Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Ażerbajġan
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Ażerbajġan irratifika l-Konvenzjoni fis-16 ta' Diċembru 1993.[3]
B'kollox, l-Ażerbajġan għandu ħames Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, erba' kulturali u wieħed naturali (kondiviż mal-Iran). L-ewwel sit li tniżżel fil-lista kien dak tal-Belt Iffortifikata ta' Baku bil-Palazz tax-Shirvanshah u t-Torri tax-Xebba fis-sena 2000.[4] Minħabba l-ħsara mġarrba fit-terremot ta' Baku fl-istess sena, is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji fil-periklu mill-2003 sal-2009.[5] Il-Pajsaġġ Kulturali tat-Tinqix fuq il-Blat f'Gobustan tniżżel fl-2007.[6] Fl-2013 dawn iż-żewġ siti ngħataw status ta' protezzjoni msaħħa mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali f'Każ ta' Kunflitt Armat. L-iżjed sit reċenti li tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji kien dak taċ-Ċentru Storiku ta' Sheki bil-Palazz tal-Khan fl-2019.[7]
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[8]
Sit | Ritratt | Post (distrett) | Sena tad-deżinjazzjoni | Kriterji tal-għażla | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|
Il-Belt Iffortifikata ta' Baku bil-Palazz tax-Shirvanshah u t-Torri tax-Xebba | Baku | 2000 | iv (kulturali) | Il-kumpless urban tal-Belt Iffortifikata ta' Baku joħroġ fid-dieher l-influwenzi ta' diversi kulturi li kienu preżenti fl-inħawi tul l-istorja: iż-Żoroastrijani, is-Sassanidi, l-Għarab, il-Persjani, ix-Shirvani, l-Ottomani u r-Russi. Is-swar difensivi jmorru lura għas-seklu 12, flimkien mat-Torri tax-Xebba, li nbena fuq strutturi iktar bikrin li jmorru lura għas-sekli 7 u 6 Q.K. Il-Palazz tax-Shirvanshah inbena fis-seklu 15. Fl-2003 is-sit kollu tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji fil-periklu minħabba l-ħsara li ġarrab fit-terremot ta; Baku tas-sena 2000, kif ukoll minħabba n-nuqqas ta' politiki ta' konservazzjoni, l-isforzi dubjużi ta' restawr, u l-pressjoni tal-iżvilupp urban. Wara li sar titjib fil-ġestjoni u l-preservazzjoni tas-sit, is-sit tneħħa mil-lista tas-siti fil-periklu fl-2009.[4] | |
Il-Pajsaġġ Kulturali tat-Tinqix fuq il-Blat f'Gobustan | Distrett ta' Garadagh u d-Distrett ta' Absheron | 2007 | iii (kulturali) | It-tinqix fuq il-blat u l-ġebel f'Gobustan jixhdu l-preżenza umana fl-inħawi fuq perjodu ta' 40,000 sena. Hemm iktar minn 6,000 tinqix fuq il-blat b'figuri umani, pjanti, annimali kif ukoll xeni tal-kaċċa u tas-sajd. Fil-perjodu wara l-Aħħar Massimu Glaċjali, il-klima u l-veġetazzjoni tal-inħawi kienu iktar sħan u kellhom iktar xita mil-lum il-ġurnata. Minbarra t-tinqix fuq il-blat, instabu wkoll il-fdalijiet ta' insedjamenti u ta' siti funebri.[6] | |
Iċ-Ċentru Storiku ta' Sheki bil-Palazz tal-Khan | Sheki | 2019 | ii, v (kulturali) | Il-belt ta' Sheki (jew Shaki) tinsab fil-muntanji tal-Kawkasi l-Kbar u kienet belt importanti tul it-toroq tal-ħarir fil-Kawkasi. Iċ-ċentru storiku jmur lura għas-seklu 18, u nbena wara li r-raħal preċedenti nqered bl-għargħar u bit-tajn. Id-djar tradizzjonali għandhom soqfa forfċi għoljin. Il-belt saret sinjura bis-saħħa tat-tnissil tad-dud tal-ħarir u l-kummerċ tagħhom fl-aħħar tas-seklu 18 u fis-seklu 19. Il-ġid huwa rifless fil-Palazz tal-Khan u fid-djar tal-merkanti.[7] | |
Pajsaġġ Kulturali ta' Khinalig u r-Rotta tat-Transumanza ta' "Köç Yolu" | Distrett ta' Quba | 2020 | iii, v (kulturali) | Khinalig huwa villaġġ li jinsab fil-muntanji tar-reġjun il-kbir tal-Kawkasu, f'elevazzjoni ta' 2,300 metru (7,500 pied). Ilu abitat minn Żmien il-Bronż. In-nies fl-inħawi jitkellmu l-lingwa tagħhom u għandhom it-tradizzjonijiet kulturali uniċi tagħhom stess. Kull sena, in-nies lokali jużaw r-rotta tat-transumanza ta' Köç Yolu biex jirgħu l-bhejjem tagħhom bejn ix-xitwa u s-sajf. Din ir-rotta fiha bosta siti għall-kampeġġ, moskej u mawżolej.[9] | |
Foresti Irkanjani* | Provinċji ta' Golestan, Mazandaran u Gilan, l-Iran u l-Ażerbajġan | 2019 | ix (naturali) |
[10] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2023-04-12.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2023-04-12.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Azerbaijan - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-12.
- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Walled City of Baku with the Shirvanshah's Palace and Maiden Tower". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-12.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "World Heritage Committee removes Baku from Danger List welcoming improvements in the ancient city´s preservation". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-12.
- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Gobustan Rock Art Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-12.
- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Sheki with the Khan’s Palace". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-12.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-04-12.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cultural Landscape of Khinalig People and “Köç Yolu” Transhumance Route". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Hyrcanian Forests". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-13.