Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Albanija
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Albanija rratifikat il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali u Naturali Dinji fl-10 ta' Lulju 1989, u b'hekk saret eliġibbli biex iżżid is-Siti ta' Wirt Dinji tagħha fil-lista tal-UNESCO.[3]
Mill-2021 l-Albanija għandha erba' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel sit fl-Albanija li żdied mal-lista ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO kien dak tal-belt antika ta' Butrint li tniżżlet mal-lista fis-16-il sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992.[4] Iċ-ċentru storiku ta' Gjirokastër tniżżel fl-2005 bħala l-Belt-Mużew ta' Gjirokastra.[5] Fl-2008 żdied iċ-ċentru storiku ta' Berat mal-istess sit, li b'hekk sar iċ-Ċentri Storiċi ta' Berat u Gjirokastër.[6][7] Fl-2017, ir-reġjuni tax-xmara Gashi u Rrajcë tniżżlu bħala parti mill-Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa li huwa sit transnazzjonali kondiviż ma' 17-il pajjiż ieħor.[8] Fl-2019, is-sit tal-Wirt Kulturali u Naturali tar-reġjun ta' Ohrid, li kien ilu li tniżżel fil-lista bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Maċedonja ta' Fuq mill-1979, ġie estiż biex tiġi inkluża wkoll il-parti Albaniża tal-kosta.[9]
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[10]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post (muniċipalità) | Sena tad-deżinjazzjoni | Kriterji tal-għażla | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|
Butrint | Vlorë | 1992 | iii (kulturali) | Butrint (bil-Latin: Buthrōtum) kienet belt Griega antika, imbagħad belt Rumana u s-sede ta' veskovat Ruman aħħari. Wara perjoduta' abbandun, ġiet okkupata mill-Biżantini, mill-Anġojini u mill-Venezjani. Finalment ġiet abbandunata fl-aħħar tal-Medju Evu. Fost is-siti arkeoloġiċi prominenti hemm teatru Grieg, battisterju tal-aħħar tal-antikità, bażilika tas-seklu 9, u fortifikazzjonijiet mill-perjodu tal-kolonja Griega sal-Medju Evu.[4] | |
Ċentri Storiċi ta' Berat u Gjirokastër | Berat, Gjirokastër | 2005 | iii, iv (kulturali) | Berat u Gjirokastër ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala eżempji rari ta' arkitettura tipika tal-perjodu Ottoman. Berat hija xhieda tal-koeżistenza ta' diversi komunitajiet reliġjużi u kulturali tul is-sekli. Fiha kastell, li l-biċċa l-kbira minnu nbena fis-seklu 13, għalkemm l-oriġini tiegħu jmorru lura għas-seklu 4 Q.K. Iż-żona taċ-ċittadella fiha bosta knejjes Biżantini, l-iktar mis-seklu 13, kif ukoll diversi moskej li nbnew fis-seklu 15. Gjirokastër fiha sensiela ta' djar b'żewġ sulari li nbnew fis-seklu 17. Ir-raħal għad għandu wkoll bażaar, moskea tas-seklu 18 u żewġ knejjes tal-istess perjodu. Oriġinarjament Gjirokastër tniżżel waħdu fl-2005, imbagħad Berat żdied fl-2008.[6] | |
Wirt Naturali u Kulturali tar-Reġjun ta' Ohrid* | Korçë | 1979 | i, iii, iv, vii (kulturali u naturali) | Ir-raħal ta' Ohrid huwa wieħed mill-eqdem insedjamenti umani fl-Ewropa bi fdalijiet arkeoloġiċi minn Żmien il-Bronż sal-Medju Evu. Huwa xhieda prominenti tal-arti u tal-arkitettura Biżantina, bħall-knejjes ta' San Ġwann ta' Kaneo u ta' Santa Sofija. Ohrid fih l-iżjed monasteru Slav antik u l-ewwel università Slava fil-Balkani. Il-Lag ta' Ohrid imur lura għall-perjodu preglaċjali u jipprovdi refuġju uniku għal bosta speċijiet endemiċi u relitti ta' flora u ta' fawna tal-ilma ħelu. Is-sit ġie estiż fl-1980 u fl-2009 saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit. Fl-2019, is-sit ġie estiż biex tiġi inkluża l-parti Albaniża tal-lag.[9] | |
Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa* | Mavrovo u Rostuša | 2021 | ix (naturali) | Il-Foresti Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji jintużaw biex jiġi studjat it-tifrix tas-siġar tal-fagu (Fagus sylvatica) fl-Emisferu tat-Tramuntana f'varjetà ta' ambjenti u l-ambjent fil-foresti. Is-sit tniżżel għall-ewwel darba fl-2007 b'komponenti mis-Slovakkja u mill-Ukrajna. Ġie estiż fl-2011, fl-2017, u fl-2021 biex jiġu inklużi l-foresti f'total ta' 18-il pajjiż. Il-foresti fl-Albanija tniżżlu fl-2017[8] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2023-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2023-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Albania - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2017-07-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-07-07. Miġbur 2023-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b "Butrint - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2015-05-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-05-24. Miġbur 2023-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Museum-City of Gjirokaster" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-06-26. Miġbur 2023-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b "Historic Centres of Berat and Gjirokastra - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2012-03-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-03-02. Miġbur 2023-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Three new sites inscribed on UNESCO's World Heritage List". web.archive.org. 2018-08-25. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-08-25. Miġbur 2023-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b "Primeval Beech Forests of the Carpathians and the Ancient Beech Forests of Germany - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2012-03-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-03-24. Miġbur 2023-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b "Natural and Cultural Heritage of the Ohrid region - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2017-12-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-12-17. Miġbur 2023-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)