Lyubov Panchenko

artista viżiva u disinjatur tal-moda Ukrena (1938-2022)

Lyubov Mykhailivna Panchenko (bl-Ukren: Любов Михайлівна Панченко; twieldet fit-2 ta' Frar 1938 – mietet fit-30 ta' April 2022)[1] kienet artista viżiva u disinjatriċi tal-moda Ukrena.[2] Hija kienet membru tal-Unjin tan-Nisa Ukreni.[3] Kienet parti mis-Sixtiers, grupp ta' artisti tas-snin 60 tas-seklu 20 li reġa' qanqal il-kultura Ukrena matul l-Illaxkar ta' Khrushchev.[4]

Lyubov Panchenko
Ħajja
Twelid Bucha, 2 Frar 1938
Nazzjonalità Unjoni Sovjetika
Ukrajna
Mewt Kiev, 30 April 2022
Post tad-dfin Bucha
Kawża tal-mewt  (ġuħ)
Familja
Konjuga/i Q114615047 Translate
Edukazzjoni
Alma mater Mykhailo Boichuk Kyiv State Academy of Decorative-Applied Arts and Design (en) Translate
Akkademja Ukrena tal-Istampar
(1968 -
Lingwi Ukren
Russu
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur
ħajjata tar-rakkmu
disinjatur tal-moda
Post tax-xogħol Kiev
Premjijiet
Sħubija Ukrainian Women's Union (en) Translate
Moviment Sixtiers (en) Translate

Lyubov twieldet fit-2 ta' Frar 1938 fil-villaġġ ta' Yablunka. Fl-aħħar tas-snin 50 tas-seklu 20 hija ggradwat mill-Iskola tal-Arti Applikata ta' Kiev (fid-dipartiment tar-rakkmu).[5] Iktar 'il quddiem, hija ħadmet f'ħanut tal-ħjata u fl-istess żmien wessgħet l-orizzonti tal-għarfien tagħha rigward l-arti, u saret interessata ħafna fil-linocut. Fl-1968 hija daħlet fid-dipartiment ta' filgħaxija tal-Fakultà tal-Grafika tal-Akkademja Ukrena tal-Istampar. Fis-snin 60 tas-seklu 20 hija ngħaqdet mal-Klabb taż-Żgħażagħ Kreattivi "Сучасник" u saret membru tas-sezzjoni letterarja tagħha, Brama.

Panchenko ħadmet fl-Istitut Teknoloġiku tad-Disinn u tal-Inġinerija bħala disinjatur tal-moda u fid-Dar Repubblikana tal-Mudelli. Dak iż-żmien, it-talent brillanti tagħha ffjorixxa: hija ħolqot sensiela ta' pitturi bl-akkwarelli, mudelli tal-ilbies, mudelli tar-rakkmu, grafika għall-kotba u tpinġijiet. Ħafna mix-xogħlijiet tagħha bir-rakkmu ntwerew fir-rivista "Mara Sovjetika".

Hija kienet magħrufa għaliex iddefendiet il-lingwa u l-kultura Ukrena. Hija pittret bajd tal-Għid pysanka, irrakkmat kostumi nazzjonali għall-kori, u ġabret il-flus biex tgħin lill-priġunieri politiċi li kienu qed jiskontaw sentenzi għall-"azzjoni u l-propaganda tagħhom kontra l-Unjoni Sovjetika". Bil-parteċipazzjoni tagħha, it-tradizzjoni tal-innijiet koliadka u tax-xeni tan-natività vertep reġgħet ingħatat il-ħajja fi Kiev.

Panchenko ngħatat il-Premju Vasyl Stus fl-2001.[6]

Minħabba l-ispirazzjonijiet Ukreni evidenti fix-xogħol tagħha, hija qatt ma kellha wirja matul l-era Sovjetika. Finanzjarjament kienet tiddependi fuq ix-xogħol tagħha tar-rakkmu u tal-moda.

Panchenko mietet fir-raħal ta' Bucha fit-30 ta' April 2022, meta kellha 84 sena.[7] Ġie rrapportat li hija mietet bil-ġuħ ikkawżat mill-invażjoni Russa tal-2022 fl-Ukrajna.[8][9]

Fl-2008, il-Mużew Nazzjonali tal-Letteratura tal-Ukrajna organizza wirja biex tiġi ċċelebrata Lyubov Panchenko. Yevhen Sverstiuk, attivist tad-drittijiet tal-bniedem u poeta ta' dak iż-żmien irrimarka: "Huwa ċar li dawn ix-xogħlijiet għandhom il-marka ta' ġenju. Hi tgħix fid-dinja tagħha, u tiftaħ din id-dinja għalina lkoll".

Fl-2014, il-Mużew ta' Hrushevsky fil-belt kapitali Kiev ippreżenta l-wirja msejħa "Id-Dinja Tiegħi" («Світе мій!»).[10]

Ix-xogħlijiet ta' Panchenko jintwerew ukoll fil-kollezzjonijiet privati u fil-Mużew tas-Sixtiers fi Kiev.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Не зламав КДБ, але не пережила російських окупантів: померла відома художниця Любов Панченко - Новини Києва | Big Kyiv". Великий Київ (bl-Ukren). 2022-04-30. Miġbur 2023-03-26.
  2. ^ "Карпатські мелодії [виставка акварелей Любові Панченко] | КПІ ім. Ігоря Сікорського". kpi.ua. Miġbur 2023-03-26.
  3. ^ область, Бучанский сайт Буча Киевская. "Любов Панченко – жива легенда української творчості » Бучанський міський сайт". Бучанський міський сайт . Miġbur 2023-03-26.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  4. ^ "НЕ ПІД ЧУЖУ ДУДКУ, А ПІД СВОЮ – Слово Просвіти" (bl-Ukren). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-12-29. Miġbur 2023-03-26.
  5. ^ "Легенда українського мистецтва з Бучі Любов Панченко стала героїнею арт-гри, фото - Погляд". poglyad.tv (bl-Ukren). Miġbur 2023-03-26.
  6. ^ "Премія імені Василя Стуса". PEN Ukraine (bl-Ukren). Miġbur 2023-03-26.
  7. ^ "Не зламав КДБ, але не пережила російських окупантів: померла відома художниця Любов Панченко - Новини Києва | Big Kyiv". Великий Київ (bl-Ukren). 2022-04-30. Miġbur 2023-03-26.
  8. ^ Manning, Joshua (2022-05-01). "Iconic Ukrainian artist who opposed KGB starves to death following Russian occupation" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-26.
  9. ^ "Extraordinary People" (bl-Ingliż). 2022-05-02. Miġbur 2023-03-26.
  10. ^ "Світ Любові Панченко". m.day.kyiv.ua (bl-Ukren). Miġbur 2023-03-26.