Knarik Vardanyan
Knarik Grigori Vardanyan (bl-Armen: Քնարիկ Վարդանյան; twieldet fl-24 ta' Novembru 1914 – mietet fil-25 ta' Diċembru 1996) kienet artista Sovjetika Armena, magħrufa l-iktar bħala pittriċi u tipografa.[1][2][3] Hija ngħatat it-titlu ta' Artist Onorat tar-Repubblika Sovjetika Armena fl-1967.[4][5]
Knarik Vardanyan | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Panik, 24 Novembru 1914 (in Julian calendar) |
Nazzjonalità |
Unjoni Sovjetika Armenja |
Grupp etniku | Armeni |
Mewt | Yerevan, 25 Diċembru 1996 |
Post tad-dfin | Yerevan |
Familja | |
Konjuga/i | David Pogosyan (en) |
Aħwa |
uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Panos Terlemezyan State College of Fine Arts (en) 1941) Yerevan State Institute of Fine Arts and Theater (en) 1950) |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
pittur tipografu |
Impjegaturi | Hovhannes Tumanyan Puppet Theatre of Yerevan (en) (1942 - 1944) |
Premjijiet |
List |
Bijografija
immodifikaKnarik Vardanyan twieldet fl-24 ta' Novembru 1914 fil-villaġġ ta' Kaftarli (issa magħruf bl-isem ta' Panik), f'Alexandropol, fit-territorju tal-Viċirè tal-Kawkażi, fl-Imperu Russu.
Hija ggradwat fl-1933 mill-Kulleġġ Tekniku tal-Kostruzzjoni ta' Leninakan (issa magħruf bħala l-Kulleġġ Tekniku Statali ta' Gyumri). Is-sena ta' wara, mill-1933 sal-1934, Vardanyan ħadmet fl-istudjo arkitettoniku ta' Alexander Tamanian bħala assistenta.[6] Fl-1941 hija ggradwat mill-Kulleġġ Statali tal-Belle Arti ta' Panos Terlemezyan; imbagħad fl-1950 iggradwat mill-Istitut Statali tal-Belle Arti u tat-Teatru ta' Yerevan; u fl-aħħar temmet l-istudji tagħha mill-1950 sal-1952 fid-dipartiment tal-pittura fid-Dar tal-Kultura Armena f'Moska, taħt B. V. Johanson.[1]
Mill-1942 sal-1944 ħadmet bħala l-artista prinċipali fit-Teatru tal-Pupazzi ta' Hovhannes Tumanyan f'Yerevan, u għenet biex jittellgħu għadd ta' spettakli. Mill-1950, Vardanyan kienet membru tal-Partit Komunista tal-Unjoni Sovjetika (CPSU). Hija żżewġet lill-kantant tal-opri Davit Poghossian (1911-2004).[7]
Vardanyan kienet tpitter fuq it-tema tal-ħajja ta' kuljum tal-ħaddiema. Fis-snin 60 u 70 tas-seklu 20, hi bdiet tibdel il-mod kif tpitter u l-kuluri li tuża biex tibda tirrifletti fuq in-natura. Kellha wirjiet bħala solista f'Yerevan (fl-1965, fl-1978 u fl-1981), f'Leninakan (1981), f'Kirovakan (1981), f'Yeghegnadzor (1982), u fi Tbilisi (1982). Ħafna mill-opri tal-arti tagħha jistgħu jinstabu fil-kollezzjonijiet tal-mużewijiet, inkluż kollezzjoni estensiva fil-Gallerija Nazzjonali tal-Armenja.[8]
Hija mietet f'Jum il-Milied fl-1996 f'Yerevan, l-Armenja.[1]
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ "- Քնարիկ Վարդանյան". avproduction.am. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-03-21. Miġbur 2023-04-05.
- ^ Հայկական սովետական հանրագիտարան [Armenian Soviet Encyclopedia]. Vol. 11. Institute of History, Armenian Academy of Sciences. p. 323.
- ^ "Women's Art versus Feminist Art: Categories and Contradictions in Practices of Armenian Art | Feminism and Gender Democracy". Heinrich-Böll-Stiftung (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-05.
- ^ Խոստիկյան, Գոհար (1979). Քնարիկ Վարդանյան : ՀՍՍՀ վաստակավոր նկարիչ = Кнарик Варданян. Засл. худ. Арм. ССР /. Union of Artists of Armenia. Yerevan.
- ^ "Shedevr | Artists". www.shedevr.am. Miġbur 2023-04-05.
- ^ LLC, Helix Consulting. "Թամանյանի ու Հալաբյան արվեստանոցներից մինչև Գեղարվեստաթատերական ինստիտուտ… Քնարիկ Վարդանյան (լուսանկարներ)". www.panorama.am (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-05.
- ^ "- Դավիթ Պողոսյան". avproduction.am. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-03-21. Miġbur 2023-04-05.
- ^ "Շտեմարան - Հավաքածու - Հայաստանի ազգային պատկերասրահ". www.gallery.am. Miġbur 2023-04-05.