Amburgu (bil-Ġermaniż: Hamburg) hija t-tieni l-ikbar belt fil-Ġermanja (wara Berlin), u għandha l-akbar popolazzjoni fost il-bliet mhux kapitali fl-Unjoni Ewropea. Amburgu hija waħda mill-Istati Federali tal-Ġermanija.[1]

Amburgu
 Ġermanja
Amministrazzjoni
Stat sovranĠermanja
Kap tal-Gvern Peter Tschentscher
Isem uffiċjali Hamburg
Freie und Hansestadt Hamburg
Land Hamburg
Ismijiet oriġinali Freie und Hansestadt Hamburg
Kodiċi postali 20095–21149, 22041–22769u 27499
Ġeografija
Koordinati 53°33′N 10°00′E / 53.55°N 10°E / 53.55; 10Koordinati: 53°33′N 10°00′E / 53.55°N 10°E / 53.55; 10
Amburgu is located in Germany
Amburgu
Amburgu
Amburgu (Germany)
Superfiċjenti 755.09 kilometru kwadru
Għoli 6 m
Fruntieri ma' Schleswig-Holstein, Lower Saxony (en) Translate, Seevetal (en) Translate, Neu Wulmstorf (en) Translate, Bönningstedt (en) Translate, Norderstedt (en) Translate, Halstenbek (en) Translate, Reinbek (en) Translate, Pinneberg (en) Translate, Segeberg (en) Translate, Stormarn (en) Translate, District of Duchy of Lauenburg (en) Translate, Harburg (en) Translate, Stade (en) Translateu Ahrensburg (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 1,910,160 abitanti (31 Diċembru 2023)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 040u 04721
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati San Pietruburgu, Marsilja, Shanghai, Dresden, Osaka, León, Praga, Chicago, Dar es Salaam (en) Translate, Varna, Auckland, Valdivia (en) Translate, Kaliningrad, São Paulou Kiev
hamburg.deu hamburg.com

Din il-belt għandha madwar 1.8 miljun ruħ, iżda dan l-għadd jitla' għal 4.3 miljun ruħ jekk wieħed iqis is-subborgi tagħha.[2][3] Il-port ta' Amburgu huwa t-tieni l-akbar port fl-Ewropa (wara dak ta' Rotterdam), u jinsab fid-disa' post tal-akbar portijiet tad-dinja.

Il-belt ta' Amburgu tinsab fit-Tramuntana tal-Ġermanja u hija ċentru industrijali b'fabbriki bħal Blohm + Voss u Norddeutsche Affinerie. L-industrija tal-midja hija importanti f'Amburgu u hawn jinsabu, fost oħrajn, l-istazzjon tar-radju u t-televiżjoni Norddeutscher Rundfunk u pubblikaturi bħal Gruner + Jahr u Spiegel-Verlag. B'kollox hemm aktar minn 120,000 impriża f'din il-belt.[4]

Din il-belt ħadet isimha mill-ewwel bini tagħha. Dan kien kastell mibni skont l-ordni tal-Imperatur Karlu Manju fit-808 W.K. Dan kien iġib l-isem ta' Hammaburg, fejn burg tfisser kastell, filwaqt li t-tifsira tal-kumplament tal-kelma Hamma baqgħet inċerta, l-istess bħal-pożizzjoni ta' dan il-kastell.[5]

Amburgu ġiet, ħafna drabi, meqruda u maħkuma. Fit-845, flotta ta' 600 vapur tal-Vikingi waslu sax-xmara Elbe u qerdu l-belt. Dak iż-żmien kienet belt ta' madwar 500 ruħ. Fl-1030, il-belt ġiet maħruqa mir-Re Mieszko II Lambert tal-Polonja. Valdemar II tad-Danimarka rebaħ il-belt fl-1201 u fl-1214. Amburgu għaddiet minn numru ta' nirien kbar, l-agħar tnejn seħħew fl-1284 u fl-1842. Fl-1842, tilfu ħajjithom 51 ruħ, inqerdu diversi binjiet importanti u 20,000 ruħ spiċċaw bla dar. Ir-rikostruzzjoni damet aktar minn 40 sena. Għal perjodu ta' żmien qasir kienet annessa minn Napuljun I ta' Franza (1810–1814). Il-forzi Russi lliberaw il-belt fl-1814. Fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-belt soffriet numru ta' attakki mill-ajru u ġew maqtula 42,000 ruħ ċivili. Fis-16 ta' Frar 1962 kien hemm għargħar tax-xmara Elbe minħabba maltempata qawwija u 300 ruħ tilfu ħajjithom.[6][7]

Amburgu kien stat indipendenti tal-Konfederazzjoni Ġermaniża (1815–1866), il-Konfederazzjoni tat-Tramuntana tal-Ġermanja (1866–1871), l-Imperu Ġermaniż (1871–1918) u tar-Repubblika ta' Weimar (1919–1933). Waqt il-perjodu tal-Ġermanja Nażista, Amburgu kienet Gau mill-1934 sal-1945. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, din il-belt kienet fiż-żona Brittanika u saret stat tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja fl-1949.[8]

Fl-ewwel nofs tas-seklu 19, saret referenza fil-proża u l-poeżija, għall-qaddisa patruna bl-isem ta' Amburgu (Hamburg) bil-Latin, Hammonia. B'hekk din saret is-simbolu tal-belt f'dan iż-żmien. Fit-tieni nofs tas-seklu 19, il-popolazzjoni ta' Amburgu kibret b'rata qawwija. Il-Hamburg America Line saret l-akbar kumpanija tal-merkanzija transatlantika, b'Albert Ballin bħala d-direttur tagħha. Dan kien il-port minn fejn ħafna Ġermaniżi u nies mill-Ewropa tal-Lvant emigraw lejn l-Amerka u kont issib kumpaniji tan-negozju mid-dinja kollha.

Il-bombi tal-Alleati waqt it-Tieni Gwerra Dinjija wasslu għal numru kbir ta' persuni ċivili midruba, kif ukoll għal partijiet kbar tal-belt u tal-port meqruda. Amburgu ċediet lill-Forzi Brittaniċi fit-3 ta' April 1945. Il-fruntieri interni tal-Ġermanja sseparaw il-belt minn ħafna mill-periferija u n-negozju internazzjonali ta' Amburgu mar għall-agħar. Ir-riunifikazzjoni tal-Ġermanja fl-1990, u d-dħul ta' diversi stati Ewropej u Baltiċi fl-Unjoni Ewropea fl-2004, wasslu biex dan il-port, flimkien mal-belt kollha, jikseb mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu bħala l-akbar port reġjonali għall-merkanzija fil-kontejners u bħala ċ-ċentru kummerċjali ewlieni.

Kultura u Ħajja Kontemporanja

immodifika

F'Amburgu nsibu aktar minn 40 teatru, 60 mużew u 100 post u klabb tal-mużika. Fl-2005 iżjed minn 18-il miljun ruħ attendew kunċerti, esibizzjonijiet, teatri, ċinema, mużewijiet u wirjiet oħra kulturali. Insibu aktar minn 8,552 kumpanija taxxabbli — b'daqs medju ta' 3.16 impjegat — fis-settur kulturali bħalma huma l-mużika, il-wirjiet tal-arti u l-letteratura.[9][10]

It-teatru pubbliku Deutsches Schauspielhaus, it-Thalia Theater u l-Kampnagel huma magħrufa sew fil-Ġermanja u barra mill-pajjiż. The English Theatre twaqqaf fl-1976 u huwa l-eqdem teatru professjonali bl-Ingliż fil-Ġermanja, u l-impjegati tiegħu kollha huma kelliema nattivi tal-Ingliż.[11][12]

Turiżmu

immodifika

Żjara tipika f'Amburgu tikkonsisti minn żjara tar-Rathaus (il-muniċipju) u l-knisja ta' St. Michaelis (imsejħa Michel), kif ukoll dawra mad-distrett tal-imħażen antiki (Speicherstadt) u mal-port. Il-postijiet ta' interess kollha jistgħu jintlaħqu permezz ta' kowċis turistiċi. Ħafna turisti jagħmlu dawra bid-dgħajsa madwar il-port u/jew il-kanali (Große Hafenrundfahrt, Fleetfahrt) li jibdew mil-Landungsbrücken. Il-mużewijiet huma destinazzjoni ewlenija oħra. Filgħaxija t-turisti jistgħu jagħmlu mixja mar-Reeperbahn fid-distrett ta' St. Pauli, li huwa meqjus bħala l-akbar red light district fl-Ewropa, b'numru kbir ta' bars u nightclubs. Kien hawnhekk fejn il-Beatles bdew il-karriera tagħhom, b'residenza ta' 48 lejla fil-klabb Indra, u bi 58 lejla fil-Kaiserkeller. Oħrajn jippreferu l-parti aktar rilassanti ta' Schanze, fejn wieħed isib ħafna kafetteriji, jew inkella xi BBQ fuq ix-xatt tax-xmara Elbe. F'Amburgu nsibu wkoll żu popolari bl-isem ta' Tierpark Hagenbeck. Hawn ukoll min iżur din il-belt minħabba xi interess speċjali: għal xi wirja mużikali, xi avveniment sportiv, kungress jew fiera.[13][14][15]

Festi u avvenimenti

immodifika

Amburgu hija belt magħrufa għal ħafna festi u avvenimenti. Fosthom hemm festi fit-toroq bħall-festival Gay Pride, Christopher Street Day u l-fiera tal-Alster. Il-Hamburger Dom hija l-akbar fiera ta' divertiment fit-Tramuntana tal-Ġermanja u tiġi organizzata tliet darbiet fis-sena. Il-Hafengeburtstag hija fiera ta' divertiment oħra għaċ-ċelebrazzjoni ta' għeluq snin il-port permezz ta' party u parata tal-vapuri. Fil-Knisja ta' San Mikiel issir quddiesa għall-motoċiklisti.

F'Diċembru jiġu organizzati fieri tal-Milied f'ħafna postijiet tal-belt, fosthom fil-pjazza tal-Hamburg Rathaus. Għal min japprezza l-arti u l-kultura jiġi organizzat il-lejl tal-mużewijiet. Sa nofs il-lejl wieħed jista jżur madwar 40 mużew bil-prezz ta' wieħed biss. Fl-2008 ġie organizzat is-sitt Festival tal-Kulturi f'Settembru, għaċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja multikulturali. Waqt il-Filmfest Hamburg jiġu preżentati għadd kbir ta' films.

Fil-Hamburg Messe and Congress isiru diversi fieri kummerċjali, bħal pereżempju il-Hanseboot, wirja internazzjonali tad-dgħajjes, jew Du und deine Welt, esibizzjoni kbira tal-konsumatur. Isiru wkoll avvenimenti sportivi bħall-kompetizzjoni taċ-ċikliżmu Vattenfall Cyclassics, il-Maratona ta' Amburgu, l-akbar maratona tal-Ġermanja wara dik ta' Berlin, it-tornew tat-tennis bl-isem ta' Hamburg Masters u sports ekwestri bħad-Deutsches Derby.

F'Amburgu nsibu numru ta' timijiet sportivi u matul is-sena jsiru ħafna attivitajiet sportivi. Hamburger SV huwa tim tal-futbol fil-Bundesliga li rebaħ ħafna titli lokali kif ukoll it-Tazza Ewropea fl-1983. Dan it-tim jilgħab fil-HSH Nordbank Arena. FC St. Pauli huwa klabb ieħor tal-futbol li jilgħab fit-tieni diviżjoni fl-istadju Millerntor-Stadion. Il-Hamburg Freezers jirrappreżentaw lill-Amburgu fid-DEL, il-lega tal-ħoki tas-silġ fil-Ġermanja. It-tim ta' HSV Handball jilgħab fil-lega tal-handball u jilgħab fil-Color Line Arena. F'din il-belt insibu timijiet ta' ħafna sports oħra, bħal dak tar-rugby, tal-vollleyball u tat-tennis. Matul is-sena isiru tornej u avvenimenti tat-tennis, sport ekwestri, maratoni u kompetizzjonijiet bħall-Vattenfall Cyclassics, u t-triathlon ITU. L-Arena HSH Nordbank intużat fit-Tazza tad-Dinja tal-2006. Fl-2010 se tintlagħab il-finali tat-Tazza UEFA f'din l-arena.[16]

Ekonomija

immodifika

Il-prodott domestiku gross ta' Amburgu huwa ta' €88.9 biljun, l-akbar wieħed fil-Ġermanja u hawn insibu 120,000 impriża. Fl-2007 id-dħul medju tal-impjegati kien ta' €30,937. L-akbar unità ekonomika ta' Amburgu huwa l-port, li wara r-riunifikazzjoni tal-Ġermanja, kiber b'rata mgħaġġla. Amburgu, fiimkien mal-bliet ta' Seattle u Toulouse, hija belt importanti għall-industrija tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru. Il-kumpanija Airbus, li għandha impjant tal-assemblaġġ f'Amburgu, timpjega aktar minn 13,000 ruħ fid-distrett ta' Finkenwerder. L-industrija kbira tinkludi l-produzzjoni tal-azzar, tal-aluminju, tar-ram u numru ta' tarzniet bħal Blohm + Voss.[17][18]

Industriji importanti oħra huma kumpaniji tal-midja b'aktar minn 70,000 impjegat. Is-sezzjoni Norddeutscher Rundfunk tan-network tat-televiżjoni u r-radju ARD hija bbażata f'Amburgu; kif ukoll l-istazzjonijiet kummerċjali tat-televiżjoni Hamburg 1 u Tide TV. Insibu wkoll diversi stazzjonijiet reġjonali tar-radju bħal Radio Hamburg, kif ukoll numru kbir ta' kumpaniji tal-pubblikazzjoni kbar li jinkludu Axel Springer AG, Gruner + Jahr, Bauer Media Group. Ħafna gazzetti u rivisti nazzjonali bħalma huma Der Spiegel u Die Zeit jiġu ppubblikati hawnhekk, kif ukoll gazzetti ta' interess speċjali bħal Financial Times Deutschland. Il-Hamburger Abendblatt hija gazzetta reġjonali li toħroġ kuljum b'distribuzzjoni kbira. Insibu numru ta' kumpaniji tal-mużika (l-akbar waħda hija Warner Bros. Records Germany) u kumpaniji tal-internet (pereżempju AOL, Adobe Systems u Google Germany, u anke kumpaniji tal-Web 2.0 bħal Qype).

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Ein Service von Hamburg und juris". web.archive.org. 2007-06-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-06-10. Miġbur 2022-08-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Urban Areas (Germany): & Urban Areas - Population Statistics, Charts and Map". web.archive.org. 2020-06-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-06-03. Miġbur 2022-08-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Ranking 2022: Das sind die zehn größten Städte Deutschlands". www.handelsblatt.com (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-08-24.
  4. ^ "Quality of Living City Ranking | Mercer". mobilityexchange.mercer.com. Miġbur 2022-08-24.
  5. ^ Schulz, Matthias (2010-10-01). "Mapping Ancient Germania: Berlin Researchers Crack the Ptolemy Code" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-24.
  6. ^ "The Horrifying Global Impact of the Black Death". ThoughtCo (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-24.
  7. ^ Clark, David S. (1987), "The Medieval Origins of Modern Legal Education: Between Church and State", The American Journal of Comparative Law, American Society of Comparative Law, 35 (4): 653–719,
  8. ^ Vierhundert Jahre Juden in Hamburg: eine Ausstellung des Museums für Hamburgische Geschichte vom 8. November 1991 bis 29. März 1992, Ulrich Bauche (ed.), Hamburg: Dölling und Galitz, 1991, (Die Geschichte der Juden in Hamburg; vol. 1), p. 492, ISBN 3-926174-31-5.
  9. ^ Weßling, Kathrin (2016-04-30). "1. Mai-Demo in Hamburg: Was soll der Krawall auf der Schanze noch?" (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-08-24.
  10. ^ "Institut für Kultur- und Medienmanagement (2006), Kulturwirtschaftsbericht 2006 (bil-Ġermaniż), Amburgu: Behörde für Kultur, Sport und Medien" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-11-09. Miġbur 2022-08-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  11. ^ "Kulturstiftung des Bundes - Bayreuth Was Yesterday - New Opera at Kam…". archive.ph. 2012-06-28. Miġbur 2022-08-24.
  12. ^ "The English Theatre of Hamburg". The English Theatre of Hamburg (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-24.
  13. ^ "Statistisches Jahrbuch Hamburg 2009/ 2010 - Stadt Hamburg". web.archive.org. 2010-08-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-08-09. Miġbur 2022-08-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  14. ^ "Audubon: The New Zoo". web.archive.org. 2007-09-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-09-06. Miġbur 2022-08-24.
  15. ^ "Tourismus in Hamburg im Dezember und im gesamten Jahr 2016 - Statistikamt Nord". www.statistik-nord.de. Miġbur 2022-08-24.
  16. ^ "Anlage". web.archive.org. 2009-02-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-01. Miġbur 2022-08-24.
  17. ^ "Arbeitnehmerverdienste in Hamburg 2016 - Statistikamt Nord". www.statistik-nord.de. Miġbur 2022-08-24.
  18. ^ "Making Hamburg Europe's preferred port". web.archive.org. 2009-01-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-01-10. Miġbur 2022-08-24.