Angeliki Hatzimichali

Angeliki Hatzimichali (1895–1965) kienet folklorista Griega. Trabbiet fi Plaka,[1] bint professur tal-letteratura Griega. Iddedikat ħajjitha għall-istudju tat-tradizzjoni Griega uqattgħet ħafna minn ħajjitha fil-Greċja rurali, fejn iddokumentat d-drawwiet u s-snajja' ta' kuljum tan-nies. Kienet hi li stabilixxiet workshops biex tippreserva kemm setgħet l-isnajjiet tradizzjonali, u fl-1921 organizzat l-ewwel wirja tal-arti folkloristika fil-Greċja. Ippubblikat xogħolha f'diversi rivisti folkoristiċi kemm fil-Greċja kif ukoll barra. Illum, il-villa neoklassika ta' Hatzimichali fi Plaka huwa mużew, iċ-Ċentru tal-Art u Tradizzjoni Folkloristika,[1] li fih numru ta' drappijiet rrakmati u minsuġa bl-idejn, lbies, u platti taċ-ċeramika minn Skyros.[2]

Angeliki Hatzimichali
Ħajja
Twelid Plaka (en) Translate, 1895
Nazzjonalità Greċja
Mewt Ateni, 4 Marzu 1965
Familja
Missier Alexios Kolyvas
Konjuga/i Platon Hacimihalis (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Grieg
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni storiku
pittur
folklorista

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b "Centre of Folk Art and Tradition" (bl-Ingliż). Cityofathens.gr. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-12-01. Miġbur 2017-11-18.
  2. ^ Fodor's Travel Guides (2015-04-14). Fodor's Greece: with Great Cruises & the Best Islands (bl-Ingliż). Fodor's Travel. p. 191. ISBN 978-1-101-87869-9.