Liċenzja Creative Commons
Liċenzja Creative Commons (CC) hija waħda minn bosta liċenzji pubbliċi tad-drittijiet tal-awtur li jippermettu t-tqassim b'xejn ta' "xogħol" li seta kien restritt bi drittijiet tal-awtur.[a] Liċenzja CC tintuża meta awtur jkun jrid jagħti lil nies oħra d-dritt li jaqsmu, jużaw, u jibnu fuq xogħol li jkun ħoloq l-awtur. CC jipprovdi flessibbiltà lil awtur (pereżempju, jistgħu jagħżlu li jippermettu biss użi mhux kummerċjali ta' xogħol partikolari) u jipproteġi lin-nies li jużaw jew iqassmu ix-xogħol ta' awtur minn inkwiet ta' ksur tad-drittijiet tal-awtur (sakemm jirrispettaw il-kundizzjonijiet li huma speċifikati fil-liċenzja).[1][2][3]
Hemm diversi tipi ta' liċenzji Creative Commons. Kull liċenzja tvarja skont l-għażla ta' kundizzjonijiet possibbli li japplikaw għaliha. Il-liċenzji ħarġu fis-16 ta' Diċembru 2002 minn Creative Commons, korporazzjoni bla skop ta' qliegħ fundata fil-2001. Kien hemm ħames verżjonijiet ta' dawn il-liċenzji, bejn 1.0 u 4.0.[4] F'Novembru 2013, l-iktar verżjoni riċenti tal-liċenzji, il-veżjoni 4.0, ħarġet. Filwaqt li l-liċenzja Creative Commons kienet oriġinalment ibbażata fuq is-sistema legali Amerikana, daż-żmien hemm diversi portijiet ta' ġurisdizzjoni ta' Creative Commons li jakkomodaw liġijiet internazzjonali.
F'Ottubru tal-2014, l-Open Knowledge Foundation approvat il-liċenzji CC BY, CC BY-SA, u CC0 bħala konformanti mal-"Open Definition" għal kontenut u dejta.[5][6][7]
Storja
immodifikaLawrence Lessig u Eric Eldred iddisinjaw il-Liċenzja Creative Commons (CCL) fl-2001 minħabba li raw il-ħtieġa għal liċenzja li tkun bejn il-modi eżistenti tad-drittijiet tal-awtur u l-istatus tad-dominju pubbliku. Il-verżjoni 1.0 tal-liċenzji ġiet rilaxxata uffiċjalment fis-16 ta' Diċembru 2002.[8]
Oriġini
immodifikaIs-CCL tippermetti lill-inventuri li jżommu d-drittijiet għall-innovazzjonijiet tagħhom filwaqt li jippermetti wkoll użu relattivament ħieles tal-invenzjoni minn l-oħrajn.[9] Is-CCL ħarġet bħala reazzjoni għad-deċiżjoni f'Eldred v. Ashcroft fejn il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti ħarġet id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tal-Att dwar l-Estensjoni tat-Terminu tad-Drittijiet tal-Awtur li estendiet it-terminu tad-drittijiet tal-awtur għal 70 sena wara li jmut l-aħħar awtur li jibqa' ħaj.[9]
Porting tal-liċenzja
immodifikaIl-liċenzji Creative Commons oriġinali mhumiex lokalizzati u nkitbu fil-kuntest tas-sistema legali tal-Istati Uniti; għalhekk il-kliem jista' jkun inkompatibbli mal-leġiżlazzjoni lokali f'ġurisdizzjonijiet oħra, u b'hekk il-liċenzji ma jistgħux jiġu infurzati hemm. Biex tindirizza din il-kwistjoni, Creative Commons talbet lill-affiljati tagħha biex jittraduċu d-diversi liċenzji biex jirriflettu l-liġijiet lokali fi proċess imsejjaħ "porting".[10] Minn Lulju 2011, il-liċenzji Creative Commons ġew trasferiti għal aktar minn 50 ġurisdizzjoni madwar id-dinja.[11]
Tipi ta' liċenzji
immodifikaErbgħa drittijiet
immodifikaIl-liċenzji CC kollha jagħtu "drittijiet bażi", bħad-dritt li tqassam ix-xogħol tal-awtur madwar id-dinja għal skopijiet mhux kummerċjali u mingħajr modifika.[12] Barra minn hekk, verżjonijiet differenti tal-liċenzja jippreskrivu drittijiet differenti, kif muri f'din it-tabella:[13]
Ara ukoll
immodifikaNoti
immodifika- ^ "Xogħol" huwa kwalinkwa materjal kreattive magħmul minn persuna. Pittura, grafika, ktieb, diska u lirika, jew ritratt ta' kważi kull ħaġa huma kollha eżempji ta' "xogħolijiet".
Referenzi
immodifika- ^ "What are Creative Commons licenses?". Wageningen University & Research.
- ^ "Creative Commons". University of Michigan Library. 2023-01-25.
- ^ "The Creative Commons licenses". UNESCO.
- ^ "License Versions".
- ^ "Conformant Licenses". opendefinition.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-March 1, 2016. Miġbur January 25, 2023. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt:
|website=
u|archive-url=
(għajnuna) - ^ "Creative Commons 4.0 BY and BY-SA licenses approved conformant with the Open Definition". Creative Commons. 2013-12-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2023-01-25. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt:
|1=
u|website=
(għajnuna) - ^ "Open Definition 2.1". opendefinition.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-January 27, 2017. Miġbur January 25, 2023.
- ^ "Creative Commons Unveils Machine-Readable Copyright Licenses". 2002-12-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-December 22, 2002.
- ^ a b "1.1 The Story of Creative Commons | Creative Commons Certificate for Educators, Academic Librarians and GLAM". certificates.creativecommons.org. Miġbur 2021-04-28.
- ^ Murray, Laura J. (2014). Putting intellectual property in its place : rights discourses, creative labor, and the everyday. Oxford. ISBN 978-0-19-933626-5. OCLC 844373100.
- ^ "Worldwide". Creative Commons. Archived from the original on October 15, 2008.
- ^ "Baseline Rights". Creative Commons. June 12, 2008. Arkivjat mill-orġinal fl-February 8, 2010. Miġbur February 22, 2010.
- ^ "Frequently Asked Questions". Creative Commons. Creative Commons Corporation. 28 August 2020. Miġbur 26 November 2020.