Quedlinburg
Quedlinburg (pronunzja bil-Ġermaniż: [ˈkveːtlɪnbʊʁk]) huwa raħal li jinsab fit-Tramuntana tal-muntanji Harz, fid-distrett ta' Harz fil-Punent ta' Sachsen-Anhalt, il-Ġermanja. Fl-1994, iċ-ċentru storiku tar-raħal li jinkludi l-kastell u l-knisja ewlenija, ġie miżjud fil-lista ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]
Quedlinburg | |||
---|---|---|---|
Ġermanja | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Ġermanja | ||
Federated state of Germany | Sachsen-Anhalt (mul) | ||
Rural district of Saxony-Anhalt | Harz District (en) | ||
Kap tal-Gvern | Frank Ruch (en) | ||
Isem uffiċjali | Quedlinburg | ||
Ismijiet oriġinali | Quedlinburg | ||
Kodiċi postali |
06484 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 51°47′30″N 11°08′50″E / 51.7917°N 11.1472°EKoordinati: 51°47′30″N 11°08′50″E / 51.7917°N 11.1472°E | ||
Superfiċjenti | 120.45 kilometru kwadru | ||
Għoli | 130 m | ||
Fruntieri ma' | Oschersleben (en) , Harsleben (en) , Harzgerode (en) u Thale (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 23,277 abitanti (31 Diċembru 2023) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon |
3946 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati | Aulnoye-Aymeries (en) , Herford (mul) , Celle (en) , Hamelin (en) u Hann. Münden (en) | ||
quedlinburg.de |
Quedlinburg għandu popolazzjoni ta' iżjed minn 24,000 ruħ. Ir-raħal kien il-kapitali tad-distrett ta' Quedlinburg sal-2007, u mbagħad id-distrett ġie xolt. Diversi postijiet fir-raħal huma attrazzjonijiet tul rotta xenika magħrufa bħala r-Rotta Rumaneska.[2]
Storja
immodifikaIr-raħal ta' Quedlinburg jingħad li ilu jeżisti mill-inqas mill-bidu tas-seklu 9, meta fil-post kien hemm insedjament magħruf bħala Gross Orden fuq ix-xatt tax-xmara Bode. Issemma għall-ewwel darba bħala raħal fid-922 bħala parti minn donazzjoni tar-Re Heinrich der Vogler. Id-dokumentazzjoni ta' din id-donazzjoni kienet tinsab fl-Abbazija ta' Corvey.
Skont il-leġġenda, Heinrich ingħata l-kuruna Ġermaniża f'Quedlinburg fid-919 min-nobbiltà Frankonjana, u b'hekk
ir-raħal kemm-il darba jissejjaħ "in-nieqa tar-Reich Ġermaniż".[2]
Wara l-mewt ta' Heinrich fid-936, l-armla li ħalla warajh, Santa Matilda, stabbiliet komunità reliġjuża għan-nisa (Frauenstift) fuq l-għolja tal-kastell, fejn l-ulied bniet tan-nobbiltà kienu jiġu edukati. Il-kompitu prinċipali ta' din il-fondazzjoni kolleġġjali, l-Abbazija ta' Quedlinburg, kien li jiġi offrut it-talb f'ġieħ ir-Re Heinrich u l-mexxejja li ġew warajh. L-Annali ta' Quedlinburg ġew ikkompilati hemmhekk ukoll. L-ewwel Superjur tal-Abbazija kienet Matilda, li kienet neputija tar-Re Heinrich u Santa Matilda.
Il-kumpless tal-kastell ta' Quedlinburg, li ġie stabbilit mir-Re Heinrich I u li nbena mill-Imperatur Otto I fid-936, kien Pfalz imperjali tal-imperaturi Sassoni. Il-Pfalz, inkluż il-kunvent maskili, kien ġie stabbilit fil-wied, fejn illum tinsab il-Knisja Kattolika Rumana ta' San Wiperti, filwaqt li l-kunvent femminili kien ġie stabbilit fuq l-għolja tal-kastell.
Fid-973, ftit qabel il-mewt tal-Imperatur Otto I, kienet ġiet organizzata Reichstag (Konvenzjoni Imperjali) fil-qorti imperjali fejn Mieszko, id-Duka ta' Polans, u Boleslav, id-Duka ta' Boemja, kif ukoll bosta nobbli oħra mill-bogħod, pereżempju mill-Biżanzju u mill-Bulgarija, inġabru biex jagħtu ġieħ lill-Imperatur. F'dik l-okkażjoni, Otto il-Kbir introduċa lin-neputija l-ġdida tiegħu Theophanu, li kienet prinċipessa Biżantina li żżewġet lil Otto II, u ż-żwieġ tagħhom kattar it-tama għar-rikonoxximent u għall-paċi kontinwa bejn il-mexxejja tal-imperi tal-Lvant u tal-Punent.
Fid-994, Otto III ta d-dritt tas-suq, tat-taxxa u taz-zekkar, u stabbilixxa l-ewwel suq fit-Tramuntana tal-għolja tal-kastell.
Ir-raħal sar membru tal-Lega Anseatika fl-1426. L-Abbazija ta' Quedlinburg spiss interpellat l-indipendenza tar-raħal, li kienet titlob l-għajnuna mill-Veskovat ta' Halberstadt. Fl-1477, is-Superjur tal-Abbazija Hedwig, megħjuna mill-aħwa tagħha Ernest u Albert, irnexxielha tegħleb ir-reżistenza tar-raħal u keċċiet il-forzi tal-isqof. Quedlinburg ġie mġiegħel jitlaq mil-Lega Anseatika u sussegwentement ġie protett mill-Elettorat tas-Sassonja. Kemm ir-raħal kif ukoll l-abbazija kkonvertew għal-Luteraniżmu fl-1539 matul ir-Riforma Protestanta.
Fl-1697, l-Elettur Federiku Awgustu I tas-Sassonja biegħ id-drittijiet tiegħu fil-konfront ta' Quedlinburg lill-Elettur Federiku III ta' Brandenburg għal 240,000 thaler. Madankollu, l-Abbazija ta' Quedlinburg ikkontestat l-interpellazzjonijiet ta' Brandenburg u l-Prussja matul is-seklu 18. L-abbazija ġiet lajċizzata fl-1802 matul il-Medjatizzazzjoni Ġermaniża, u Quedlinburg għadda għand ir-Renju tal-Prussja bħala parti mill-Prinċipat ta' Quedlinburg. Sar parti mir-Renju ta' Napuljun ta' Westfalen mill-1807 sal-1813, u ġie inkluż fi ħdan il-Provinċja Prussjana l-ġdida tas-Sassonja fl-1815. Matul dan iż-żmien kollu, Quedlinburg kien immexxi minn Superjuri nisa li xorta kienu ħielsa li jiżżewġu. L-aħħar waħda minn dawn in-nisa kienet il-prinċipessa Żvediża u ġellieda bikrija għad-drittijiet tan-nisa, Sofia Albertina.
Waqt ir-reġim Nażista, il-memorja ta' Heinrich I saret qisha setta, u Heinrich Himmler saħansitra kien iqis lilu nnifsu bħala l-inkarnazzjoni mill-ġdid tal-"iktar Ġermaniż fost il-mexxejja Ġermaniżi". Il-knisja kolleġġjali u l-kastell saru santwarju għall-Ġermanja Nażista. Il-Partit Nażista pprova joħloq ukoll reliġjon ġdida. Il-katidral ġie magħluq mill-1938 u matul il-gwerra. Il-krematorju lokali ntuża ferm għall-vittmi tal-kamp ta' konċentrament ta' Langenstein-Zwieberge. Georg Ay kien il-kap tal-partit lokali mill-1931 sal-aħħar tal-gwerra. L-okkupazzjoni Amerikana matul l-aħħar xhur tat-Tieni Gwerra Dinjija reġgħet ġabet l-isqof Protestant u t-tokki tal-knisja fir-raħal, u l-ajkla Nażista tneħħiet mill-kampnar. Madankollu, fis-snin 80 tas-seklu 20, mal-mewt ta' wieħed mill-militari tal-Istati Uniti, ħareġ fid-dieher is-serq tal-arti Medjevali minn Quedlinburg.
Quedlinburg kien amministrat fi ħdan il-Bezirk Halle filwaqt li kien parti mill-Ġermanja tal-Lvant Komunista mill-1949 sal-1990. Sar parti mill-istat federali ta' Sachsen-Anhalt mar-riunifikazzjoni Ġermaniża fl-1990.
Matul l-era Komunista ta' Quedlinburg, issejħu speċjalisti tar-restawr mill-Polonja fis-snin 80 tas-seklu 20 sabiex iwettqu t-tiswijiet meħtieġa fl-arkitettura antika tal-binjiet tar-raħal. Illum il-ġurnata, Quedlinburg huwa ċentru tar-restawr tad-djar tat-tip Fachwerk.
F'Quedlinburg ġie ambjentat il-film rinomat tal-2016 Frantz, b'xenarju ta' raħal Ġermaniż żgħir u tipiku fil-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija, fejn familja qed tirkupra mill-mewt ta' iben fil-gwerra.
Ġeografija
immodifikaPost
immodifikaIr-raħal jinsab fit-Tramuntana tal-muntanji Harz, madwar 123 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar. L-eqreb muntanji jlaħħqu l-181 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar. L-ikbar parti tar-raħal tinsab fil-parti tal-Punent tal-wied tax-xmara Bode. Din ix-xmara tiġi mill-muntanji Harz mountains u l-fluss tagħha jagħti għax-xmara Saale, li tofroq mix-xmara Elbe. Iż-żona muniċipali ta' Quedlinburg fiha 120.42 kilometru kwadru. Qabel l-inkorporazzjoni taż-żewġ muniċipalitajiet (li qabel kienu indipendenti) ta' Gernrode u Bad Suderode f'Jannar 2014, kien fiha 78.14 kilometru kwadru biss.[3]
Diviżjonijiet
immodifikaIr-raħal ta' Quedlinburg jikkonsisti minn Quedlinburg stess u l-Ortsteile jew diviżjonijiet muniċipali li ġejjin:[4]
- Bad Suderode
- Gernrode
- Gersdorfer Burg
- Morgenrot
- Münchenhof
- Quarmbeck
Komunitajiet ġirien
immodifikaFil-Punent ta' Quedlinburg hemm Blankenburg, fil-Majjistral hemm Halberstadt, fil-Lbiċ hemm Nordhausen, fin-Nofsinhar hemm Sangerhausen, fit-Tramuntana hemm Oschersleben, fil-Lvant hemm Aschersleben, fil-Grigal hemm Magdeburg u fix-Xlokk hemm Halle.
Klima
immodifikaIr-raħal ta' Quedlinburg għandu klima oċeanika li tirriżulta mill-irjieħ prevalenti tal-Punent, li jonfħu miż-żona ta' pressjoni għolja fl-Atlantiku ċentrali lejn l-Iskandinavja. Il-borra tinżel kważi kull xitwa. Jannar u Frar huma l-iksaħ xhur tas-sena, b'temperatura medja ta' 0.5 °C u 1.5 °C. Lulju u Awwissu huma l-iktar xhur sħan tas-sena, b'temperatura medja ta' 17 °C (63 °F) u 18 °C (64 °F). Il-preċipitazzjoni annwali medja hija qrib il-438 mm u s-soltu x-xita tinżel l-iktar minn Mejju sa Settembru. Din il-preċipitazzjoni hija waħda mill-inqas fil-Ġermanja, li għandha medja annwali ta' madwar l-440 mm. F'Awwissu 2010, Quedlinburg kien l-iktar post xott fil-Ġermanja, bi 72.4 L/m2 biss.[5]
Data klimatika dwar Quedlinburg | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja medja °C (°F) | 2
(36) |
4
(39) |
8
(46) |
13
(55) |
19
(66) |
21
(70) |
22
(72) |
23
(73) |
19
(66) |
13
(55) |
6
(43) |
3
(37) |
13
(55) |
Temp. medja kuljum °C (°F) | 0.5
(32.9) |
1.5
(34.7) |
4.5
(40.1) |
8.0
(46.4) |
13.5
(56.3) |
15.5
(59.9) |
17.0
(62.6) |
18.0
(64.4) |
14.0
(57.2) |
9.5
(49.1) |
3.5
(38.3) |
1.5
(34.7) |
8.9
(48.1) |
Temp. baxxa medja °C (°F) | −1
(30) |
−1
(30) |
1
(34) |
3
(37) |
8
(46) |
10
(50) |
12
(54) |
13
(55) |
9
(48) |
6
(43) |
1
(34) |
0
(32) |
5
(41) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 23
(0.9) |
22
(0.9) |
28
(1.1) |
38
(1.5) |
53
(2.1) |
57
(2.2) |
47
(1.9) |
54
(2.1) |
33
(1.3) |
27
(1.1) |
30
(1.2) |
26
(1.0) |
438
(17.3) |
Medja ta' jiem bix-xita | 11 | 9 | 10 | 10 | 10 | 11 | 10 | 10 | 9 | 9 | 11 | 12 | 122 |
Umdità relattiva medja (%) | 87 | 83 | 82 | 74 | 67 | 71 | 72 | 69 | 78 | 82 | 87 | 86 | 78 |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 47.2 | 66.9 | 107.5 | 136.7 | 182.6 | 172.2 | 186.4 | 183.6 | 139.0 | 104.9 | 63.2 | 42.1 | 1,432.3 |
Sors 1: Deutscher Wetterdienst, Normalperiode 1961–1990[6] | |||||||||||||
Sors 2: Zoover[7] |
Demografija
immodifikaSena | Pop. | ±% |
---|---|---|
1786 | 8,382 | — |
1807 | 10,476 | +25.0% |
1820 | 11,507 | +9.8% |
1830 | 12,001 | +4.3% |
1840 | 13,431 | +11.9% |
1852 | 13,886 | +3.4% |
1861 | 14,835 | +6.8% |
1871 | 16,800 | +13.2% |
1880 | 18,437 | +9.7% |
1890 | 20,761 | +12.6% |
1900 | 23,378 | +12.6% |
1910 | 27,233 | +16.5% |
1919 | 28,190 | +3.5% |
1939 | 30,320 | +7.6% |
1946 | 35,142 | +15.9% |
1950 | 35,555 | +1.2% |
1955 | 33,125 | −6.8% |
1960 | 30,965 | −6.5% |
1965 | 30,840 | −0.4% |
1970 | 30,829 | −0.0% |
1975 | 29,711 | −3.6% |
1980 | 28,585 | −3.8% |
1985 | 29,394 | +2.8% |
1990 | 28,663 | −2.5% |
1995 | 25,844 | −9.8% |
2000 | 24,114 | −6.7% |
2005 | 22,607 | −6.2% |
2009* | 21,203 | −6.2% |
Sors:[8] |
Governanza
immodifikaIs-sindku huwa Frank Ruch (CDU), li ġie elett fl-2015.[9]
Ġemellaġġ
immodifikaQuedlinburg huwa ġemellat ma':
- Aulnoye-Aymeries, Franza, mill-1961
- Herford, il-Ġermanja, mill-1991
- Celle, il-Ġermanja, mill-1991
- Hameln, il-Ġermanja, mill-1991
- Hann. Münden, il-Ġermanja, mill-1991
Attrazzjonijiet
immodifikaFiċ-ċentru tar-raħal hemm firxa wiesgħa ta' binjiet b'qafas nofsu tal-injam minn tal-inqas ħames sekli differenti (inkluż struttura tas-seklu 14 li hija waħda mill-eqdem tal-Ġermanja), filwaqt li madwar il-periferiji taċ-ċentru storiku tar-raħal hemm eżempji ta' binjiet bl-istil Jugendstil, li jmorru lura għall-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20.
Iċ-ċentru storiku ta' Quedlinburg huwa wieħed mill-ikbar fil-Ġermanja b'daqs ta' madwar 90 ettaru. Fih hemm 2,000 dar b'qafas nofsu tal-injam. L-eqdem waħda, magħrufa bħal "Ständerbau", tmur lura għall-1347.
Binja famuża oħra hija magħrufa bħala "Klopstockhaus" u hija l-post fejn twieled il-poeta Friedrich Gottlieb Klopstock.[10]
Minn Diċembru 1994, iċ-ċentru storiku ta' Quedlinburg u l-għolja tal-kastell bl-iStiftskirche (il-knisja kolleġġjali) huma elenkati bħala wieħed mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1] Quedlinburg huwa wieħed mill-iżjed irħula Medjevali u Rinaxximentali ppreservati fl-Ewropa, peress li ħelisha ħafif mit-Tieni Gwerra Dinjija.
Fl-2006, il-fergħa dejqa tal-wied ta' Selke tal-linji ferrovjarji tal-muntanji Harz ġiet estiża sa Quedlinburg minn Gernrode, u b'hekk tat aċċess għal-linja ferrovjarja storika li kienet taħdem bl-istim, Alexisbad u l-promontorju għoli tal-muntanji Harz.
Il-kastell u l-knisja kolleġġjali ta' San Servatius għadhom jiddominaw ir-raħal bħal fil-bidu tal-Medjuevu. Il-knisja hija eżempju prim tal-istil Rumanesk Ġermaniż. It-teżor tal-knisja, li kien fih artefatti u kotba reliġjużi Kristjani antiki, insteraq minn suldat Amerikan iżda issa reġa' qiegħed f'Quedlinburg (mill-1993) u għadu jintwera lill-pubbliku sa llum.
L-eks knisja kolleġġjali ta' San Wiperti ġiet stabbilita fid-936 meta l-knisja kanonika ta' San Wigpertus ġiet ittrasferita mill-għolja tal-kastell biex minflokha tinbena l-Abbazija ta' Quedlinburg. Il-knisja nbniet fil-post fejn fl-imgħoddi kien hemm l-ewwel palazz irjali Ottonjan. Għall-ħabta tal-1020, kripta bi tliet apsidi ġiet miżjuda mal-bażilika. Il-kripta, li baqgħet tinżamm minkejja l-alterazzjonijiet kollha li saru fil-knisja matul is-snin, hija wkoll waqfa tul ir-Rotta Rumaneska sa llum.[2]
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIl-Knisja Kolleġġjali, il-Kastell u ċ-Ċentru Storiku ta' Quedlinburg ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1994.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi tal-kriterju (iv) tal-għażla tal-UNESCO: "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Infrastruttura
immodifikaTrasport
immodifikaHemm ferrovija li taħdem bl-istim tal-Linja Ferrovjarja tal-Wied ta' Selke li tikkollega ma' ferrovija ekspress Transdev Harz-Berlin fil-linja ferrovjarja minn Magdeburg fl-istazzjon ta' Quedlinburg.
Bl-ajru
immodifikaL-eqreb ajruporti ta' Quedlinburg huma dawk ta' Hannover, 120 kilometru fil-Majjistral, u ta' Leipzig/Halle, 90 kilometri fix-Xlokk. Iktar fil-qrib, iżda moqdi minn ftit linji tal-ajru biss, hemm l-ajruport ta' Magdeburg-Cochstedt. Hemm ukoll mitjar f'Ballenstedt-Assmussstedt għall-avjazzjoni ġenerali.
Bil-ferrovija
immodifikaHemm ferroviji reġjonali mħaddma minn Deutsche Bahn u kumpanija ferrovjarja privata Transdev li jużaw il-linja ferrovjarja standard Magdeburg–Thale li jikkollegaw l-istazzjon ta' Quedlinburg ma' Magdeburg, ma' Thale u ma' Halberstadt.
Bil-karozzi tal-linja
immodifikaQuedlinburg huwa kkollegat permezz ta' karozzi tal-linja reġjonali mal-villaġġi u mal-irħula tal-madwar. Barra minn hekk, hemm karozzi tal-linja li joperaw fuq distanza twila li jikkollegaw ir-raħal ma' Berlin.
Nies notevoli
immodifika- Andreas Werckmeister (1645–1706), teoriku, organista, eżaminatur tal-orgni u kompożitur Ġermaniż
- Dorothea Erxleben (1715–1762), l-ewwel tabiba fil-Ġermanja[11]
- Friedrich Gottlieb Klopstock (1724–1803), poeta u kontemporanju Ġermaniż ta' Johann Wolfgang von Goethe
- Johann Gerhard (1582–1637), teologu, u wieħed mir-rappreżentanti Denter tal-ortodossija Luterana
- Wilhelm Homberg (1652–1715), naturalista, li jingħad li twieled matul vjaġġ f'Batavia/Jakarta, iżda li kellu ġenituri li kienu jgħixu f'Quedlinburg
- Johann Christoph Friedrich GutsMuths (1759–1839), missier il-ġinnastika Ġermaniża
- Carl Ritter (1779–1859), fundatur tal-ġeografija xjentifika
- Julius Wolff (1834–1910), poeta u kittieb
- Gustav Albert Schwalbe (1844–1916), anatomista u antropoloġista
- Carl Schroeder (1848–1935), ċellist, kompożitur, konduttur u Hofkapellmeister
- Georg Ay (1900–1997), politiku (NSDAP), membru tar-Reichstag (1933–1945)
- Fritz Grasshoff (1913–1997), poeta, pittur, liriku pop
- Bernhard Schrader (1931–2012), kimiku, pijunier tal-ispettroskopija sperimentali Raman u infra-aħmar
- Peter Kramer (twieled fl-1933), fiżiku
- Leander Haußmann (twieled fl-1959), direttur tal-films u tat-teatru (eż. "Sonnenallee" (film), "Herr Lehmann", "NVA")
- Petrik Sander (twieled fl-1960), kowċ tal-futbol
- Petra Schersing (kunjomha xebba Muller, 1965), sprinter u rebbieħa Olimpika ta' medalja tal-fidda
- Silvio Meier (1965–1992), attivista maqtul min-Neo-Nażisti
- Dagmar Hase (twieled fl-1969), għawwiem u rebbieħ Olimpiku
- Sascha Ring (twieled fl-1978), mużiċist elettroniku magħruf bħala Apparat
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Collegiate Church, Castle and Old Town of Quedlinburg". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-06.
- ^ a b ċ Antz, Christian, ed. (2001). Strasse der Romanik (German). Verlag Janos Stekovics. ISBN 3-929330-89-X.
- ^ "Gebietsänderungen vom 01. Januar bis 31. Dezember 2014". Statistisches Bundesamt (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-02-06.
- ^ "Hauptsatzung der Welterbestadt Quedlinburg" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2022-01-20. Miġbur 2022-02-06.
- ^ "Press release of the Deutsche Wetterdienst" (PDF). web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-23. Miġbur 2022-02-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Wetter und Klima - Deutscher Wetterdienst - Startseite". www.dwd.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-02-06.
- ^ "Wetter Quedlinburg | 14 Tage Wettervorhersage Sachsen-Anhalt | Wetterbericht & Klima". web.archive.org. 2019-04-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-04-26. Miġbur 2022-02-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Annual Estimates of the Resident Population" (PDF). web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2011-07-16. Miġbur 2022-02-06.
- ^ Sachsen-Anhalt, Statistisches Landesamt. "Kommunalwahlen in Sachsen-Anhalt". wahlergebnisse.sachsen-anhalt.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-02-06.
- ^ "Quedlinburg Germany | Top 12 sights to see". www.furnishedinside.com (bl-Ingliż). 2020-06-12. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-02-06. Miġbur 2022-02-06.
- ^ Schiebinger, L. (1990): "The Anatomy of Difference: Race and Sex in Eighteenth-Century Science" p. 399, Eighteenth Century Studies 23(3) pp. 387–405.