Martin Luteru
Martin Luteru (Eisleben, 10 ta' Novembru 1483 – Eisleben, 18 ta' Frar 1546) kien patri Agostinjan Ġermaniż u professur tat-teoloġija li beda r-Riforma Protestanta. Ħadha qatta' bla ħabel kontra min kien jgħallem li l-maħfra tad-dnubiet tista' tinxtara bil-flus. Oppona lil Johann Tetzel li kien ibigħ l-indulġenzi bil-95 teżi tiegħu fl-1517. Iċ-ċaħda tiegħu li jirtira kitbietu ordnata minn Papa Ljun X fl-1520 u minn Karlu V tal-Imperu Qaddis Ruman fid-Dieta ta' Worms fl-1521 wasslet għall-iskomunika mill-Papa u l-kundanna mill-Imperatur.
Luteru kien jgħallem li s-salvazzjoni ma tinkisibx bl-opri tajba imma hija don gratwit tal-grazzja t'Alla permezz tal-fidi f'Ġesù Kristu bħala salvatur mid-dnub. It-teoloġija tiegħu sfidat l-awtorità papali billi għallmet li l-Bibbja hija l-unika għajn tar-rivelazzjoni divina u li l-Insara kollha huma saċerdoti.
It-traduzzjoni tal-Bibbja fi lsien il-poplu (flok il-Latin) għamilha iktar aċċessibli, u dan ġab impatt qawwi fuq il-Knisja u l-kultura Ġermaniża. L-innijiet li kiteb influwenzaw l-iżvilupp tal-kant fil-knejjes. Iż-żwieġ tiegħu ma' Katharina von Bora wassal biex il-ministri (saċerdoti) Protestanti bdew jiżżewġu huma ukoll.
Luteru kien bniedem ta' temperament vjolenti, ta' manjieri goffi u aħrax fi kliemu. Fl-istess ħin dan il-karattru kumpless kien bniedem edukat fl-aqwa università ta' pajjiżu, intelliġenti u onest u saċerdot devot, b'talent straordinarju ta' persważjoni kemm fil-kitba kif ukoll bil-fomm.
It-Teoloġija ta' Luteru
immodifikaMhemmx dubju li fit-teoloġija ta' Luteru kien hemm xi haga gdida u originali. Hija teologija personali hafna u mimlija emozzjoni - xi haga ferm nieqsa fit-trattati Skolastici kesħin u nixfin ta' żmienu. B'differenza minn hafna kitbiet ta' zmienu, tieghu kienet profondament biblika. Kienet ukoll teologija prattika u rilevanti, li tiffoka fuq l-issues attwali tal-gurnata. It-teologija ta' Luteru qajmet kontroversja fl-ambjenti Kattolici, il-fehmiet tieghu bhal nghidu ahna dwar ir-rieda u l-grazzja. Verament li ghal Luteru l-fidi kienet kollox izda dan ma jfissirx li qatt ma ta kas tal-opri tajba. Iktar nistghu nghidu li Luteru spostja l-enfasi li kien isir fi zmienu fuq l-irwol u l-hila tal-bniedem fis-salvazzjoni tieghu ghall-irwol attiv ta' Alla.
Dwar l-opri tajba, Luteru kiteb hekk: "Il-fidi ta' hadd mhi daqshekk kbira li ma tistax jew m'ghandhiex tikber. Ghalhekk biex tikber iridu jsiru opri tajba, u dawk hziena evitati."
Band'ohra kiteb ukoll: "Hekk kif ix-xemx qieghda biex tiddi, bniedem ta' fidi jaghmel opri tajba." Li jaghmel Luteru hu li jishaq fuq l-inizjattiva u l-azzjoni divina fl-opri taghna, li ahna biss strumenti f'idejn Alla. Luteru ghallem li ahna ma niksbux il-gustifikazzjoni izda niggebbdu lejha u dejjem infittxu u nitolbu li nkunu gustifikati biex b'hekk il-qaddisin huma fl-istess hin midinbin, midinbin fil-fatt u qaddisin fit-tama.
Ghal teologu bhal Luteru li kien jemmen li l-qalba tar-religjon hija r-rispons personali, u ghal bniedem li l-esperjenza religjuza tieghu kienet maghguna fl-idea tas-salvazzjoni bhala don ta' Alla lill- bniedem, il-prattika tal-knisja ta' zmienu kienet tkiddu sew ghax kienet taghmel enfasi zejjed fuq l-irwol tal-bniedem fis-salvazzjoni. Hafna affarijiet bhall-pellegrinaggi, il-kult superstizzjuz tar-relikwji u l-effikacja materjalista tal-quddiesa kienu jaghtu impressjoni li l-genna hija xi haga li tista' tixtriha bhal kull haga ohra. Kien biss fil-Koncilju ta' Trentu li l-Knisja Kattolika ghamlet tajjeb ghaz-zmien twil u prezzjuz li tilfet u dddiskutiet il-punti kollha li qajjem Luteru. Von Harnack jikkummenta, "Li kieku d-digriet Tridentin dwar il-gustifikazzjoni sar qabel, ma kienx ikun hemm bzonn id-dahla fix-xena ta' Luteru".
Izda l-iktar ezempju car ta' din il-prattika li kienet iddarras lil Luteru kienu l-indulġenzi. Fl-1343 il-Papa Klement VI iddikjara b'mod ufficjali li Kristu u l-qaddisin hallew tezor ta' merti li membri ohra tal-Knisja jistghu jiehdu ghalihom ghall-mahfra tal-kastig temporali ta' dnubiethom. Wiehed jikseb mertu permezz ta' indulgenza, hafna drabi moghtija mill-Papa ghal xi opra tajba li wiehed jaghmel bhal ghotja ta' flus. Maz-zmien sar ukoll taghlim ufficjali li l-indulgenzi jistghu jigu applikati ghall-erwieh tal-purgatorju fuq is-suppozizzjoni li huma wkoll bhala membri tal-Gisem Mistiku ta' Kristu jistghu jiehdu sehem mill-merti tal-qaddisin. Dan it-taghlim fil-prattika naqqas l-aspett ta' indiema personali li sa dak iz-zmien dejjem kienet parti importanti u mehtiega ghall-indulgenza. Il-bieb kien miftuh ghal kull min, bla skrupli, ried jipprezenta l-indulgenza bhala mezz hafif u awtomatiku ta' kif wiehed isalva. U hekk gara fil-kaz ta' Luteru jew ahjar fil-kaz ta' Tetzel.
Il-Papa Ljun X
immodifikaIl-mexxej tal-Knisja Kattolika ta' zmienu, il-Papa Ljun X (1513-21), Giovanni De Medici, kien Papa Rinaxximentali u ghalhekk generuz hafna mal-artisti u l-letterati minhabba l-interess tieghu li jkabbar il-kultura umanista. Izda t-tberbiq tieghu battal il-finanzi papali u biex ipatti ghal dan u biex jibni l-bazilika ta' San Pietru ippermetta l-bejgh tal-indulgenzi u l-bejgh ta' ufficji tal-knisja, anke tal-kardinali. Iljun X ma kienx jimpurtah wisq mill-gid spiritwali tal-knisja u kien insensittiv ghax-xewqa generali ta' riforma fi knisja mimlija korruzzjoni, injoranza u tahwid dottrinali. Meta ressqulu l-kaz ta' Luteru, Iljun X ma tax kazu u sejjah il-kwistjoni bejn Luteru u l-bejjiegha tal-indulgenzi bhala "un bisticcio tra monaci" (glieda bejn il-patrijiet). Izda iktar tard kellu jkun hu li jikkundanna lil Luteru fl-1520 u li jiskumnikah sena wara.
Ix-Xiżma Protestanta
immodifikaMinkejja l-intenzjonijiet tajba li seta' kellu Luteru biex jirriforma l-Knisja, l-azzjonijiet tieghu wasslu ghal dik li xi storici jqisu bhala l-iktar grajja devastanti fl-istorja tal-Knisja. Minhabba serje shiha ta' fatturi - politici, ekonomici u ohrajn rizultat ta' injoranza, ras iebsa u nuqqas kbir ta' komunikazzjoni - il-Knisja Kattolika tal-Punent inqasmet f'zewg blokki kbar, il-Kattolici li ghandhom il-Papa bhala awtorità u l-Protestanti. Il-Luteranizmu infirex malajr fl-Ewropa, l-iktar fl-Iskandinavja, il-pajjizi Baltici, kif ukoll fil-Germanja u u l-pajjizi ta' madwarha. Dan kien dovut l-aktar ghan-nazzjonalizmu li kien qed iqum dak iz-zmien u l-appogg tal-princpijiet li raw fir-riforma religjuza ta' Luteru opportunit… kbira li jiksbu indipendenza politika minn Ruma.
Steck jghid li, "Il-qasma tal-Kristjanezmu occidentali f'zewg gruppi kbar... saret realtà permanenti biss wara l-mewt ta' Luteru... Luteru qatt ma xtaq il-Kristjanità maqsuma fil-konfessjonijiet li nafu llum, u wisq probabbli ma kienx japprovahom." Luteru kien jaf ukoll li l-indhil politiku ma jaghmilx gid lill-Knisja tant li ftit qabel ma miet wasal biex qal lil xi hbieb tieghu: "Ahna t-teologi m'ghandniex ghedewwa aghar mill-politici... ghax ma jafux il-Knisja x'inhi."