Sevil Shhaideh

politiku Rumena

Sevil Shhaideh (pronunzja Rumena: [ˈsevil ˈʃajde];[1] kunjomha xebba Geambec (bit-Tatari tal-Krimea: Cambek); twieldet fl-4 ta' Diċembru 1964) hija ekonomista, uffiċjal tal-gvern u politiku Rumena. Fil-21 ta' Diċembru 2016, hija ġiet proposta bis-Soċjalisti Demokratiċi biex tkun il-Prim Ministru tar-Rumanija, iżda ġiet rifjutata mill-President Klaus Iohannis.

Sevil Shhaideh
Viċi Prim Ministru tar-Rumanija

4 Jannar 2017 - 29 Ġunju 2017
Costin Borc (en) Translate - Marcel Ciolacu (en) Translate
Ministru għall-Iżvilupp, ix-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Amministrazzjoni Pubblika

20 Mejju 2015 - 17 Novembru 2015
Nicolae-Liviu Dragnea (en) Translate - Vasile Dîncu (en) Translate
Ħajja
Isem propju Sevil Canbek
Twelid Constanța, 4 Diċembru 1964 (59 sena)
Nazzjonalità Rumanija
Grupp etniku Torok tar-Rumanija
Edukazzjoni
Alma mater Akkademja tal-Istudji Ekonomiċi ta' Bukarest 1987)
Lingwi Rumen
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
ekonomista

Studji u karriera immodifika

Shhaideh twieldet fl-4 ta' Diċembru 1964, f'Constanța, ir-Rumanija. Ommha Muezel Cambek (kunjomha xebba Karpat) għandha oriġini Tatari tal-Krimea u missierha Saedin Cambek għandu oriġina Torka.[2] Fl-1987 hija ggradwat mill-Akkademja tax-Xjenzi Ekonomiċi ta' Bukarest, fil-Fakultà tal-Ippjanar Ekonomiku u ċ-Ċibernetika. Imbagħad ħadmet fl-amministrazzjoni pubblika tal-Kontea ta' Constanța, u saret kap tad-Direttorat Ġenerali għall-Proġetti. Fl-istess żmien, hija kienet il-koordinatur tal-Unjoni Nazzjonali tal-kunsilli tal-kontej Rumeni.[3] Mill-2012 hija ħadmet bħala segretarja tal-istat fil-Ministeru għall-Iżvilupp Reġjonali.[4]

Bejn Mejju u Novembru 2015 Shhaideh kienet Ministru għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Amministrazzjoni Pubblika fil-gvern Soċjal-Demokratiku mmexxi minn Victor Ponta, is-suċċessur ta' Liviu Dragnea.[5]

Fil-21 ta' Diċembru 2016 ġiet indikata mill-partiti tal-PSD u tal-ALDE bħala kandidata għal Prim Ministru lill-President tar-Rumanija Klaus Iohannis. Dragnea, il-mexxej tal-PSD, indika li kien se jżomm ir-responsabbiltà politika kumplessiva ta' gvern ta' Shhaideh.[6] Li kieku ġiet approvata, hija kienet tkun l-ewwel mara u l-ewwel Musulmana li kienet tkun laħqet f'dik il-kariga. Fis-27 ta' Diċembru, Iohannis, li ġej mill-Partit Liberali Nazzjonali tal-koalizzjoni fil-gvern, irrifjuta n-nomina, u dan wassal biex Dragnea u Călin Popescu-Tăriceanu, il-mexxej tas-sħab fil-koalizzjoni tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi, biex jakkużaw lil Iohannis li kien qed jilgħab logħba politika partiġjana u talbuh jikkunsidra li jirriżenja mill-Presidenza.[7]

Ħajja personali immodifika

Il-familja ta' Shhaideh għandha fidi Musulmana Sunnita u kienet tagħmel parti mill-minoranzi etniċi Torok u Tatari li ilhom stabbiliti ferm fir-Rumanija. Ommha hija n-neputija tal-istoriku Tork Kemal Karpat.[8][9]

Shhaideh iżżewġet lin-negozjant Sirjan Akram Shhaideh (bl-Għarbi: أكرم شهيدة); il-politiku Rumen Liviu Dragnea kien xhud fiċ-ċerimonja tat-tieġ tagħhom fl-2011. Skont dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji ta' Lulju 2015, il-koppja huma sidien ta' tliet proprjetajiet fis-Sirja, waħda f'Latakia u tnejn f'Damasku.[10]

Referenzi immodifika

  1. ^ "Primul interviu cu Sevil Shhaideh. Dezvăluiri despre amenințările primite". www.antena3.ro . Miġbur 2023-05-23.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  2. ^ "Romanya'da Müslüman Türk Başbakan Önerisi: Sevil Shhaideh". Posta (bit-Tork). 2018-04-24. Miġbur 2023-05-23.
  3. ^ "Sevil Shhaideh, biografie. Cine este propunerea PSD pentru funcția de prim-ministru". www.antena3.ro . Miġbur 2023-05-23.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  4. ^ "Știri de ultimă oră și ultimele știri online". Gândul (bir-Rumen). Miġbur 2023-05-23.
  5. ^ "Cine este Sevil Shhaideh, noul ministru al Dezvoltării". www.digi24.ro (bir-Rumen). 2015-05-20. Miġbur 2023-05-23.
  6. ^ "Romania's leftists propose ally of barred powerbroker Dragea for prime minister" (bl-Ingliż). 2016-12-21. Miġbur 2023-05-23.
  7. ^ "Romanian president rejects Muslim woman for prime minister" (bl-Ingliż). 2016-12-27. Miġbur 2023-05-23.
  8. ^ Gillet, Kit (2016-12-21). "Romania Set for First Female, and First Muslim, Prime Minister" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-23.
  9. ^ Fati, Sabina (2015-05-21). "Un reprezentant al tătarilor în guvernul României: Sevil Shhaideh" (bir-Rumen). Miġbur 2023-05-23.
  10. ^ Press, Associated (2016-12-21). "Muslim, Turkish Sevil Shhaideh set to be Romania's first female prime minister". Daily Sabah (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-23.