Kappella

post żgħir, binja żgħira jew kamra fejn jinġabru l-Kristjani għall-qima; tista' tkun binja għaliha jew parti minn binja oħra bħal knisja
capilla; Kapla; Cappella; капеллæ; chapel; Параклис; Capelă; 小聖堂; kapell; capèra; 小聖堂; Kapelo; Kapälle; 경당; kapelo; капела; Kapela; Capiella; chapelle; kapela; kapałka; nhà nguyện; kapela; капела; capela; 小圣堂; Kapell; Lé-pài-tn̂g; kapell; Kapella (memarlıq); kappel; chapel; مصلى كنسي; chapel; παρεκκλήσιο; ဝတ်ပြုခန်း; 教堂仔; kápolna; 小圣堂; kapel; kapera; kaple; capiella; capella; kaplica; capel; kishëz; Capilla; Капела; kapel; Kapel (gebedsromte); kabel; チャペル; kapela; Capelle; Şapel; Caibeal; קפלה; sacellum; kaplnka; पुजास्थल; 小圣堂; kapealla; kapel; Kapel; kappel; โบสถ์น้อย; cappella; 小圣堂; 小圣堂; Chapèl; капліца; капліца; капелла; Şapel; séipéal; Kapela; Nicchia; capela; kappella; Kapelle; نمازخانه; Koplyčia; kapela; Tuklong; දෙව්මැදුර; մատուռ; Capele; Chapeli; കപ്പേള; 小聖堂; kappeli; kapel; Каплиця; каплиця; capela; kapilya; chapel; kapell; lugar de culto religioso; kisebb vallási épület; erlijio-gurtzarako lekua; llugar de cultu relixosu; в католицизме термин, используемый для храмовых помещений нескольких типов; kleine Bet-, Gottesdienst- oder Andachtskirche oder -räumlichkeit; مکانی ویژهٔ عبادت; lille kirkebygning; edificiu religios; liten kyrkobyggnad; කුඩා පල්ලිය; छोटा गिरजा घर; e chlinni Chile, Gebätsruum; uskonnollinen rakennus; malá církevní stavba; luogo destinato al culto religioso, spesso legato a una struttura più grande; édifice religieux chrétien n'ayant pas les pleins droits paroissiaux; невялікі храмавы будынак; małe twarjenje za Bože słužby; lugar de culto religioso, podendo ser parte de um edifício maior como uma igreja ou um palácio; post żgħir, binja żgħira jew kamra fejn jinġabru l-Kristjani għall-qima; tista' tkun binja għaliha jew parti minn binja oħra bħal knisja; lugar de culto relixioso xeralmente menor tamaño ca unha igrexa convencional; manjša krščanska bogoslužna stavba; χριστιανικός τόπος λατρείας υπαγόμενος σε ενορία; edificio religioso; ruimte of klein gebouw dat dienst doet als gebedsruimte; Kierchegebai; niewielka chrześcijańska budowla sakralna, wolnostojąca lub połączona z większym obiektem architektonicznym; lite, vigslet kirkehus; manji crkveni objekt; crkvica ili manji izdvojen prostor s jednim oltarom; crkva unutar samostanske zajednice; lloc de culte religiós cristià; מבנה פולחן נוצרי קטן; мал верски објект; small place, building or room of Christian fellowship or worship, may be attached or not to a larger institution or part of a building; كنيسة صغيرة للصلاة والعبادة المسيحية; small place, building or room of Christian fellowship or worship, may be attached or not to a larger institution or part of a building; 기독교의 예배당; capillas; chapelle; capiya; часовня; kapelle (Kirchenbau); kapilia; malating pisamban; pisambang malati; Կապելլա (ճարտարապետություն); Կապելլա; kapelle; kapelle (gebouw); kapel; Paraclis; Capelă (edificiu); Chapelle; begravningskapell; gravkapell; bröllopskapell; dropkapell; kapell (byggnad); capèla; chapèla; chapela; sivukirkko; kapel (geboew); параклис; Kapelica; Capilla; chapelles; kapelica; Bårekapell; kapała; nhà thờ nhỏ; nguyện đường; nguyện thất; phòng nguyện; cung nguyện; Koplyčios; параклис; капличка; капела; паракліс; capella (arquitectura); Капела (грађевина); 小堂; 小教堂; 禮拜堂; Capilla; Kapilya; Kapiliya; Capilia; Kapilia; Капэла; ermida; ชาเปล; Chapel; ชาเปลข้าง; Kikanisa; Chapel; kapella; 채플; burgkapel; kapellen (ruimten); wegkapel; kapel (gebouw); каплічка; faltore; chapels (rooms); chapelery; kostelík; síňová kaple; παρεκκλήσια; nicchia (cappella)

Kappella hija post ta' talb u ta' qima tal-Kristjaneżimu li s-soltu jkun relattivament żgħir u distint minn knisja. It-terminu ‘kappella' għandu iktar minn tifsira waħda. L-ewwel nett, spazji żgħar bl-artal tagħhom fi ħdan knisja spiss jissejħu kappelli. Imbagħad, kappella hija post ta' qima, xi kultant mhux ta' duttrina speċifika[1], li tkun parti minn binja jew minn kumpless bi skop ewlieni ieħor, mhux bilfors reliġjuż, bħal ngħidu aħna skola, kulleġġ, sptar, palazz jew dar aristokratika kbira, kastell, kwartier tas-suldati, ħabs, stabbiliment funebri, ċimiterju, ajruport, jew bastiment militari jew kummerċjali.[2] It-tielet, il-kappelli huma postijiet żgħar ta' qima, li jkunu mibnijin bħala siti għalihom minn knisja jew minn monasterju, pereżempju f'żoni remoti. Karatteristika ta' dawn it-tipi kollha ta' kappelli sikwit tkun li l-ebda kleru ma jkun resident permanenti jew mehmuż b'mod speċifiku mal-kappella.

kappella 
post żgħir, binja żgħira jew kamra fejn jinġabru l-Kristjani għall-qima; tista' tkun binja għaliha jew parti minn binja oħra bħal knisja
Differenti minn
Biddel id-data tal-infobox fuq Wikidata
Il-Kappella ta' Sant'Anna fil-Forti Sant'Anġlu

Fl-aħħar nett, għal raġunijiet storiċi, it-terminu ‘kappella' jintuża wkoll minn denominazzjonijiet indipendenti jew nonkonformisti għall-postijiet ta' qima tagħhom fil-Gran Brittanja, anke meta jkunu kbar u fil-prattika joperaw bħala knisja parrokkjali.[3][4]

L-ewwel postijiet Kristjani ta' qima, illum il-ġurnata spiss jissejħu kappelli, peress li ma kinux binjiet għalihom iżda iktar kompartiment jew kamra apposta fi ħdan binja oħra. Il-biċċa l-kbira tal-knejjes il-kbar kellhom xi artal sekondarju wieħed jew iktar, li meta kien jinsabu fi spazju distint spiss kienu jissejħu kappella. Fit-tradizzjoni Ortodossa Russa, il-kappelli kienu jinbnew taħt il-bibien tal-bliet, fejn il-maġġoranza tan-nies setgħu jżuruhom. L-iktar eżempju famuż huwa l-Kappella Iberika.

Għalkemm il-kappelli spiss jirreferu għal postijiet Kristjani ta' qima, sikwit jinsabu wkoll fis-sinagogi tal-Lhud u mhux neċessarjament ikunu jintużaw minn denominazzjoni speċifika. Fl-Ingilterra, fejn il-Knisja tal-Ingilterra hija stabbilita bil-liġi, il-kappelli mingħajr denominazzjoni speċifika jew interreliġjuża f'tali istituzzjonijiet jistgħu xorta waħda jkunu kkonsagrati mill-isqof Anglikan lokali. Il-kappelli mingħajr denominazzjoni speċifika spiss ikunu jinsabu fi ħdan istituzzjoni mhux reliġjuża bħal sptar, ajruport, università jew ħabs. Ħafna installazzjonijiet militari jaf ikollhom kappelli għall-persunal militari tagħhom, normalment taħt it-tmexxija ta' kappillan militari.[5]

 
Il-Kappella tan-Natività fl-Imtaħleb

L-ewwel postijiet Kristjani ta' qima ma kinux binjiet għalihom iżda iktar xi kompartiment għalih fi ħdan binja, bħal xi kamra f'dar ta' xi individwu. Fihom persuna jew tnejn setgħu jitolbu mingħajr ma jkunu parti minn kongregazzjoni. In-nies li jħobbu jmorru fil-kappelli jaf iħossuhom iktar fil-paċi u fil-ġabra, 'il bogħod mill-istress tal-ħajja, waħedhom milli fil-preżenza ta' ħafna nies madwarhom.

Il-kelma ‘kappella', bħall-kelma “kappillan” assoċjata magħha, oriġinat mil-Latin.[6] Iktar speċifikament, il-kelma ‘kappella' ġejja mir-relikwa ta' San Martin ta' Tours. Skont ġrajjiet tradizzjonali, San Martin, meta kien għadu suldat, ċarrat il-mantar militari tiegħu min-nofs biex jagħti parti minnu lil tallab fil-bżonn. In-nofs l-ieħor libsu fuq spallejh bħal kappa żgħira (bil-Latin: capella). Skont il-ġrajjiet, it-tallab kien Kristu nnifsu, u San Martin ħass il-vokazzjoni, u l-ewwel sar patri, imbagħad sar superjur tal-patrijiet, u mbagħad sar isqof. Din il-kappa spiċċat f'idejn ir-rejiet Franki, u żammewha magħhom bħala relikwa fil-ħafna battalji tagħhom. It-tinda li kienu jżommu l-kappa fiha kienet tissejjaħ proprju capella u l-qassisin li kienu jiċċelebraw il-quddiesa ta' kuljum fit-tinda kienu magħrufin bħala l-capellani. Dawn il-kelmiet baqgħu jintużaw sa llum il-ġurnata bit-tifsiriet kif nafuhom illum.

  • Kappella ta' pont hija post żgħir ta' qima tal-Kristjaneżmu, mibnija fuq xi pont jew maġenb xi pont; din it-tip ta' kappella kienet tinbena l-iktar fl-era Medjevali ta' qabel ir-Riforma tal-Knisja fl-Ewropa.
  • Kappella ta' kastell, fl-arkitettura Ewropea, hija kappella mibnija fi ħdan kastell.
  • Parakklesjon hija tip ta' kappella sekondarja fl-arkitettura Biżantina.
  • Capilla posa hija karatteristika arkitetturali tal-monasteri tal-Messiku tas-seklu 16. Kienu jkunu binjiet kwadrangolari b'erba' ħnejjiet fit-truf tal-atriju.
  • Capilla abierta (kappella miftuħa) hija waħda mill-iktar tipi distinti ta' kostruzzjonijiet tal-knisja Messikana li kienu jinbnew fis-seklu 16 matul il-perjodu kolonjali.
  • Kappella proprjetarja jew privata hija kappella li oriġinarjament kienet proprjetà ta' individwu privat. Fis-seklu 19 kienu komuni ħafna, u spiss kienu jinbnew biex ilaħħqu mal-urbanizzazzjoni. Sikwit kienu jiġu stabbiliti minn filantropi Evanġelisti bil-ħsieb li jinxtered il-Kristjaneżmu fi bliet li l-ħtiġijiet reliġjużi u spiritwali tagħhom ma setgħux jiġu moqdija biss mill-parroċċi. Uħud kien ikollhom funzjoni iktar privata, fejn xi individwu għani kien jibni kappella privata biex ikun jista' jistieden il-qassisin preferiti tiegħu. Fil-liġi ekkleżjastika Ingliża jitqiesu bħala anomaliji, peress li ma jkunux assoċjati ma' parroċċa, iżda individwi mill-kleru Anglikan jitħallew joperaw fihom. Storikament ħafna knejjes Anglikani kienu knejjes proprjetarji jew privati. Tul is-snin ħafna minnhom ġew ikkonvertiti f'parroċċi normali.
  • Kappella rjali hija kappella li kienet tintuża bħala binja mużikali assoċjata ma' xi sovran irjali jew man-nobbiltà. Fil-fatt, fil-każ tan-nobbiltà jew sovrani li ma kinux rejiet, kultant dawn jissejħu kappella imperjali jew tas-sovran.
  • Kappella sekondarja hija kappella fi ħdan katidral jew knisja ikbar.
  • Kappella ddedikata lill-Madonna ħafna drabi tkun kappella jew niċċa żgħira fi ħdan kappella sekondarja, iżda jitqiesu separatament għaliex dawn il-kappelli jew niċeċ huma prevalenti fil-Knisja Kattolika Rumana u dik Anglikana. Jeżistu kappelli jew niċeċ simili wkoll iddedikati lis-Sagrament Imqaddes fejn tiġi esposta l-Ewkaristija għall-qima.
  • Kappella tal-Ambaxxatur hija kappella li oriġinarjament kienet tinbena biex l-ambaxxaturi minn pajjiżi Kattoliċi jkollhom post ta' qima meta jkunu stazzjonati f'pajjiżi Protestanti.
  • Kappella tal-Isqof hija kappella li l-isqfijiet, skont il-liġi kanonka Anglikana u Kattolika Rumana, kien ikollhom id-dritt li jkollhom fil-post fejn jgħixu.
  • Kappella tal-mejtin mhijiet post ta' qima iżda kamra fi stabbiliment funebri (f'pajjiżi bħall-Istati Uniti) fejn il-familja u l-qraba tal-mejtin jistgħu jaraw u jagħtu l-aħħar tislima lill-mejtin tagħhom qabel il-funeral.
  • Kappella tal-konvenjenza hija kappella li tkun iktar konvenjenti għal xi membri tal-parroċċa mill-knisja jew mill-kappella ewlenija u li tinbena għal dan l-għan f'ċertu pajjiżi bħar-Renju Unit jew il-Kanada.
  • Kappella ta' duttrini jew ta' twemmin differenti hija kappella li normalment tinstab fl-isptarijiet, fl-ajruporti u fl-universitajiet, li tkun miftuħa għal ċelebrazzjonijiet minn reliġjonijiet differenti.[7]
  • Kappella tas-sajf hija kappella f'xi żona ta' villeġjatura staġonali li tintuża biss fis-sajf meta n-nies ikunu fil-villeġjaturi tagħhom
  • Kappella tal-kampanja hija tip ta' kappella żgħira mibnija fil-kampanja u li taqdi l-ħtiġijiet reliġjużi u spiritwali tan-nies li jgħixu fiż-żoni rurali.
  • Kappella militari hija kappella li jkollhom xi armati militari u spiss din ma jkollhiex xi denominazzjoni speċifika iżda tista' tintuża bħala knisja, moskea, sinagoga, eċċ. skont il-bżonn.
  • Kappella tat-tiġijiet hija kappella li spiss tintuża bħala post ewlieni għat-tiġijiet.
  • Kappella funebri hija kappella fejn isiru l-funerali f'xi stabbiliment funebri, f'xi ċimiterju jew f'xi krematorju.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Muslim prayers welcome at Pentagon chapel" (bl-Ingliż). CNN. Miġbur 2021-02-28.
  2. ^ "CATHOLIC ENCYCLOPEDIA: Chapel". www.newadvent.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-28.
  3. ^ Jones, Anthony (1996). Welsh Chapels (bl-Ingliż). National Museum Wales. ISBN 9780750911627.
  4. ^ Wakeling, Christopher (2016). "Nonconformist Places of Worship: Introductions to Heritage Assets" (bl-Ingliż). Historic England. Miġbur 2021-02-28.
  5. ^ "Royal Army Chaplains' Department" (bl-Ingliż). British Army. 2017-03-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-03-19. Miġbur 2021-02-28.
  6. ^ "Definition of CHAPEL" (bl-Ingliż). Merriam-Webster. Miġbur 2021-02-28.
  7. ^ Cadge, Wendy. "As you travel, pause and take a look at airport chapels" (bl-Ingliż). The Conversation. Miġbur 2021-02-28.