Bożnija u Ħerżegovina

Il-Bożnija u Ħerżegovina (Bożnijakk, Kroat u Serb: Bosna i Hercegovina, Serb Ċirilliku: Босна и Херцеговина), xi kultant imsejjaħa Bożnjia-Ħerzegovina jew sempliċiment Bożnija, huwa pajjiż fix-Xlokk tal-Ewropa, fuq il-Peniżola tal-Balkani. Il-belt kapital tagħha u l-akbar belt hija Sarajevo. Il-pajjiż imiss mal-Kroazja fit-Tramuntana, il-Punent u n-Nofsinhar, is-Serbja lejn il-Lvant, u Montenegro għall-Lbiċ. Il-Bożnija u Ħerzegovina hija kważi mdawwra bl-art, ħlief għall-20 kilometru (12-il mil) tal-kosta fuq il-Baħar Adrijatiku madwar il-belt ta' Neum. Fl-intern ċentrali u tan-Nofsinhar il-ġeografija tal-pajjiż hija muntanjuża, fil-Majjistral mhux muntanjuża ħafna waqt li fil-Grigal l-art kważi kollha ċatta. Il-ġewwieni li hu l-akbar reġjun ġeografikamentu għandu klima kontinentali moderata, bejn sjuf sħan u xtiewi kesħin u bis-silġ. Il-ponta tan-Nofsinhar tal-pajjiż għandha klima Mediterranja u t-topografija sempliċi.

Bożnija u Ħerżegovina
Bosna i Hercegovina
Bożnija u Ħerżegovina Bosna i Hercegovina – Bandiera Bożnija u Ħerżegovina Bosna i Hercegovina – Emblema
Innu nazzjonali: Državna himna Bosne i Hercegovine
L-Innu Nazzjonali tal-Bożnija u Ħerżegovina)
Europe-Bosnia and Herzegovina.svg
Il-Bożnija u Ħerżegovina hija mmarkata bl-aħdar
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Sarajevo
43°52′N 18°25′E / 43.867°N 18.417°E / 43.867; 18.417
Lingwi uffiċjali Bosnijaċi
Kroat
Serb
Gruppi etniċi  Bosnijaċi,
37.1% Serbjani,
14.3% Kroati,
0.6% oħrajn
Gvern Federali Repubblika demokratika
 -  Rappreżentant Għoli Valentin Inzko
 -  Membri tal-Presidenza Nebojša Radmanović
 -  Prim Ministru Vjekoslav Bevanda
Indipendenza
 -  Imsemmi l-ewwel 950/753 
 -  Banate tal-Bożnja 1154 
 -  Renju tal-Bożnja 1377 
 -  Indipendenza mitlufa 1463 
 -  rewwixta Bosnijaċa 1831 
 -  Ġurisdizzjoni trasferiti lill-Imperu Austro-Ungeriż 1878 
 -  Annessjoni tal-Bożnja mill-Imperu Austro-Ungeriż 1908 
 -  Jum Nazzjonali 25 ta' Novembru, 1943 
 -  Jum l-Indipendenza (mir-RSF Jugożlavja) 1 ta' Marzu, 1992 
 -  Osservata 6 ta' April, 1992 
Erja
 -  Total 51 197 km2 (127)
19 741 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 0.02
Popolazzjoni
 -  stima tal-2011 3,839,737 (128)
 -  ċensiment tal-1991 4,377,033 
 -  Densità 75/km2 (130)
194/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2011
 -  Total $31.638 biljun 
 -  Per capita $8,133 
PGD (nominali) stima tal-2011
 -  Total $17.965 biljun 
 -  Per capita $4,618 
IŻU (2011) 0.733 (għoli) (74)
Valuta Marka Konvertibbli (BAM)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Kodiċi telefoniku 387
TLD tal-internet .ba
Mhux membru tal-gvern; ir-Rappreżentant Għoli huwa sorveljant ċivili internazzjonali tal-Ftehim ta' paċi ta' Dayton bl-awtorità li jiċħad uffiċjali eletti u mhux eletti u jippromulgaw leġiżlazzjoni.

2016 - applikazzjoni għal sħubija fl-UEImmodifika

L-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għas-sħubija fl-UE ġiet ippreżentata fil-15 ta' Frar 2016.

Il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni seħħet wara l-Kunsill Affarijiet Ġenerali f'Diċembru 2015, fejn il-ministri evalwaw il-proċess tat-tkabbir. Huma adottaw konklużjonijiet dwar il-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, li jkopru l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Kosovo.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għal sħubija fl-UE fl-20 ta' Settembru 2016.

Fit-18 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Affarijiet Ġenerali adotta konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni, li jkopru l-Bożnija-Ħerzegovina.

Fl-20 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet.

F'konformità mal-proċedura ta' adeżjoni stabbilita fit-trattat tal-UE, il-ministri talbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni. Jekk l-opinjoni tkun pożittiva, il-Kunsill Ewropew jista' jiddeċiedi li jagħti lill-Bożnija-Ħerzegovina status ta' kandidat.

ReferenziImmodifika