Contra (ismu propja Margus Konnula; twieled 22 ta' Marzu 1974, f'Urvaste, Kontea ta' Võru) huwa poeta u tradduttur Estonjan.[1]

Contra (kittieb)
Ħajja
Isem propju Margus Konnula
Twelid Urvaste Rural Municipality (en) Translate, 22 Marzu 1974 (50 sena)
Nazzjonalità Estonja
Familja
Konjuga/i Airi Hallik-Konnula (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Estonjan
Võro
Latvjan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
poeta
pustier

Wara l-1994, ħadem bħala pustier. Mill-1996 sal-1999, kien il-kap tal-posta f'Urvaste. Wara, sar kittieb indipendenti u kittieb tal-films. Mill-2004 sal-2008, kien l-editur ta' gazzetta lokali tal-Parroċċa ta' Urvaste.[1]

Rebaħ diversi premjijiet relatati mal-Estonja u ma' pajjiżi oħra. Fosthom, rebaħ il-Premju Letterarju Eduards Veidenbaums fl-2017. Fl-2019, rċieva s-Salib ta' Rikonoxximent Latvjan (V klassi).

Xogħolijiet Magħżula

immodifika
  • 1995: ġabra ta' poeżiji "Ohoh"
  • 2001: ġabra ta' poeżiji "Suusamütsi tutt" ('Ski Hat Bobble')
  • 2019: ġabra ta' poeżiji "Legoist"

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b Mihkelev, Anneli. "Contra - Estonian Writers' Online Dictionary". sisu.ut.ee/ewod (bl-Ingliż). Miġbur 2021-01-10.

Ħoloq Oħra

immodifika