Għarab
L-Għarab (Għarbi: العرب) huma grupp etniku mifrux fil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq. L-Għarbi hija waħda mil-lingwi Semitiċi, li hija wkoll l-isem tal-familja etnika li jappartjenu għaliha.
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Min huwa Għarbi?
immodifikaHemm tliet punti li jgħidu jekk xi ħadd għandux jitqies Għarbi jew le:
- Politiċi: jekk jgħixux f'pajjiż li hu membru tal-Lega Għarbija (jew id-Dinja Għarbija); din id-definizzjoni tkopri aktar minn 450 miljun ruħ.
- Lingwistika: jekk il-lingwa ewlenija tagħhom hijiex l-Għarbi; din id-definizzjoni tkopri aktar minn 423 miljun ruħ.
- Ġenealoġiku: jekk jistgħux jintraċċaw l-antenati tagħhom lura għan-nies li għexu l-ewwel fil-Peniżola Għarbija.
Il-minoranzi huma l-Kurdi f'xi pajjiżi Għarab. Il-poplu Kurd ħafna drabi jitqies bħala Għarbi, iżda huma grupp etniku Iraniku bil-lingwa u l-kultura Kurda tagħhom stess. L-istess jgħodd għall-Berberi u l-Bedouini.
Hemm ħafna nies li jistgħu jissejħu Għarab minn dawn il-punti, iżda li ma jaħsbux lilhom infushom bħala Għarab. Eżempji jinkludu l-Eġizzjani moderni (Kottiċi) u s-Sirjaċi (Aramajk/Assirjani). Għalkemm jgħixu f'pajjiżi bħas-Sirja jew l-Eġittu li huma parti mil-Lega Għarbija u jitkellmu l-lingwa uffiċjali-Għarbija, huma gruppi kulturali differenti. Għandhom il-lingwi tagħhom stess,] il-kultura, l-identità u l-knejjes, bħall-Knisja Kopta u l-knejjes Kattoliċi u Ortodossi tas-Sirja. Anke jekk ħafna assimilaw mas-soċjetà Għarbija, għandhom il-wirt tagħhom stess li jkopri 3,000 sena.
Il-Maltin, minkejja li jitkellmu lingwa Semitika li ġeja minn djalett Għarbi, kważi qatt ma jitqiesu bħala Għarab jew parti mid-dinja Għarbija, iżda grupp etniku għalihom infushom. L-istess jgħodd għat-Torok u l-Iranjani (Persjani).