Għerien u Arti tal-Era Glaċjali fil-Jura tas-Swabja
L-Għerien u l-Arti tal-Era Glaċjali fil-Jura tas-Swabja huma ġabra ta' sitt għerien fin-Nofsinhar tal-Ġermanja li kienu jintużaw mill-bnedmin preistoriċi tal-Era Glaċjali għall-kenn madwar 33,000 sa 43,000 sena ilu. L-għerien jinsabu fil-Widien ta' Lone u Ach, fil-muntanji Jura tas-Swabja. F'dawn l-għerien instabu statwetta b'għamla femminili, figurini mnaqqxin ta' annimali (inkluż iljuni tal-għerien, mammutijiet, żwiemel u bhejjem tal-ifrat), strumenti mużikali u oġġetti ta' tiżjin personali. Uħud mill-figurini huma ta' ħlejqiet li huma nofshom annimali u nofshom bnedmin. Is-sitt għerien tniżżlu bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2017.[1]
Għerien
immodifikaRitratt | Isem | Post (koordinati) | Deskrizzjoni | Skoperti | Ritratt ta' skoperta importanti |
---|---|---|---|---|---|
ritratti addizzjonali | Għar ta' Bockstein | Wied ta' Lone (48.55424°N 10.15469°E) | Mannarett kbir (magħruf bħala Bocksteinmesser). | ||
ritratti addizzjonali | Geißenklösterle | Wied ta' Ach (48.39821°N 9.77138°E) | Figura tal-avorju ta' nofs annimal u nofs bniedem qisu qed jitlob. | ritratti addizzjonali | |
ritratti addizzjonali | Hohle Fels | Wied ta' Ach (48.37926°N 9.75409°E) | Il-Venere ta' Hohle Fels magħmula mill-avorju tal-mammutijiet, u flawt mill-għadam ta' avvultun grifun. | ritratti addizzjonali | |
ritratti addizzjonali | Hohlenstein-Stadel | Wied ta' Lone (48.54931°N 10.17294°E) | Għar dejjaq, b'tul ta' 50 metru (160 pied). Id-daħla hija wiesgħa tmien metri (26 pied) u għolja erba metri (13-il pied). | Figura ta' ljun-raġel (magħrufa bħala Löwenmensch) imnaqqax mill-avorju tal-mammutijiet. | ritratti addizzjonali |
ritratti addizzjonali | Għar ta' Sirgenstein | Wied ta' Ach
(48.54931°N 10.17294°E) |
L-għar twil 42 metru (138 pied) b'għoli massimu ta' 10 metri (33 pied); fuq wara nett, l-għar huwa mdawwal b'fetħiet naturali fis-saqaf. | Madwar 5,000 ponta taż-żnied, xifiet u ġebliet għall-illixxar. | |
ritratti addizzjonali | Għar ta' Vogelherd | Wied ta' Lone
(48.55865°N 10.19428°E) |
Figura ta' annimal magħmul mill-avorju tal-mammutijiet, figura ta' Venere magħmula min-nejbiet taċ-ċingjali. | ritratti addizzjonali |
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaL-Għerien u l-Arti tal-Era Glaċjali fil-Jura tas-Swabja tniżżlu bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2017.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Caves and Ice Age Art in the Swabian Jura". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-29.