Hollókő
Hollókő (pronunzja bl-Ungeriż: [ˈholloːkøː]) huwa villaġġ etnografiku tal-Palóc fl-Ungerija u Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Isem il-villaġġ bl-Ungeriż ifisser "ħaġra taċ-ċawlun".
Hollókő | ||
---|---|---|
Ungerija | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Ungerija | |
County of Hungary | Kontea ta' Nógrád | |
Kap tal-Gvern | Csaba Szabó (en) | |
Ismijiet oriġinali | Hollókő | |
Kodiċi postali |
3176 | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 47°59′46″N 19°35′30″E / 47.9961°N 19.5917°EKoordinati: 47°59′46″N 19°35′30″E / 47.9961°N 19.5917°E | |
Superfiċjenti | 5.18 kilometru kwadru | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 294 abitanti (1 Jannar 2024) | |
Informazzjoni oħra | ||
Kodiċi tat-telefon |
32 | |
Żona tal-Ħin | Ħin tal-Ewropa Ċentrali, UTC+1u UTC+2 | |
holloko.hu |
Pożizzjoni ġeografika
immodifikaIl-villaġġ jinsab fil-kontea ta' Nógrád, bejn wieħed u ieħor 91.1 kilometru fil-Grigal minn Budapest, il-belt kapitali tal-Ungerija. Il-villaġġ jinsab f'wied tal-muntanji ta' Cserhát, imdawwar bi qċaċet baxxi. L-ambjent naturali tal-villaġġ huwa protett ukoll.
Storja
immodifikaF'nofs is-seklu 13, wara l-invażjoni tal-Mongoli, il-kostruzzjoni tal-Kastell ta' Hollókő għall-ewwel bdiet bħala mezz ta' protezzjoni tal-inħawi minn attakki oħra fil-futur. Dak iż-żmien, l-inħawi madwar Hollókő kienu fil-pussess tal-klan nobbli tal-Kacsics. Il-kastell issemma għall-ewwel darba fid-dokumenti storiċi fl-1310.[1] Il-villaġġ oriġinali nbena taħt il-ħitan tal-kastell. L-Ottomani ħatfu l-kastell fl-1552 u għall-150 sena ta' wara, il-kontroll ġie alternat bejn il-forzi Ottomani u Ungeriżi. Fit-tmiem tal-era Ottomana (1683), il-kastell u l-villaġġ finalment ġew abbandunati u beda jikber il-villaġġ attwali. Ħafna mid-djar eżistenti nbnew għall-ewwel darba f'dan iż-żmien. Id-djar, li fl-istruttura tagħhom fihom l-injam, kellhom jinbnew bosta drabi matul is-snin minħabba n-nirien li kienu jaħkmuhom minn żmien għal żmien. L-aħħar nirien seħħew fl-1909. Fl-1987, il-villaġġ, il-fdalijiet tal-kastell u ż-żona tal-madwar tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[2]
Attrazzjonijiet
immodifikaDawn li ġejjin huma wħud mill-attrazzjonijiet ewlenin tal-villaġġ:
- il-parti protetta tal-villaġġ – it-toroq ta' Lajos Kossuth u ta' Sándor Petőfi, b'67 dar;
- il-Mużew tal-Villaġġ;
- il-Mużew tal-Posta;
- il-Mużew tal-Pupi;
- il-Mużew tal-Istampar Artiġjanali;
- id-Dar taż-Żfin Folkloristiku Ungeriż;
- il-Ħanut tal-Qfief;
- id-Dar tal-Arti u tat-Te;
- id-Dar tal-Logħob tal-Paloc;
- il-Borpatika;
- id-Dar tan-Nissieġa;
- il-Knisja Kattolika Rumana ta' San Martin;
- il-Kastell ta' Hollókő;
- id-Dar tas-Surmast tal-Iskola (Oskolamester háza).
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIl-Villaġġ Antik ta' Hollókő u l-Inħawi tal-Madwar ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987.[2]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[2]
Gallerija
immodifika-
Il-Kastell ta' Hollókő.
-
Il-qalba tal-villaġġ ta' Hollókő.
-
Il-Kastell ta' Hollókő.
-
Veduta mill-ajru tal-kastell.
Referenzi
immodifika- ^ "Hollókő - Hollókő". www.holloko.hu. Miġbur 2023-03-21.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Old Village of Hollókő and its Surroundings". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-21.