Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa

Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO

L-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa huma Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO magħmul minn ġabra ta' 11-il raħal kbir bi spa (jiġifieri ċentru termali) f'seba' pajjiżi Ewropej.[1] Dawn ġew żviluppati madwar fawwara tal-ilma naturali.[2] Mill-bidu tas-seklu 18 sas-snin 30 tas-seklu 20, il-Punent tal-Ewropa esperjenza żieda fil-kultura tal-ispas, u din wasslet għall-kostruzzjoni ta' ċentri termali elaborati. Dawn spiss kienu jinkludu ġonna, casinos, teatri u vilel madwar il-fawwara u ċ-ċentri termali.[1][3]

Bad Ems, wieħed mill-irħula kbar bi spa

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Il-belt ta' Bath fir-Renju Unit kienet oriġinarjament tniżżlet fil-lista ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO diġà fl-1987 iżda fuq kriterji oħra (il-kriterji (i), (ii) u (iv)) marbuta iktar mal-aspetti storiċi u arkitettoniċi tar-raħal.[4][5]

L-isforzi biex l-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa jitniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bdew fl-2012, u n-nomina tressqet fl-2019.[6] Fl-24 ta' Lulju 2021, l-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa ġew iddeżinjati uffiċjalment bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]

Komponenti

immodifika
Ritratt ID Pajjiż Raħal
  1613-001 Awstrija Baden bei Wien
  1613-002 Belġju Spa
  1613-003 Ċekja Františkovy Lázně
  1613-004 Karlovy Vary
  1613-005 Mariánské Lázně
  1613-006 Franza Vichy
  1613-007 Ġermanja Bad Ems
  1613-008 Baden-Baden
  1613-009 Bad Kissingen
  1613-010 Italja Montecatini Terme
  1613-011 Renju Unit Bath

Ħoloq esterni

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "The Great Spa Towns of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-09.
  2. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Five sites in the Arab and Europe regions inscribed on UNESCO's World Heritage List". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-09.
  3. ^ "Dokumenti UNESCO".
  4. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "City of Bath". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-09.
  5. ^ Elgee, Emma (2021-06-07). "Bath another step closer to second World Heritage listing". SomersetLive (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-09.
  6. ^ "11 European cities nominate The Great Spas of Europe for UNESCO World Heritage List". European Heritage Tribune (bl-Ingliż). 2019-01-30. Miġbur 2022-03-09.