Giorgio Napolitano

Giorgio Napolitano (Napli, 29 ta' Ġunju 1925) kien il-ħdax-il President tar-Repubblika Taljana, bejn il-15 ta' Mejju 2006 u Jannar 2015. Kien l-ewwel u s'issa l-uniku President li ġie elett għat-tieni mandat u l-uniku wieħed li xi darba kien jagħmel parti mill-Partit Komunista Taljan. Fl-20 ta' April 2013, il-Parlament Taljan eleġġieh bħala l-ixjeħ President li qatt intgħażel, 87 sena.

Giorgio Napolitano

Qabel kien Speaker tal-Kamra tad-Deputati fl-1992, u Ministru tal-Intern fl-ewwel gvern ta' Prodi. Serva bħala deputat tal-Kamra tad-Deputati bejn l-1953 u l-1996 u senatore a vita mill-2005 sakemm inħatar President sena wara.

Kien it-tielet President li kien ġej minn partit xellugi, wara Giuseppe Saragat u Sandro Pertini. Bħala President huwa ħatar ħames Prim Ministri: Romano Prodi (2006–2008), Silvio Berlusconi (2008–2011), Mario Monti (2011–2013), Enrico Letta (2013-2014) u Matteo Renzi (2014-2016).