WK

żmien fil-kalendarju tal-Punent

Fl-iskala tas-snin fil-lingwa Maltija, it-terminu W.K. jalludi għall-frazi Wara Kristu u joqrob l-iktar lejn it-terminu bil-Latin Anno Domini li jfisser is-"Sena ta' Sidna", jew b'mod komplet Anno Domini Nostri Iesu Christi, jiġifieri s-"Sena ta' Sidna Ġesù Kristu". Dan jitqassar għal AD jew A.D. bil-Latin, u bil-Malti, WK jew W.K. Din hija d-deżinjazzjoni użata biex jiġu numerati s-snin skont l-Era Kristjana.

Anno Domini fuq pont fin-Netherlands.

Din id-deżinjazzjoni llum tintuża kemm fil-kalendarju Ġuljan u kemm f'dak Gregorjan. Din tiddefinixxi epoka skont is-sena li hi tradizzjonalment konnessa mat-twelid ta' Ġesù Kristu.

Snin ilu t-terminu a.C.n. (Ante Christum Natum bil-Latin li jfisser "Qabel it-twelid ta' Kristu") kien jintuża minflok Q.K., anki jekk issa qed jintużaw l-iktar it-termini "Q.K." u "W.K.". Din is-sistema, imsejħa l-Era Kristjana, hi l-unika sistema f'użu komuni fil-pajjiżi tal-Punent, u s-sistema prinċipali għall-kummerċ u għax-xjenza fil-bqija tad-dinja.

Bil-Malti dawn it-termini jitqiegħdu wara n-numru tas-sena, pereżempju: "30 W.K." mhux "W.K. 30".