Staka Skenderova
Staka Skenderova (1831-26 ta' Mejju 1891) kienet għalliema Bosnijaka, ħaddiema soċjali, kittieba u folklorista.[1] Hija stabbiliet l-ewwel skola għal-bniet f'’Sarajevo fid-19 ta’ Ottubru 1858.[2] Is-sena ta' wara, hija saret l-ewwel awtur mara ppubblikata fil-Bosnja moderna.
Staka Skenderova | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Sarajevo, 1828 |
Nazzjonalità |
Imperu Ottoman Awstrija-Ungerija |
Mewt | Sarajevo, 26 Mejju 1891 |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Serb |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb poeta għalliem edukatur tal-adulti |
Ħajja
immodifikaSkenderova twieldet fl-1831 f'Sarajevo lil ġenituri immigranti mill-belt Serba Prijepolje . Ħuha anzjan kien ħajjat għall-Armata tal-Ottomani. Skenderova tgħallmet il-lingwa Torka minn età żgħira u għallmet lilha nnifisha tikteb.
Skenderova, bil-permess tal-awtoritajiet Ottomani, fetħet l-ewwel skola tal-bniet f'Sarajevo fl-1858. Kienet ukoll l-ewwel għalliema mara fil-Bosnja-Ħerzeġovina.
Eventwalment Skenderova ddeċidiet li ssir soru. Peress li l-Bożnija ma kellhiex monasteru għan-nisa Serbi-Ortodossi, hija ġiet ordnata bħala soru Ortodossa tal-Lvant f'Ġerusalemm fl-1870.[3]
Mewt
immodifikaSkenderova mietet f'Mejju tal-1891 meta karozzin miġbud minn żwiemel saq dritt qalb folla fil-belt ta' Ilidža. Skenderova kienet fil-folla u kienet midruba b'mod gravi.[4] Hija għamlet xi żmief fil-kura ta' ħabiba tagħha li kien jisimha Miss Irby, iżda mietet ftit wara. Irby organizzat il-funeral fejn Skenderova kienet midfuna f'Sarajevo.
Xogħlijiet
immodifika- Ljetopis Bosne, 1825–1856 ("Il-Kronika tal-Bosnija, 1825-1856", 1859)
Referenzi
immodifika- ^ Pokop.ba. "Sveti Arhangeli Georgije i Gavrilo" (in Bosnian). Retrieved 2019-07-12.
- ^ Žene iz priča i legendi BiH - Staka Skenderova". Federalna. 11 May 2014. Retrieved 11 September 2014.
- ^ Staka Skenderova". BH Leksikon. Retrieved 11 September 2014.
- ^ Starogradski haberi 9 - Općina Stari Grad Sarajevo; page 17" (PDF). Stari Grad. 3 March 2011. Retrieved 11 September 2014.