Knejjes Imħaffrin fil-Blat ta' Ivanovo
Il-Knejjes Imħaffrin fil-Blat ta' Ivanovo (bil-Bulgaru: Ивановски скални църкви, Ivanovski skalni tsarkvi) huma grupp ta' knejjes, kappelli u monasteri monolitiċi mħaffrin fil-blat mastizz u huma differenti għalkollox minn kumplessi monastiċi oħra fil-Bulgarija. Jinsabu qrib il-villaġġ ta' Ivanovo, 20 kilometru fin-Nofsinhar ta' Ruse, fuq ix-xtut għoljin tal-blat tax-xmara Rusenski Lom, 32 metru 'l fuq mil-livell tal-ilma tax-xmara. Il-kumpless huwa notevoli għall-affreski Medjevali mill-isbaħ u ppreservati sew tiegħu. Il-knejjes imħaffrin fil-blat ta' Ivanovo jinsabu fi ħdan il-Park Naturali ta' Rusenski Lom.
Storja
immodifikaL-għerien fl-inħawi ġew abitati mill-patrijiet għall-ħabta tas-snin 20 tas-seklu 13, taħt il-Patrijarka tal-Bulgarija Ġwakkin I, sas-seklu 17. Ġew imħaffrin fil-blat ċelel, knejjes u kappelli. Fl-aqwa tal-kumpless monastiku, kien hemm madwar 40 knisja u madwar 300 binja oħra, li l-maġġoranza tagħhom ma ġewx ippreservati sa żminijietna. Il-mexxejja tat-Tieni Imperu Bulgaru bħal Ivan Alexander u Ivan Asen II spiss għamlu donazzjonijiet lill-kumpless, kif joħroġ fid-dieher mir-ritratti tad-donaturi f'xi wħud mill-knejjes. Patruni oħra kienu jinkludu nobbli mill-belt kapitali ta' Tarnovo u mill-eqred raħal Medjevali kbir ta' Cherven, li l-kumpless monastiku kellu rabtiet b'saħħithom magħhom fis-sekli 13 u 14. Il-kumpless kien ċentru ta' esikażmu fl-artijiet Bulgari fis-seklu 14 au baqa' jeżisti fl-ewwel sekli tat-tmexxija Ottomana tal-Bulgarija, iżda gradwalment ġie abbandunat.
Il-Knejjes Imħaffrin fil-Blat ta' Ivanovo tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979.[1]
Wirt ippreservat
immodifikaIl-kumpless monastiku huwa notevoli l-iktar bis-saħħa tal-affreski tas-sekli 13 u 14, li ġew ippreservati f'ħames knejjes, u li jitqiesu bħala eżempji mill-isbaħ tal-arti Medjevali Bulgara. Fost l-istrutturi mħaffrin fil-blat li kienu jintużaw mill-patrijiet hemm il-Kappella tal-Arkanġlu Mikiel (magħrufa wkoll bħala l-"Knisja Midfuna"), il-Battisterju, il-Kappella ta' Gospodev Dol, il-Knisja ta' San Teodoru (magħrufa wkoll bħala l-"Knisja Mġarrfa") u l-knisja prinċipali, bl-affreski tas-seklu 14 li x'aktarx li huma l-iżjed famużi f'Ivanovo u huma magħrufa bħala wħud mill-iżjed eżempji rappreżentattivi tal-art Paleoloġika.[2]
Fl-istrutturi monastiċi mħaffrin fil-blat ġew ippreservati wkoll bosta kitbiet imnaqqxin antiki diversi sekli, fosthom il-kitba mnaqqxa famuża tal-patri Ivo Gramatik tal-1308-1309.
Difniet
immodifikaSit ta' Wirt Dinji
immodifikaIl-Knejjes Imħaffrin fil-Blat ta' Ivanovo ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]
Gallerija
immodifika-
Affresk tas-seklu 14 ta' ritratt tal-Ksar Ivan Alexander.
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Rock-Hewn Churches of Ivanovo". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-10.
- ^ Velmans, Tania (1965). "Les Fresques d'Ivanovo et la peinture byzantine à la fin du Moyen Âge". Journal des Savants. 1 (1): 358–412.