Żiemel
Iż-żwiemel ilhom fid-dinja ħafna qabel l-umani. Meta il-Bniedem Prestoriku beda jgħix fl-għerien, iż-żwiemel kienu ilhom diġa fid-dinja madwar miljun sena.
Evoluzzjoni
immodifikaL-ewwel żiemel kien id-daqs ta' fenek. Kien jiekol pjanti u weraq fil-foresti ta' l-Ewropa, l-Asja tal-Lvant u l-Amerika ta' Fuq, madwar 50 miljun sena ilu. Jissejjaħ ukoll Eohippus jew 'L-Ewwel Żiemel'.
30 miljun sena ilu, Mesohippus jew 'Iż-Żiemel tan-Nofs', kien kbir daqs mogħża tal-lum, b'saqajn itwal u tliet iswaba fuq kull sieq. Is-sabà tan-nofs kien il-bidu ta' difer taż-żiemel.
Għaxar miljun sena wara, kien hemm iż-żiemel imdaqqas Merychippus jew 'Grazing Horse'. Snienu kienu itwal u aħjar biex iqaċċtu l-ħaxix biex jiekol.
Għaxar miljun sena ilu, il-Merychippus, reġa' sar tibdil enormi fiż-żwiemel, fil-fatt il-Pliohippus kien kbir daqs poni. Kellu d-difer bħal taż-żwiemel tal-lum u kellu saqajn twal biżżejjed biex ikun jista' jivjaġġa fit-tul.
Dan it-tip ta' żiemel imsejjaħ 'iż-Żiemel Modern' beda jgħix fid-dinja madwar żewġ miljun sena ilu. Minn dak iż-żmien 'l hawn ftit li xejn sar tibdil fl-istrutura taż-żiemel.
Tipi ta' Żwiemel
immodifikaHawn diversi razzez ta' żwiemel, kull razza tingħaraf minn oħra permezz ta' differenza fil-kuluri u marki, kif ukoll mid-daqs, karattru u l-fatturi tal-ġisem. Dawn huma xi razzez differenti ta' żwiemel:
- Iż-Żiemel ta' l-Irkib (Hack) huwa tip ta' żiemel li n-nies jirkbu fuqu għall-gost, fi kliem ieħor huwa dak iż-żiemel li jintuża' għall-horse riding. Il-hack għandu għonqu u saqajh twal u eleganti u b'dak ġismu mhux daqshekk tqil huwa ż-żiemel perfett biex tirkeb mara.
- L-Eventer huwa żiemel sinjur bit-talenti! Huwa dak iż-żiemel dritt li jintuża mill-pulizija tal-kavallerija u f'diversi festi importanti. Huwa magħruf ukoll għall-isport tal-ġiri bil-qbiż li jsir miż-żwiemel. Fil-fatt b'hekk jissejaħ Eventer għax jieħu sehem f'diversi avvenimenti.
- Żiemel Kaċċatur (Hunter) jista' jkun kull żiemel li huwa tajjeb għall-kaċċa tal-volpi. Imma bniedem li mhux interresat fil-kaċċa jista' juża dan iż-żiemel biex jivjaġġa bih minn post għal ieħor.
- Cob huwa dak iż-żiemel li jintuża' biex iġorr xi karettun, karozzin jew tip ta' trasport ieħor li jitmexxa minn żiemel. Il-Cob ikollu għonqu qasir u saqajh irqaq u qosra, imma huwa verament b'saħħtu. Il-persuna li tidderieġi lil dan iż-żiemel tissejjaħ kuċċier.
- L-aħħar Tarpani li kienu jeżistu fis-salvaġġ kienu jinstabu fir-Russja madwar 100 sena ilu. Illum il-ġurnata ftit għadek issib li jgħixu fi grupp ukoll. It-Tarpan ġej mir-razza taż-żwiemel magħrufa bħala Plateau.
- Iż-Żiemel ta' Przewalski: Magħruf ukoll bħala ż-Żiemel Salvaġġ Mongoljan, jew iż-Żiemel Salvaġġ Asjatiku. Dan it-tip ta' żiemel huwa msemmi għall-Kurunell Nicolai Przewalski, li fl-1881, sab merħla żwiemel li ilhom jeżistu minn Żmien is-Silġ u qatt ma nbidlu. Illum ftit għadek issib jgħixu fis-salvaġġ, dawn tista' issibhom fil-lbiċ tal-Mongolja. Dan iż-żiemel ġej mir-razza pre-storika Steppe.
- Matul it-tfittix għad-deheb fl-Awstralja fl-1850, ħafna raħħala u bdiewa telqu mid-dar tagħhom biex ifitxxu 'l fortuna. U sabu dawn iż-żwiemel Brumby jgħixu fis-salvaġġ. Dawn kienu jużawhom bħala għajnuna f'xogħolhom sa kemm daħlu l-magni, wara l-Ewwel Gwerra Dinjija.
Partijiet Differenti fil-Ġisem taż-Żiemel
immodifika- Għonq
- Ħaddejn
- Imnifsejn
- Geddum
- Chin Groove
- Poll
- Crest
- Withers
- Minkeb
- Sider
- Spalla
- Kanal ta' l-Għonq
- Driegħ
- Rkobba
- Cannon
- Fetlock Joint
- Coronet
- Ergot
- Pastern
- Chestnut
- Dahar
- Loins
- Qagħad
- Croup
- Dock
- Denb
- Falda
- Gaskin
- Hock
- Point of Hock