Estonja
L-Estonja ɨsˈtoʊniə (għajnuna·info) (Estonjan:Eesti), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Estonja (Estonjan:Eesti Vabariik), hi stat fir-Reġjun Baltiku fl-Ewropa ta' Fuq. Il-pajjiż huwa mdawwar fit-tramuntana mill-Golf tal-Finlandja, lejn il-punent mill-Baħar Baltiku, fin-nofsinhar il-Latvja (343 km), u lejn il-lvant mill-Lag Peipus u r-Russja (338.6 km).[5] In-naħa l-oħra tall-Baħar Baltiku għandha l-Iżvezja fil-punent u l-Finlandja fit-tramuntana. It-territorju tal-Estonja jkopri 45,227 km2 (17,462 mi kw), u huwa influwenzat mill-klima kontinentali umida.
Is-sistema politikaImmodifika
L-Estonja hija repubblika parlamentari. Il-kap tal-gvern tagħha - il-prim ministru - huwa maħtur mill-president u approvat mill-parlament. Dan huwa responsabbli mis-setgħa eżekuttiva mogħtija lill-gvern. Il-kap tal-istat - il-president - huwa elett mill-Parlament jew il-kulleġġ elettorali għal 5 snin. Il-Parlament għandu 101 membri, eletti kull 4 snin. Il-pajjiż huwa maqsum fi 15-il kontea u 79 muniċipalità.[6]
Il-kummerċ u l-ekonomijaImmodifika
L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Estonja fl-2018 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (21.1%), l-industrija (20.8%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta' xogħol soċjali (15.6%).[6]
Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 68% tal-esportazzjonijiet tal-Estonja (il-Finlandja 16%, l-Iżvezja 11% u l-Latvja 10%), filwaqt li barra mill-UE 6% jmorru fl-Istati Uniti u fir-Russja.[6]
F’termini ta’ importazzjonijiet, 77% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Finlandja 13%, il-Ġermanja 10% u l-Litwanja 9%), filwaqt li barra mill-UE 9% jiġu mir-Russja u 4% miċ-Ċina.[6]
L-Estonja fl-UEImmodifika
Hemm 6 membri tal-Parlament Ewropew mill-Estonja.[6]
Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentantiFittex it-traduzzjonijiet disponibbli tal-link preċedentiEN••• tal-gvern Estonjan, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.[6]
Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur. Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE. Dati tal-presidenzi Estonjani: Lul-Diċ 2017.[6]
Il-Kummissarju nominat mill-Estonja għall-Kummissjoni Ewropea hi Kadri Simson, li hi responsabbli għall-Enerġija.[6]
Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.[6]
L-Estonja għandha 6 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.[6]
L-Estonja għandha 6 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.[6]
L-Estonja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Estonja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.[6]
L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. [6]
Ċifri tal-2018 għall-Estonja:[6]
- Nefqa totali tal-UE fl-Estonja – € 0.759 biljun (ekwivalenti għal 3.03% tal-ekonomija Estonjana)
- Kontribuzzjoni totali għall-baġit tal-UE – € 0.210 biljun (ekwivalenti għal 0.84% tal-ekonomija Estonjana)
Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Estonja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.[6]
- 24.02. Kell 8.33. 1989 Toompeal (02).jpg
Il-bandiera Estonjana blu-iswed-abjad ittajret f'Pikk Hermann fl-24 ta' Frar, 1989.
Fuerte/Forte/Fortizza Ivangorod Fort, Il-knejjes ta' San Nikola (1498) u d-Dormizzjoni tal-Verġni (1558) ġewwa l-ħitan tal-fortizza/The churches of Saint Nicholas (1498) and the Dormition of the Virgin (1558) within the fortress walls/Las iglesias de San Nicolás (1498) y la Dormición de la Virgen (1558) dentro de la murallas de la fortaleza.
ReferenziImmodifika
- ^ "PHC 2011 RESULTS". Statistics Estonia. Miġbur 2013-01-16.
- ^ "Statistics Estonia". Stat.ee. 2013-01-01.
- ^ a b c d "Estonja". International Monetary Fund. Miġbur 2013-04-17.
- ^ "Human Development Report 2011". United Nations. 2011. Miġbur 2011-08-14.
- ^ Repubblika Estonjana. Websajt uffiċjali tar-Repubblika tal-Estonja (Estonjan)
- ^ a b c d e f g h i j k l m n o europa.eu, Estonja