavin Flood. L'induismo. Torino, Einaudi, 2006, p. 5

Stefano Piano jemmen li t-terminu "Ħinduiżmu" jista' jfisser:

B'din il-kelma nfissru mhux tant reliġjon imma aktarx kultura sħiħa, viżjoni tad-dinja u tal-ħajja, mod ta' mġiba, sensiela ta' drawwiet ta' kuljum li ntirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra għal millenji sħaħ b'tenaċità skrupluża fi ħdan ċiviltà estremament fidila għall-passat tagħha u li fiha jippredomina kunċett "reliġjuż" tal-bniedem u l-univers."

—Stefano Piano. Op. cit., p. 374

Piano, jfakkarna f' Heinrich von Stietencron[26], u jisteddina nitkellmu pjuttost fuq "reliġjonijiet Ħinduwin" bħal vaiṣnava, śaiva o quella śākta.

F'dan ir-rigward Mario Piantelli jinnota li: "Barra minn hekk, dawn it-tiketti jiċħduhom l-intellettwali Indjani ta' formazzjoni mhux punentija, u speċjalment il-membri tal-ortodossija smārta, li ma jarawx mottivi validi biex jiżolaw għalihom dawk li sempliċement jqisu xi mumenti jew aspetti ftit jew wisq sinjikattivi f'realtà spiritwali komuni, fiha nfisha eterna u atemporali, imsejħa bl-isem ta' "Dharma perenni" (is-Sanātanadharma)" (Mario Piantelli in Hinduismo (ed. Giovanni Filoramo). Bari, Laterza, 2007, pag. 12)

Francesco Sferra, waqt li jfakkkar li d-definizzjoni ta' Ħinduiżmu: "tiġbor fiha, fir-realtà, kollezzjoni varjegata ta' reliġjonijiet u viżjonijiet tad-dinja li jistgħu jkunu kontradittorji" (Francesco Sferra. Hinduismo antico. Milano, Mondadori, 2010)

jikkonkludi li t-terminu Ħinduiżmu jista' mela jfisser "il-kultura Indjana sħiħa, li tesprimi ruħha qabel kollox fil-fedeltà lejn ordni soċjo-kulturali, lejn ġabra ta' normi, drawwiet u mġiba ta' oriġni antikissima li jistabilixxu fid-dettal kif wieħed jgħix u jifhem il-ħajja, kemm tal-individwu u kemm tas-soċjetà. U hu il-fatt li wieħed ikun imwieled f'kasta (jāti) Ħinduwija u qatt ma jikkonverti għal tradizzjoni li mhijiex Ħinduwija (Ġainiżmu, Buddiżmu, Iżlam, Kristjaneżmu eċċ.) li jagħmel persona Ħindija. Jekk strettament, wieħed jista' jkun hekk mingħajr ma neċessarjament isegwi triq reliġjuża, fl-ebda każ - almenu skont il-formulazzjoni l-iżjed komuni u ortodossa - ma jista'jsir Ħindu għax is-sħubija tiddependi qabel kollox minn fattur etniku. -appa Se a stretto rigore, si può essere tali senza necessariamente seguire un percorso religioso, in nessun caso - stando almeno alla più comune e ortodossa delle formulazioni - si può diventare hindū perché l'appartenenza all'hindūismo dipende innanzitutto da un fattore etnico." (Francesco Sferra. Op. cit.)

Dil-bażi etnika tidher ċara mill-fatt li fis-santwarji prinċipali tal-Ħinduiżmu, pereżempju fit-Tempju ta' Krixna f'Puri (Orissa) jew f'dak ta' Xiva f'Kathmandu in-Nepal,[27], santwarji li jappartienu għal darśana differenti, jistgħu jidħlu biss l-Indjani li jappartienu għal varna, tkun xi tkun it-twemmin reliġjuż tagħhom [28], u ma jistgħux jidħlu nies li mhumiex Indjani anki jekk ikun jipprofessaw fidi 'Ħinduwija'.

Minkejja li d-definizzjoni tiegħu mhux faċli, biex nifhmu t-terminu Ħindu f'kuntest ta' sinjifikat iħjed wiesgħa, iwissi Michel Delahoutre: "Mhux biżżejjed kif kienu jaħsbu darba b'mod faċli ħafna, inkunu nafu s-Sanskrit, lanqas nafdaw fit-tradizzjonijiet tal-Brahmin li flimkien jissejħu Brahmaniżmu. Issa huma meħtieġ l-għarfien tal-lingwi moderni u l-istudji soċjoloġiċi u etnoloġiċi, li jħarsu anki lejn il-fenomeni riċenti u attwali u l-kuntatt mal-Punent. Hemm bżonn nieħdu kont tal-fenomeni ta' adattament tal-Ħinduiżmu għall-ambjenti Punentin bid-dehra ta' setti ġodda, ta' guruwiet u swami ġodda." (Michel Delahoutre. Op. cit.)

Mela l-"Ħinduiżmu" mhux biss "invenzjoni"[29] tal-orjentalisti punentin[30] imma wkoll l-awtorappreżentazzjoni, moderna, ta' elementi diġà preżenti fil-passat Indjan: "Mill-punto di vista tiegħi l-"Ħinduiżmu" mhux biss, kif sostnew xi studjużi, kostruzzjoni mill-orjentalisti punentin, li ppruvaw jagħtu isem lil-pluralità ta' fenomeni reliġjużi li jinstabu fl-erja ġeografika vasta tal-Asja t'Isfel. Il-Ħinduiżmu hu wkoll il-manifestazzjoni tal-awtorappreżentazzjoni mill-Ħinduwin u t-trasformazione moderna ta' elementi diġà preżenti fl-imgħoddi." (Gavin Flood. L'induismo. Torino, Einaudi, 2006, pagg. 7-8)


Oriġni, ġenesi u żvilupp storiku tal-Ħinduiżmu

immodifika

Ir-reliġjon taċ-Ċiviltà tal-wied tal-Indus

immodifika
 
Siġill li jirraffigura l-alla taċ-Ċiviltà tal-wied tal-Indus, illum minn xi studjużi[15] identifikat bħala proto-Paśupati (Mulej tal-annimali), isem l-alla Ħinduwi ta' wara Xiva. Dan is-siġill juri l-alla Paśupati f'għamla antropomorfika, bil-pene erett, forsi f'poża "jogija" u l-wiċċ bi tlett uċuħ u b'xagħru forma ta' qrun. Din il-figura fuq il-pedestal hi mdawra b'buflu, rinoċeronte, iljunfant u tigra, taħt il-pedestal hemm żewġ mogħżiet (jew forsi ċrief).
 
Ir-reġjun taċ-Ċiviltà tal-wied tal-Indus. Jaħsbu li din iċ-ċiviltà żviluppat madwar l-2500 Q.K. u għebet madwar l-1800 Q.K. Ħafna studjużi jsostnu li xi elementi fil-kultura reliġjuża tagħha baqqgħu jidwu fil-Ħinduiżmu.
 
Statwetta tal-alla mara taċ-Ċiviltà tal-wied tal-Indus misjuba f'Mehrgarh (illum fil-Pakistan) li ġejja mit-3000 Q.K. u illum miżmuma fil-Mużew Guimet ta' Pariġi.
 
Eżempju ta' ħames karattri tal-kitba li jaħsbu li kienet taċ-Ċiviltà tal-wied tal-Indus, kitba li għadha mhux deċifrata, miġbura f'sigill miżmum fil-British Museum ta' Londra.

Il-maġġoranza tal-istudjużi jqisu l-Vediżmu, ir-reliġjon tan nies Veda ppratikata mill- indoari, bħala l-bidu ta' dak li llum insejħulu "Ħinduiżm"[16]. Però, kif jindika Alf Hiltebeitel[17], hemm raġunijiet sodi li jġegħluna naħsbu li t-twemmin reliġjuż tal-popolazzjoni tal-Wied tal-Indus, hu element important biex nistabbilixxu l-għeruq tal-Ħinduiżmui [18].

L-istess Alf Hiltebeitel jaf, però, li hu diffiċli ħafna li tkun taf dan it-twemmin reliġjuż u l-għarfien jista' tkun biss konġetturali billa l-kitba u allura l-lingwa ma nafu xejn fuqhom (skont Hiltebeitel x'aktarx tal-familja dravidika ta' dik iċ-ċiviltà, ddokumentata fuq ħafna siġilli ta' steatite misjuba fis-siti arkeoloġiċi[19].


Il-Ħinduiżmu (सनातन धर्म; Sanatana Dharma, li tfisser Reliġjon Infinita/Liġi Eterna) huwa reliġjon antika, li għadha pprattikata minn miljuni ta' nies sallum. Din kienet l-ewwel reliġjon li kellha l-idea ta' reinkarnazzjoni (jiġifieri li n-nies jistgħu jitwieldu mill-ġdid wara li jmutu), karma (kawża u effett), u ideat oħra. Il-Ħinduiżmu huwa federazzjoni ta' numru ta' twemminijiet li evolvew fost in-nies li għexu fis-Sottokontinent Indjan. Hija taħlita komposta ta' twemminijiet. Grupp wieħed jaċċetta l-Varna, ieħor le; grupp wieħed jaċċetta l-Veda, ieħor le; grupp wieħed jaċċetta li hemm alla, ieħor jiċħad l-eżistenza ta' alla. Imma dawn kollha jissejħu Ħindu. Skont il-kostituzzjoni Indjana, id-definizzjoni ta' Ħindu huwa kulmin jgħix l-Indja u mhux Mislem jew Nisrani.

  • Fil-Ħinduiżmu l-prattika spiritwali (bħat-talb) hi importanti ħafna .
  • Il-Ħinduiżmu jinkoraġġixxi t-tolleranza għal dak li jemmnu nies oħra. L-Indu jemmnu li ma hemmx għarfien korrett wieħed biss ta' Alla wieħed veru.
  • Mhux in-nies kollha jaqblu dwar jekk il-Ħinduiżmu huwiex politeistiku jew monoteistiku. Ħafna nies jaħsbu li l-Ħinduwin jemmnu f'ħafna allat. Oħrajn huma tal-fehma li hemm alla wieħed biss fil-Ħinduiżmu u dan l-alla wieħed (imsejjaħ Brahman) jidher f'modi differenti. Nirguna Brahman hu Alla mingħajr forma, jew Alla mingħajr attributi personali. Il-forom kollha personali ta' Alla fil-Ħinduiżmu, bħal Vixnu jew Xiva, huma partijiet differenti ta' Alla fil-forma personali jew Alla b'attributi. Ħafna Indu jemmnu li d-differenza bejn politeiżmu u monoteiżmu mhijiex kbira daqs kemm jaħsbu n-nies tal-Punent, għax jemmnu li hemm modi differenti ta' kif wieħed jista' jħares lejn il-verità.[20]

L-enerġija t'Alla hi Devi, l-Omm Divina. Għall-veneraturi ta' Vixnu (jew Vajxnavas) li jsegwu l-filosofija ta' Ramunġaċaraja, Devi hi Lakxmi, Omm Kulħadd, li taqbeż għall-umanità ma' Vixnu. Għall-veneraturi ta' Xiva (jew Xajvas), Devi hi Parvati. Għax-Xaktas, jiġifieri, il-veneraturi ta' Devi, Devi huwa l-forma personali ta' Alla biex jilħaq l-Assolut impersonali, Alla. Għalihom, Xiva hi personifikata bħala Alla mingħajr attributi.

Ħarsa ġenerali qasira

immodifika

Il-Ħinduiżmu jieħu ideat mill-Veda, mill-Upanishads, kif ukoll mit-tagħlim ta' ħafna guruwijiet Ħinduwin matul iż-żmien. Ħafna tipi differenti ta' filosofija ġejjin minn sitt skejjel Vediċi/Ħinduwin ewlenin. Setet Bhaktin u skejjel Tantriċi Agamiċi huma komuni ħafna fi ħdan l-Induiżmu.

It-triq eterna

immodifika

"It-Triq Eterna" (bis-Sanskrit सनातन धर्म, Sanatana Dharma), jew il-"Filosofija/Armonija/Fidi ta' dejjem", huwa l-isem li dejjem irrappreżenta l-Ħinduiżmu għal eluf ta' snin. Skond il-Ħinduwin dan jesprimi l-idea li ċerti prinċipji spiritwali huma validi għal kull żmien, jaqbżu t-twemmin maħluq mill-bniedem, u jirrappreżentaw xjenza pura tal-konxju. Il-konxju mhuwiex biss dak tal-ġisem jew tal-moħħ, iżda tar-ruħ 'l fuq mill-moħħ u jeżisti fi ħdan u lil hinn mill-eżistenza tagħna, il-Jien pur ta' kulħadd. Ir-reliġjon għall-Indu huwa t-tfittxija għad-divin fil-Jien, it-tfittxija għall-verità Waħda li infatti qatt ma ntilfet. Skont dan it-twemmin, jekk xi ħadd ifittex il-verità, ikun min ikun, se jsibha. Dak kollu li jeżisti, mill-ħxejjex u l-annimali sal-bnedmin, hu suġġett u oġġett tad-Dharma Eterna. Din il-fidi ġewwenija, għalhekk, tissejjaħ ukoll Arja/Dharma Nobbli, Veda/Dharma tal-Għarfien, Joga/Dharma tal-Għaqda, Dharma Ħinduista jew, sempliċement, id-Dharma.

Dak li nistgħu ngħidu li hu komuni fost il-Ħinduwin hu twemmin fid-Dharma, reinkarnazzjoni, karma, u mokxa (ħelsien) ta' kull ruħ permezz ta' varjetà ta' joga morali, attiva u meditattiva. Hemm prinċipji li huma wkoll iżjed bażiċi, fosthom "ahimsa" (nuqqas ta' vjolenza), l-importanza tal-Guru, il-Kelma Divina ta' Aum u l-qawwa tal-mantra, l-imħabba tal-Verità f'ħafna manifestazzjonijiet bħala allat, il-fehim li x-xrara essenzjali tad-Divin (Atman/Brahman) tinsab f'kull bniedem, u hekk hemm ħafna toroq spiritwali li jwasslu għall-Verità Waħdanija.

Wieħed mill-eżempji tal-ispiritwalità Ħinduista fil-ħajja ta' kuljum huwa l-bindi, tikka li ħafna nisa Indu jkollom fuq ġbinhom. Din tista' tfisser ħafna affarijiet differenti. Għal xi wħud din tirrappreżenta "it-tielet għajn" li tgħin lin-nies jiksbu l-għarfien. Il-Ħinduwin kollha jaħsbu li hu importanti li wieħed jitgħallem permezz tal-meditazzjoni. Jaħsbu li din tagħtihom intwizzjoni lil hinn mill-moħħ u l-ġisem, xi ħaġa spiss assoċjati mal-alla Xiva. L-irġiel ukoll ġieli jqiegħdu marka msejħa Tilak fuq ġbinhom, is-soltu fil-festi reliġjużi. L-għamla tagħha tista' tfisser devozzjoni lejn ċertu alla prinċipali: l-għamla ta' 'U' tfisser lejn Vixnu, grupp ta' tliet linji lejn Xiva. Xi minn daqqiet jagħaqduhom flimkien biex ifissru Hari-Hara ( Vixnu-Xiva indissolubbli).

  • Suċċess

Il-Ħinduiżmu jgħid li s-suċċess jista' jinkiseb biss permezz bl-isforz.

  • Joga Dharma

Il-Ħinduiżmu jagħti mod partikolari ta' ħajja li Ħindu għandu jsegwi. Dan isir permezz ta' Jogi (prattiki spiritwali), prinċipalment dawn:

  1. Bhakti Joga (Joga tad-Devozzjoni u l-Imħabba)
  2. Karma Joga (Joga tal-Azzjoni)
  3. Raġa Joga (Joga tal-Meditazzjoni) u
  4. Ġnana Joga (Joga tal-Għarfien u t-Twettiq)

Il-mod kif wieħed jagħmel dan kollu hu deskritt fiż-żewġ testi ewlenin tal-Joga Induista: il-Ġita Bhagavad u l-Joga Sutra. L-Upanixad ukoll fihom testi importanti dwar il-joga.

  • L-erba' għanijiet tal-ħajja

Il-Ħinduiżmu jemmen fl-erba' għanijiet ewlenin tal-ħajja. Dawn huma Kama, Artha, Dharma u Mokxa. Il-Ħinduwin jgħidu li l-bnedmin kollha jfittxu 'l Kama (pjaċir, fiżiku jew emozzjonali) u Artha (qawwa , fama u l-ġid ), iżda mal-maturità malajr jitgħallmu jrażżnu dawn ix-xewqat leġittimi fi ħdan il-qafas pragmatiku ogħla, ta' Dharma, jew armonija morali f'kollox.

  • L-erba' stadji tal-ħajja

Fl-Induiżmu, il-ħajja ta' bniedem maqsuma f'erba' stadji. Kull wieħed minn dawn l-istadji hu msejjaħ Axrama. L-erba' stadji huma:

  1. Brahmaċarja, l-ewwel kwart tal-ħajja bħala ġuvni - li jintużaw għat-tagħlim, bini tal-ġisem u l-moħħ .
  2. Grihasthja, it-tieni kwart tal-ħajja bħala persuna bil-familja jaħdem għall-għajxien.
  3. Vanaprastha, it-tielet fażi tal-ħajja, wieħed jgħaddija fil-foresti u fil-meditazzjoni.
  4. Sanjasa, l-aħħar fażi tal-ħajja, wieħed għandu jgħaddiha mingħajr rabta mad-dinja.
 
Il-festa tad-dwal- Diwali, hu ċċelebrata mill-Ħinduwin mad-dinja kollha.

Il-festi tal-Ħinduwin (Sanskrit: Utsava; letteralment "tgħolli 'l fuq") huma meqjusa bħala ritwali simboliċi li jinsġu b'mod sabiħ il-ħajja individwali u soċjali f'dharma. L-Ħinduiżmu għandu ħafna festi matul is-sena. Il-kalendarju Ħindu s-soltu jiffissa d-dati.

Il-festi tipiċi jiċċelebraw ġrajjiet mill-mitoloġija Ħinduwija u spiss jaqblu mal-bidliet tal-istaġuni. Hemm festi li huma primarjament iċċelebrati minn ċerti setti jew f'ċerti reġjuni tas-sottokontinent Indjan.

Fost il-festi Ħinduwin osservati f'ħafna reġjuni insibu:

  • Maha Xivaratri
  • Pongal
  • Holi
  • Vasant Panċami
  • Thaipusam
  • Ram Navami
  • Krixna Ġanmastami
  • Ganex Ċaturthi
  • Xigmo
  • Dussera
  • Durga Puġa
  • Diwali
  • Gudi Padwa
  • Ugadi
  • Bihu
  • Bonalu
  • Rath Jatra
  • Guru Purnima
  • Rakxa Bandhan
  • Onam
  • Gowri Ħabba
  • Ċħath
  • Vixu


It-Twemmin Induist

immodifika

Skond l-Induisti alla hu wieħed li ma jistax jigi deskritt (spjegazzjoni ghala hawn hafna tipi ta’ allat Indu). Hu ħalaq kollox u għalekk hu jissejjaħ Brahman-l-assolut. Fost il-ħafna allat meqjuma insibu lill Brahma-il-kreatur, Vishnu – li jaghti l-ħajja u Shiva-li se jkisser l-univers.

Ir-Rinkarnazzjoni

immodifika

Il-ħsieb ewlieni tal-għajxien Induist hu li wieħed jeħles miċ-ċiklu tar-rinkarnazzjoni, jiġifieri li wara l-mewt terġa titwieled mill-ġdid, u għalhekk min jirnexxielu jeħles mir-rabta ta' materjali f'din id-dinja ikun kiseb il-moksha. Dan isir billi il-bniedem jikseb għarfien profond, u paci u armonija tal-qalb.

Il-kasti socjali

immodifika

Fl-Induismu il-kasti soċjali ghandhom importanza kbira. Meta titwieled f’kasta socjali trid tibqa fiha sa ma tmut, tghix ma dawk ta’ l-istess kasta tieg]ek u kif ukoll tizzewweg lill xi hadd ta’ l-istess kasta so`jali tieg]ek. Tibdil fil-kasti socjali isir biss bir-rinkarnazzjoni fejn int tista titla jew tinzel fis-socjeta, skond kif tkun ghext fil-hajja ta’ qabel, jew sahan sitra tirrinkarna b]ala animal. Tradizzjonalment hemm hames kasti:

 Il-qassisin- L-indu jemmnu li hargu minn halq Brahman

  • Il-mexxejja- Dawn hargu minn idejn Brahman
  • Il-merkanti u dawk ta’ sengha- dawn hargu minn qghadd Brahman
  • Is-servjenti u dawk qieghda- dawn hargu minn saqajn Brahman
  • Il-moqzieza- il-morda u l-mahmugin li mhumiex meqjusa b]ala parti mis-socjeta.

Moksha- tinkiseb wara li wiehed jehles mic-ciklu tar-reinkarnazzjoni, paci u armonija.

  1. ^ bl-ilsien Ħindi jsejħulu Ħindudharma, bid-devanāgarī: हिन्दू धर्म.
  2. ^ Cfr., Michel Delahoutre f' Dictionnaire des Religions (ed. Jacques Vidal). Pariġi, Presses universitaires de France, 1984
  3. ^ X'aktarx l-ewwel awtur li uża t-terminu Hinduism kien Ram Mohan Roy (1772-1833) fl-1823. Cfr. Michel Delahoutre fid-Dictionnaire des Religions (ed. Jacques Vidal). Pariġi, Presses universitaires de France, 1984.
  4. ^ Cfr. Stefano Piano. Dizionario delle religioni (ed. Giovanni Filoramo. Torino, Einaudi, 1993, paġni 373-4.
  5. ^ Cfr. Romila Thapar. Interpreting Early India. Delhi, Oxford University Press, 1993, p. 77
  6. ^ Illum il-Punġab.
  7. ^ Cfr. Mario Piantelli, f' Hinduismo (ed. Giovanni Filoramo. Bari, Laterza, 2007, p. 6
  8. ^ Hawn it-terminu tilef l-aspirazzjoni tal-bidu u sar Ἰνδός, Índos.
  9. ^ Indi, Indōrum, deriv. mill-Grieg.
  10. ^ Robert Eric Frykenberg. The Emergency of Modern Hinduism; f' Hinduism Reconsidered (ed. Gunther Dietz Sontheimer u Hermann Kulke). Delhi, Manohar, 1991, pagg. 30-1.
  11. ^ Joseph T. O'Connel. The word "Hindu" in Gaudiya Vaiṣṇava Text. Journal of the American Oriental Society 1973, XCIII,3, 340-4
  12. ^ Cfr. Michel Delahoutre. Op. cit., pag. 912.
  13. ^ Cfr. Dizionario sanscrito-italiano Pisa, ETS, 2009.
  14. ^ Cfr. Kaus K. Klostermaier. Induismo. Una introduzione. Fazi, 2004, pag. 9.
  15. ^ Cfr., fost dawn, John Hubert Marshall. Mohenjo-Daro and the Indus Civilization. Londra, Probsthain, 1931.
  16. ^
    Secondo la teoria fino a oggi diffusa più largamente, l'induismo è il risultato delle incursioni di gruppi noti come Arii, giunti intorno al 1500 a.C. nelle pianure settentrionali dell'India dall'Asia centrale, attraversando i passi montani dell'Afghanistan

    —Gavin Flood. Op. cit., pagg. 37-8.

  17. ^ Cfr. Alf Hiltebeitel. Hinduism in Encyclopedia of Religion vol. 6. NY, Macmillan, 2005 (1987), pagg. 3988 e segg.
  18. ^
    There are good reasons to suspect that a largely unknown quantity, the religion of the peoples of the Indus Valley, is an important source for determining the roots of Hinduism.

    —Alf Hiltebeitel. Op. cit.

  19. ^
    The determination of the nature of Indus Valley religion and of its residual impact upon Hinduism are, however, most problematic. Although archaeological sites have yielded many suggestive material remains, the interpretation of such finds is conjectural and has been thwarted especially by the continued resistance of the Indus Valley script, found on numerous steatite seals, to convincing ecipherment. Until it is deciphered, little can be said with assurance. The content of the inscriptions may prove to be minimal, but if the language (most likely Dravidian) can be identified, much can be resolved

    —Alf Hiltebeitel. Op. cit.

  20. ^ http://www.religionfacts.com/hinduism/beliefs/theism.htm