Wikipedija:Rebbiegħa CEE 2023
Rebbiegħa CEE 2023 ta' Wikimedia hija inizjattiva ta' Wikipedisti mill-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant bl-għan li jinħloqu paġni dwar nies, suġġetti jew oġġetti minn din il-parti tad-dinja. Malta qed tieħu sehem għar-raba' darba din is-sena permezz tal-għaqda volontarja Wikimedia Community Malta, li hija affiljata mal-Wikimedia Foundation. Dan jorbot mal-ħidma sistematika mibdija fl-2020 minn din l-għaqda biex jinħolqu paġni bil-Malti fuq il-Wikipedija dwar nies, suġġetti u oġġetti li m'għandhomx x'jaqsmu direttament ma' Malta. Dan qed isir f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, u Dipartiment tat-Traduzzjoni fl-Università ta' Malta.
Matul ix-xhur ta' Marzu, April u Mejju qed norganizzaw ukoll numru ta' workshops u edit-a-toni. Id-dettalji hawn.
Sfond
immodifikaF'dawn l-aħħar 100 sena, l-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant għaddew minn għadd ta' rebbigħat mhux daqstant sbieħ li ħolqu ħafna diżgwid, kunflitti u diżappunti. Fost dawn nistgħu nsemmu ir-Rebbiegħa ta' Praga fl-1968, il-kunflitt fin-Nagorno-Karabakh tal-1988, l-eskalazzjoni tal-kunflitt Transnistrijan fl-1992, jew il-gwerra li faqqgħet fl-Ukrajna fl-2014.
Għaldaqstant, ir-Rebbiegħa CEE ta' Wikimedia għandha l-għan li tappoġġja u tippromovi gruppi lokali fil-ħolqien ta' paġni fil-Wikipedija u proġetti oħra ta' Wikimedia biex jiżdied l-għarfien reċiproku ta' xulxin u jitkattar l-għerf ħieles f'dawn ir-reġjuni.
Lista ta' artikli mill-pajjiżi u reġjuni
immodifikaIl-lista ta' paġni mill-pajjiżi u r-reġjuni isservi ta' punt tat-tluq u orjentazzjoni għal ħolqien u titjib tal-paġni - anke jekk il-paġni kollha dwar pajjiżi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (inkluż il-Kawkasja) jgħoddu fil-konkors. Il-biċċa l-kbira tal-paġni jinstabu fil-Wikipedia bl-Ingliż u spiss huwa faċli ferm li jiġu tradotti minn hemm.
Paġni dwar suġġetti marbuta direttament ma' Malta ma jgħoddux fil-punti li tista' tirbaħ f'dan il-konkors jekk int utent Malti/ja.
Għajnuna
immodifika- Gwida essenzjali: Tgħallem kif tikteb paġni u ttejjeb il-Wikipedija
- Paġna Meta: meta: Wikimedia CEE Spring 2023
- Dashboard għall-organizzaturi - mhux fejn jinżammu l-punti (ġej dalwaqt!)
Konkors
immodifikaL-Għan
immodifikaL-għan ta' dan il-konkors huwa li jinħolqu u jittejbu paġni dwar pajjiżi mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Għalkemm kull kontribut relevanti jiġi ġġudikat bħala parti mill-konkors, peress li hemm ħafna xi jsir f'dan il-qasam fuq il-Wikipedija bil-Malti, xogħol fuq paġni fil-lista tal-100 proposti jingħata punteġġ akbar, kif spjegat aktar l-isfel.
Żmien
immodifikaIl-konkors jibda f'nofsillejl tal-21 ta' Marzu u jkompli sa nofsillejl tal-20 ta' Ġunju.
Iż-żmien ikopri l-istaġun kollu tar-rebbiegħa.
Regolamenti
immodifika1. Kulħadd jista' jieħu sehem fil-konkors, ħlief għall-organizzaturi lokali u internazzjonali. L-organizzaturi jistgħu jipparteċipaw bla ma jikkompetu.
2. Biex tikkompeti trid tirreġistra formalment. Biex tirreġistra għall-konkors ikteb ismek hawn taħt kif indikat fit-taqsima tal-Parteċipanti.
3. Uża l-Mudell -- huwa essenzjali li tuża l-Mudell {{CEE Spring 2023 | utent = ismek | pajjiż = Malta}} fuq il-paġna tad-diskussjoni ta' kull pagna li taħdem fuqha biex il-kontribuzzjoni tiegħek tkun tgħodd fil-konkors. Dan huwa l-unika mod biex l-organizzaturi jkunu jafu li qed tieħu sehem fil-konkors. Ara/uża ukoll il-mudelli ta' lingwi oħra jekk tagħżel li tikteb bihom apparti l-Malti.
Punteġġi
immodifika- Għal kull artikolu li toħloq tieħu żewġ punti
- Għal kull artikolu li toħloq mil-lista uffiċjali tieħu tliet punti oħra (ħames punti b'kollox)
- Għal kull artikolu li ttejjeb tieħu punt
- Għal kull artikolu li ttejjeb mil-lista uffiċjali tieħu erba' punti oħra (ħames punti b'kollox)
Paġni dwar suġġetti marbuta direttament ma' Malta ma jgħoddux fil-punti li tista' tirbaħ f'dan il-konkors jekk int utent Malti/ja.
Kull mistoqsija għandha titpoġġa fuq il-paġna tad-diskussjoni.
Premjijiet
immodifikaIl-premijiet huma pprovduti minn Wikimedia Community Malta permezz ta' għotja mill-Wikimedia Foundation:
- L-ewwel post: €100 token għal xiri ta' kotba minn Amazon jew €200 token li jissarraf għand pubblikaturi Maltin*
- It-tieni post: €60 token għal xiri ta' kotba minn Amazon jew €120 token li jissarraf għand pubblikaturi Maltin*
- It-tielet post: €40 token għal xiri ta' kotba minn Amazon jew €80 token li jissarraf għand pubblikaturi Maltin*
Parteċipanti
immodifikaDaħħal ismek fit-tabella t'hawn taħt. Daħħal l-isem tal-paġna jew paġni li tkun ħdimt fit-tieni kolonna. Fit-tielet kolonna tista ddaħħal paġni li għadek qed taħdem fuqhom. Tista' ddaħħal ukoll il-punti għax-xogħol li tkun għamilt fl-aħħar kolonna; dawn jiġu vverifikati mill-organizzaturi fi tmiem il-konkors u rranġati jekk ikun hemm bżonn.
Jekk issib xi diffikulta bit-tabella ikkuntattja lil Toni Sant jew Nevborg li huma l-organizzaturi u jidhru f'din it-tabella mingħajr punti għax mhux eliġibbli biex jikkompetu.
Rebbieħa
immodifika- L-ewwel post - Utent:Trigcly
- It-tieni post - Utent:Scutajar
- It-tielet post - Utent:NoelMalta
- Premju ta' solidarjetà - €50 (jew €100 jekk imsarraf għand pubblikaturi Maltin): Utent:Mtanti
Il-premjijiet jistgħu jiġu rduppjati fl-ammont, kif indikat, jekk jitħaddmu ma' pubblikaturi tal-kotba Maltin (Kite Group, Midsea Books, u Merlin Publishers) skont l-għażla tar-rebbieħ/a.