Pajjiżi l-Baxxi
Il-Pajjiżi l-Baxxi[2] (bl-Olandiż: Nederland) hu pajjiż fl-Ewropa. Aktar minn 16 miljun ruħ jgħixu fih. Fit-tramuntana u l-punent tal-Pajjiżi l-Baxxi jinsab il-Baħar tat-Tramuntana. Lejn il-lvant hemm il-pajjiż tal-Ġermanja u fin-nofsinhar hemm il-pajjiż tal-Belġju. Il-Pajjiżi l-Baxxi huma wieħed mill-pajjiżi li bdew l-Unjoni Ewropea. In-nies li jgħixu fIl-Pajjiżi l-Baxxi jissejħu "Olandiżi". Il-lingwa tal-Pajjiżi l-Baxxi hi wkoll imsejħa Olandiż. Il-belt kapitali ewlenija tal-Pajjiżi l-Baxxi hi Amsterdam. Madankollu din mhijiex il-post fejn il-gvern għandu s-sedi tiegħu. Il-Kamra tad-Deputati (bl-Olandiż: "Tweede Kamer") tinsab fi il-Ħag.
Pajjiżi l-Baxxi (NL) Nederland |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
|
||||||
Mottu: (FR) "Je maintiendrai" (NL) "Ik zal handhaven" (traduzzjoni: "Jien inżomm") |
||||||
Innu nazzjonali: "Het Wilhelmus" |
||||||
Lokazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur) |
||||||
Muniċipalitajiet speċjali tal-Pajjiżi l-Baxxi (aħdar skur)
fil-Karibew
|
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Amsterdam 52°19′N 05°33′E / 52.317°N 5.55°E | |||||
Lingwi uffiċjali | Olandiż | |||||
Gruppi etniċi | ara Demografija | |||||
Gvern | Monarkija parlamentari | |||||
- | Re | Willem-Alexander | ||||
- | Prim Ministru | Mark Rutte | ||||
Indipendenza | ||||||
- | Mill Imperu Habsburg wara l-Gwerra tat-TmeninSenamill-Pajjiżi l-Baxxi | 26 ta' Lulju, 1581 (rikonexximent 30 ta' Jannar 1648) | ||||
Sħubija fl-UE | 25 ta' Marzu, 19572 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 41,848 km2 (135) 16,158 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 18.41 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2016 (stima) | 17,016,967 (65) | ||||
- | Densità | 409.6/km2 1,040/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2010 | |||||
- | Total | $676.895 biljun[1] | ||||
- | Per capita | $40,764[1] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2010 | |||||
- | Total | $783.293 biljun[1] | ||||
- | Per capita | $47,172[1] | ||||
Valuta | Ewro (€)1 (EUR ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | 31 | |||||
TLD tal-internet | .nl3 | |||||
1 Qabel l-1999: Fjorin Olandiż 2Membru fundatur.3 Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea |
EtimoloġijaImmodifika
Il-Pajjiżi l-Baxxi jissejħu hekk għax l-art togħla metru wieħed biss 'l fuq mil-livell tal-baħar. Terz tal-art hija taħt il-livell tal-baħar. Il-Pajjiżi l-Baxxi huma msejħin ukoll l-Olanda. L-Olanda jew Holland bl-Olandiż kien żona rikka ħafna fil-parti tal-punent tal-Pajjiżi l-Baxxi, u b'hekk sar l-iżball. Xi nies li ma jgħixux fil-parti tal-punent tal-Pajjiżi l-Baxxi jiddejqu meta n-nies isejħu tal-pajjiż l-Olanda. Holland tfisser "art bis-siġar" għaliex ir-reġjun ta' Holland kien miksi bil-foresti.
StorjaImmodifika
Fl-aħħar tal-Medjuevu id-Dukat tal-Borgonja, pajjiż li issa sar parti minn Franza, kien jiġbor fih sbatax-il reġjun. Dawk iż-żoni kienu jissejħu l-Pajjiżi l-Baxxi. Meta bint Duka iżżewwġet ir-re ta' Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi saru parti minn Spanja. Fis-seklu 16 ħafna mill-Olandiżi saru Protestanti. Ir-re ta' Spanja ma ħax pjaċir u ried l-Olandiżi kollha jkunu Kattoliċi. Iddeċieda li l-Protestanti kollha għandhom jinqatlu. Naturalment il-poplu Olandiż ma għoġbux dan, u fl-1568 dawn bdew gwerra kontra Spanja. Il-gwerra damet sal-1648, u għalhekk tissejjaħ il-Gwerra ta’Tmenin Sena. Il-mexxej importanti tal-Olandiżi f'din l-gwerra kien Willem van Oranje (Guliermu ta' Oranġe) imsejjaħ ukoll Guliermu s-Sieket.
Fl-1648 il-Pajjiżi l-Baxxi u Spanja ffirmaw trattat tal-paċi. Il-poplu Olandiż seta' jżomm l-art kollha li kien rebaħ. Il-parti tal-Pajjiżi l-Baxxi li ma kinux rebħu l-Olandiżi baqgħet parti minn Spanja. Aktar tard din il-parti saret il-pajjiż tal-Belġju.
Meta l-Pajjiżi l-Baxxi saru indipendenti, kienu pajjiż speċjali ħafna. Dak iż-żmien kważi l-pajjiżi kollha tal-Ewropa kienu ggvernati minn re, iżda l-Pajjiżi l-Baxxi ma kieux. Il-Pajjiżi l-Baxxi kienu magħmulin minn seba' provinċji, li kienu mmexxija mill-bliet il-kbar. Il-bliet kienu ggvernati mill-muniċipju li kien magħmul minn ċittadini għonja. Flimkien dawn il-provinċji kienu ggvernati minn stadtholder, li għalkemm kellu ħafna qawwa, imqabbel mar-rejiet tal-pajjiżi ewropej l-oħra kellu ħafna inqas potenza. Fil-seklu 17, il-Pajjiżi l-Baxxi kien il-pajjiż l-aktar għani u wieħed mill-aktar pajjiżi qawwijin fid-dinja. Għalhekk l-Olandiżi jsejħu s-seklu 17 l-Età Mdehba. Huma kellhom artijiet madwar id-dinja. L-art l-aktar importanti kienet l-Indji tal-Lvant, pajjiż li llum jissejaħ l-Indoneżja. L-Olandiżi waqqfu ukoll il-belt New York, li kienu jsejħulha Amsterdam il-Ġdida. L-Amerikani nattivi kienu jseħu din iż-żona Manhattan u fl-1628 huma bigħuha lill-Olandiżi għal 60 Gilder. Il-Pajjiżi l-Baxxi ġġieldu ħafna gwerer kontra pajjiżi oħra Ewropej, speċjalment kontra l-Ingilterra. Michiel de Ruyter, ammirall Olandiż, sar eroj Olandiż meta għeleb il-flotta Ingliża qrib Londra.
Fis-seklu 18 il-Pajjiżi l-Baxxi ftaqru. Ħafna nies ħasbu li dan kien it-tort tal-istadtholders. Ħafna ħasbu li kellhom wisq poter u riedu jeħilsu minnhom. Fl-1789 il-poplu Franċiż iddepoża r-re tiegħu. L-armati Franċiżi attakkat pajjiżi oħra biex ineħħu l-mexxejja tagħhom ukoll. Fl-1795 dawn attakkaw Il-Pajjiżi l-Baxxi. L-iStadtholder Guliermu V]] kellu jaħrab lejn l-Ingilterra. Il-Pajjiżi l-Baxxi ingħata isem ġdid, ir-Repubblika Batavjana u sar demokrazija. Iżda l-Franċiżi ma kinux kuntenti bil-mexxej Olandiż, u allura fl-1806 l-imperatur Franċiż Napuljun għamel lil ħuh Louis Bonaparte re tal-Pajjiżi l-Baxxi. Louis sar popolari Fl-Pajjiżi l-Baxxi, iżda l-imperatur għal darb'oħra ma kienx kontenut bih, u minħabba dan fl-1810 il-Pajjiżi l-Baxxi saru parti minn Franza.
Fl-1815 Napuljun ġie megħlub, u l-Pajjiżi l-Baxxi reġgħu saru indipendenti. Il-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej ħasbu li kienet idea tajba li jagħmlu l-Pajjiżi l-Baxxi aktar b'saħħithom, biex jagħmluhom kapaċi li jirreżistu invażjoni oħra Franċiża. Għalhekk il-Belġju u l-Lussemburgu ġew miżjuda mal-Pajjiżi l-Baxxi. Ir-re Guliermu, bin l-istadtholder Guliermu V, sar re. Il-Belġjani ma kinux kuntenti bir-re Olandiż. Fl-1830 dawn irbellaw. Guliermu bagħat armata, Kien aqwa ħafna mill-Belġjani iżda wara għaxart ijiem il-Franċiż bagħtu armata biex jgħinuhom. Fl-1831 il-Belġjani għażlet re għalihom, u l-Belġju sar pajjiż indipendenti.
Xi nies ħasbu li r-re Olandiżi kellu wisq poter. Riedu li jagħtuh inqas qawwaa u jivvutaw għall-gvern huma infushom. Fl-1848 kien hemm irbelli vjolenti kontra r-rejiet ta' bosta pajjiżi Ewropej. Ir-re Olandiż beża' li ħa jiġri l-istess fil-Pajjiżi l-Baxxi. Għalhekk ħalla lil Johan Rudolf Thorbecke jikteb kostituzzjoni. Minn dak iż-żmien in-nies setgħu jivvotaw. Għall-ewwel l-irġiel għonja biss kienu jistgħu jivvutaw. Mill-1919 kulħadd sar jista' jivvota.
Fl-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Pajjiżi l-Baxxi ma ġilldux. L-Olandiżi riedu jibqgħu newtrali fit-Tieni Gwerra Dinja wkoll, imma fl-1940 il-pajjiż ġie invadut u okkupat mill-Ġermanja. Bħal fil-pajjiżi l-oħra kienu okkupaw, il-Ġermaniżi bdew joqtlu l-Lhud. Anne Frank kienet tifla Lhudija li għexet fil-Pajjiżi l-Baxxi. Hija mietet f'[ kamp tal-konċentrament]] Ġermaniż. Meta hi u l-familja tagħha kienu qed jistaħbew mill-Ġermaniżi, kitbet djarju. Wara l-gwerra djarju tagħha sar famuż ħafna. Fl-1944 l-armata Amerikana, Kanadiża, Pollakka u Brittanika lliberat in-nofsinhar tal-Pajjiżi l-Baxxi mill-Ġermaniżi. Riedu jaqsmu x-mara Renu sabiex jilliberaw il-bqija tal-pajjiż, iżda ġew megħluba mill-Ġermaniżi. Ħa sa Mejju tal-1945 qabel ma' l-pajjiż kollu ġie liberat. Matul il-ħames snin tal-okkupazzjoni Ġermaniża, mietu 250,000 ruħ fil-Pajjiżi l-Baxxi.
Ftit wara l-gwerra, l-Indoneżja ddikjarat l-indipendenza. L-Olandiżi bagħtu s-suldati l-Indoneżja. Matul il-gwerra l-Olandiż irrealizzaw kif iħossuhom dawk li jkunu okkupati minn pajjiż ieħor, għalhekk xi nies ħasbu l-Olandiżi ma għandhiex tagħmel l-istess lill-Indoneżjani. Wara pajjiżi oħra, inklużi l-Istati Uniti, qallu lill-Olandiżi biex iħallu l-Indoneżja, li għamlu finalment (1949).
Wara l-gwerra Il-Pajjiżi l-Baxxi saru wieħed mill-pajjiżi l-iżjed għonja fid-dinja. Fl-2004 il-Ġnus Magħquda qalu li l-Pajjiżi l-Baxxi kienu l-ħames l-aħjar pajjiż biex wieħed jgħix fih.
PolitikaImmodifika
Il-Pajjiżi l-Baxxi huma monarkija kostituzzjonali. Dan ifisser li l-pajjiż għandu re jew reġina, iżda l-veru poter hu f'idejn il-parlament, magħżul mill-poplu Olandiż. In-nies Olandiż kollha li għandhom 18-il sena jew aktar jistgħu jivvutaw. Hemm elezzjoni kull erba' snin. Wara l-elezzjonijiet, il-partiti li jġibu l-maġġoranza tal-voti joħolqu kabinett. Il-kabinett jikkonsisti fi prim ministru u bosta ministri.
Dawn li ġejjin huma l-partiti politiċi fil-parlament:
- CDA, Appell Nisrani-Demokratiku. Is-CDA huwa r-raba' l-ikbar partit. Il-membri tas-CDA huma fil-parti l-kbira Insara. Il-prim ministru ta' qabel, Jan Peter Balkenende huwa membru tas-CDA.
- PvdA, Parti tal-Ħaddiema. Il-PvdA huwa partit soċjal-demokratiku. Hu t-tieni l-akbar partit.
- VVD, Partit Popolari għal-Libertà u d-Demokrazija. Il-VVD hu partit liberali u l-akbar partit. Il-prim ministru li hemm issa, Mark Rutte hu membru tal-VVD.
- SP, Partit Soċjalista. L-SP kien komunista, iżda issa hu partit soċjalista.
- GroenLinks, Xellug Aħdar. GroenLinks huwa parit soċjal-demokratiku li jagħti attenzjoni speċjali lill-ambjent.
- D66, Demokratiċi 66. D66 twaqqaf fl-1966. Bħall-VVD, hu partit liberali iżda D66 hu aktar progressiv mill-VVD.
- ChristenUnie, Unjoni Nisranija. ChristenUnie hu partit Nisrani.
- PVV, Partit għal-libertà. Huwa partit konservattiv ħafna tal-lemin u t-tielet partit.
- Partij voor de Dieren, Partit għall-Annimali. Huwa parti għad-drittijiet tal-annimali.
- PST. Il-PST hu partit Nisrani konservattiv ħafna.
Il-Pajjiżi l-Baxxi huma magħrufin għall-tolleranza fil-politika. Il-Pajjiżi l-Baxxi huma l-uniku pajjiż fejn id-drogi ħfief mhumiex kompletament meqjusin illegali. Barra minn hekk il-Pajjiżi l-Baxxi huma wieħed mill-ftit pajjiżi li jippermettu ż-żwieġ bejn l-istess, l-ewtanażja u l-prostituzzjoni sa ċertu punt.
Minħabba li huma minn tal-ewwel demokraziji parlamentari, il-Pajjiżi l-Baxxi kienu pajjiż modern sa mit-twaqqif tagħhom. Fost affiljazzjonijiet oħrajn il-pajjiż huwa membru fundatur tal-Unjoni Ewropea (UE), in-NATO, l-OECD, il-WTO u ffirma wkoll il-protokoll ta' Kjoto. Flimkien mal-Belġju u l-Lussemburgu, jagħmlu parti mill-unjoni ekonomika tal-Benelux. Il-pajjiż jilqa' fi ħdanu ħames qrati internazzjonali: Il-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, It-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-Ex-Jugożlavja, il-Qorti Kriminali Internazzjonali u t-Tribunal Speċjali għal-Libanu. L-ewwel erbgħa jinsabu f' il-Ħag bħalma tinsab l-aġenzija tal-intelliġenza kriminali tal-UE Europol. Għalhekk li din il-belt ġiet imsejħa "l-kapitali legali tad-dinja".
ProvinċjiImmodifika
Fil-Pajjiżi l-Baxxi hemm 12-il provinċja:
|
Hemm ukoll 3 muniċipji speċjali li jiffurmaw il-Karibew Netherlands:
|
Minbarra dawn Aruba, Curaçao u Sint Maarten huma wkoll parti mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.
ĠeografijaImmodifika
Fil-fatt il-parti kbira mill-Olanda inħolqot mill-ramel li karkru l-ħafna xmajjar li jgħaddu minnha. L-iżjed importanti fosthom huma r-Renu, il-Maas, l-Ijssel u l-iScelt. Parti kbira mill-Pajjiżi l-Baxxi hi taħt il-livell tal-baħar. Dan hu hekk billi l-Olandiżi nixxfu ħafna lagi u partijiet tal-baħar biex joħolqu dawk li jgħidulhom polders. Għalhekk għandhom dan il-qawl "Alla ħoloq id-dinja, iżda l-Olandiżi ħolqu l-Pajjiżi l-Baxxi." Minħabba dan il-Pajjiżi l-Baxxi huma ċatti ħafna. Fix-xlokk nett tal-Pajjiżi l-Baxxi, fl-Limburg, hemm xi għoljiet. Għalhekk, dan ir-reġjun hu attrazzjoni turistika għal ħafna Olandiżi. L-għola punt fi-Pajjiżi l-Baxxi, Vaalserberg, huwa 321 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar.
In-niesImmodifika
Il-Pajjiżi l-Baxxi huma pajjiż żgħir, imma hemm ħafna nies li jgħixu hemmhekk. Huma wieħed mill-pajjiżi bl-ogħla densà ta' popolazzjoni fid-dinja.
Il-parti l-kbira tan-nies fil-Pajjiżi l-Baxxi jitkellmu l-Olandiż. Fi Friesland madwar 200,000 ruħ jitkellmu l-Friżjan. Xi Olandiżi jitkellmu bid-djaletti. Id-djaletti Sassoni mitkellma fil-parti tal-grigal tal-Pajjiżi l-Baxxi huma pjuttost simili għall-Ġermaniż Baxx.
Skont stħarriġ magħmul fl-2006, 25% tal-poplu Olandiż huma Insara u 3% jemmnu f'xi reliġjon organizzata oħra, bħall-Ġudaiżmu, l-Iżlam jew l-Induiżmu eċċ u 26% għandhom twemmin spiritwali mhux marbut ma 'reliġjon. L-44% l-oħra mhumiex reliġjużi.
ReferenziImmodifika
- ^ a b c d Fond Monetarju Internazzjonali [1] data ta' aċċess 6 ta' Mejju 2011
- ^ Bil-Malti hu magħruf ukoll bħala l-Olanda, però l-isem uffiċjali huwa l-Pajjiżi l-Baxxi.
- ^ a b [2] Regionale Kerncijfers Nederland 2007
- ^ [3] Bevolking per regio naar leeftijd, geslacht en burgerlijke staat 2007
- ^ [4] Bevolking per regio naar leeftijd, geslacht en burgerlijke staat 2007