Palazz ta' Ishak Paşa
Il-Palazz ta' Ishak Paşa (bit-Tork: İshak Paşa Sarayı) huwa palazz u kumpless amministrattiv nofs irvinat li jinsab fid-distrett ta' Doğubeyazıt tal-provinċja ta' Ağrı fil-Lvant tat-Turkija.
Il-Palazz ta' Ishak Paşa huwa palazz ta' żmien l-Ottomani u l-kostruzzjoni tiegħu nbdiet fl-1685 mill-bey tal-provinċja ta' Beyazit, Colak Abdi Paşa taċ-Cildirogullari, li kienet familja ta' Paxà ereditarji marbuta mal-familja Jaqeli.[1] Il-kostruzzjoni tkompliet minn Ishak Paşa, dixxendent ta' Abdi Paşa. Il-palazz ingħata ismu u huwa sar il-Paxà ta' Çıldır mill-1790 sal-1791.[2] Skont il-kitba mnaqqxa mad-daħla tal-palazz, is-sezzjoni tal-Ħarem tal-palazz tlestiet minn Ishak (Iżakk) Paşa fl-1784.[3]
Il-Palazz ta' Ishak Paşa huwa wieħed mill-ftit eżempji ta' palazzi Torok li għadu jeżisti.
Il-palazz intuża fuq in-naħa ta' wara tal-karta tal-flus Torka l-ġdida ta' 100 lira tal-2005-2009.[4]
Storja
immodifikaIl-kostruzzjoni tal-palazz bdiet fl-1685 u kompliet għal deċennji sħaħ. Ix-xogħol tlesta fl-1784 jew fl-1785 W.K. Il-palazz ġarrab ħsarat minħabba terremot fl-1840 u għal xi żmien ġie abbandunat, iżda mbagħad ġie rrestawrat matul l-20 sena ta' wara. Reġa' ġarrab ħsarat matul il-Gwerra bejn ir-Russja u t-Turkija tal-1877-1878. L-istruttura iktar 'il quddiem intużat mir-Russi u matul l-Ewwel Gwerra Dinjija meta ġarrbet xi ħsarat mill-użu tal-armi tan-nar.
Iktar 'il quddiem, il-palazz intuża bħala ċ-ċentru amministrattiv tal-inħawi, u mbagħad bħala forti militari sal-1937. Il-palazz ġarrab iktar ħsarat meta beda jittieħed il-ġebel minnu biex jinbnew djar ġodda.[5]
Fis-sena 2000 il-palazz ġie miżjud fil-lista tas-Siti Indikattivi tal-UNESCO biex fil-ġejjieni forsi jsir Sit ta' Wirt Dinji. Is-sommarju deskrittiv tal-UNESCO jistqarr li huwa:[6]
Palazz tul it-Triq tal-Ħarir qrib il-fruntiera Iranjana ... Mhuwiex turija tat-tradizzjoni Ottomana iżda iktar huwa taħlita tat-tradizzjoni arkitettonika tal-Anatolja, tal-Iran u tat-Tramuntana tal-Mesopotamja. Il-mudell tradizzjonali li ntuża fil-kostruzzjoni tal-Palazzi Rjali fil-bliet kapitali bħal Bursa, Edirne u Istanbul ittieħed bħala eżempju fid-disinn tal-Palazz ta' Ishak Paşa. Wieħed jista' josserva l-influwenza tal-Punent fl-arkitettura Ottomana matul il-perjodu post-Klassiku... (traduzzjoni mhux uffiċjali).
Matul restawr li sar fl-2004 nstabu bosta problemi strutturali kbar u ma ġewx imsewwija għalkollox. Matul restawr sussegwenti, żdied saqaf ġdid kif ukoll irpar fuq xi partijiet tal-palazz, magħmul mill-injam u mill-ħġieġ.[7] Naturalment, dan biddel il-bixra storika tal-palazz. Fl-2011 sar restawr ieħor.[8]
Il-palazz huwa miftuħ għall-viżitaturi. Il-biljett tad-dħul jinkludi ż-żjara tal-palazz kif ukoll l-oqbra tal-blat Urartjani li ġew skoperti fl-1830 u li jingħad li huma ta' sekli sħaħ ilu, x'aktarx bejn is-sekli 13 u 19 Q.K.[1][9]
Sezzjonijiet tal-palazz
immodifikaIl-kumpless tal-palazz jikkonsisti mis-sezzjonijiet li ġejjin:[10]
- il-faċċati esterni;
- l-ewwel u t-tieni bitħa interni;
- il-kwartier tal-irġiel (selamlık);
- il-moskea;
- il-kċina tas-sopop (Darüzziyafe);
- il-banju;
- il-ħarem;
- is-sala taċ-ċerimonji u tad-divertiment;
- id-daħliet bil-ħnejjiet;
- l-imħażen u l-kamra tal-munizzjon;
- il-mawżolew;
- il-kamra tal-furnar;
- il-kantini;
- is-sistema ċentrali tat-tisħin.
L-iżjed karatteristika li tispikka tal-palazz hi l-istil arkitettoniku mħallat tiegħu b'elementi Ottomani, Persjani u Armeni.
Gallerija
immodifika-
Dettall tal-ħnejjiet fuq ġewwa.
-
Veduta tal-Palazz ta' Ishak Paşa mill-għoli.
-
Il-ħarem.
-
Il-koppla tal-palazz minn ġewwa.
-
Veduta tal-Palazz ta' Ishak Paşa mill-għoli.
-
Veduta mill-bitħa interna.
-
Veduta tal-palazz minn ġewwa.
-
Id-daħla tal-kumpless.
Referenzi
immodifika- ^ a b Erdin, Nurgun; Tirak, Kamile (2009-09-01) [2009]. "Identification of Wooden Objects in Ishak Pasha Palace". Istanbul Universitesi Orman Fakultesi Dergisi: 124–137.
- ^ Sinclair, T. A. (1989-12-31). Eastern Turkey: An Architectural & Archaeological Survey, Volume I. Pindar Press. p. 387. ISBN 978-1-904597-72-8.
- ^ Verity Campbell - Turkey - 2007 - p. 586, ISBN 1-74104-556-8.
- ^ "E 8 - One Hundred New Turkish Lira I. Series". web.archive.org. 2009-02-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-02-24. Miġbur 2023-04-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Ishak Pasha Palace | Turkish Archaeological News". turkisharchaeonews.net. Miġbur 2023-04-01.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ishak Pasha Palace". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-01.
- ^ "Ishak Pasha Palace - Dogubeyazit, Turkey".
- ^ Agency, Anadolu (2018-08-03). "Ishak Pasha Palace in eastern Turkey sees 'significant' hike in visitor numbers". Daily Sabah (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-01.
- ^ "Ishak Pasha Palace | Turkish Archaeological News". turkisharchaeonews.net. Miġbur 2023-04-01.
- ^ "İshak Pasha Palace". www.ktb.gov.tr. Miġbur 2023-04-01.