Vlkolínec

villaġġ folkloristiku fis-Slovakkja

Vlkolínec huwa villaġġ li jiġi amministrat mir-raħal ta' Ružomberok fis-Slovakkja. Madankollu, storikament kien villaġġ separat. L-ewwel darba li l-villaġġ jissemma fid-dokumenti hu fl-1376 u wara l-1882 sar parti minn Ružomberok. Isem il-villaġġ x'aktarx li oriġina mill-kelma Slovakka "vlk" li tfisser "lupu".

Vlkolínec
 Slovakkja
Amministrazzjoni
Stat sovranSlovakkja
Region of Slovakiareġjun ta' Žilina
District of SlovakiaDistrett ta' Ružomberok
RaħalRužomberok
Ġeografija
Koordinati 49°02′20″N 19°16′42″E / 49.0389°N 19.2783°E / 49.0389; 19.2783Koordinati: 49°02′20″N 19°16′42″E / 49.0389°N 19.2783°E / 49.0389; 19.2783
Vlkolínec is located in Slovakia
Vlkolínec
Vlkolínec
Vlkolínec (Slovakia)
Superfiċjenti 4.90 hectare
Demografija
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2

Vlkolínec tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993[1], u huwa wieħed minn għaxar villaġġi Slovakki li ngħataw l-istatus ta' riżervi tal-arkitettura folkloristika. Dan l-istatus ingħata peress li l-villaġġ huwa eżempju mhux mittiefes u kumpless ta' arkitettura folkloristika fil-kampanja tar-reġjun tat-Tramuntana tal-Karpazji.

Deskrizzjoni

immodifika

Vlkolínec, li jinsab fiċ-ċentru tas-Slovakkja, huwa insedjament li ħaġa tal-għaġeb baqa' intatt, b'karatteristiċi tradizzjonali ta' villaġġ tal-Ewropa Ċentrali. Iħaddan fih l-iżjed raggruppament komplut ta' tipi ta' djar tradizzjonali biz-zkuk tal-injam fir-reġjun, li spiss jinsabu f'żoni muntanjużi. Il-villaġġ jikkonsisti minn iktar minn 45 dar ta' dan it-tip u kull waħda minnhom fiha żewġ jew tliet kmamar. Ġew ippreservati wkoll kampnar tal-injam tas-seklu 18 kif ukoll kappella Barokka. Id-djar Nri 16 u 17 ġew ikkonvertiti f'mużew tal-folklor bl-istrumenti kollha tal-ħajja u tax-xogħol ta' kuljum.[1]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Vlkolínec ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[1]

Ara wkoll

immodifika

Sit ta' Wirt Dinji oħra simili:

Gallerija

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Vlkolínec". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-21.
  2. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old Village of Hollókő and its Surroundings". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-21.
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Holašovice Historic Village". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-21.
  4. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Church Town of Gammelstad, Luleå". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-21.