Knejjes tal-Injam ta' Maramureș

Sit ta' Wirt Dinji fir-Rumanija

Il-Knejjes tal-Injam ta' Maramureș fir-reġjun ta' Maramureș fit-Tramuntana tat-Transilvanja huma grupp ta' kważi mitt knisja Ortodossa, u okkażjonalment uħud Kattoliċi-Griegi, b'soluzzjonijiet arkitettoniċi differenti minn perjodi u nħawi differenti. Il-knejjes ta' Maramureș huma kostruzzjonijiet għoljin tal-injam b'torrijiet tal-kampnari karatteristiċi twal u rqaq fin-naħa tal-Punent tal-binjiet. Huma espressjoni vernakolari partikolari tal-pajsaġġ kulturali ta' din iż-żona muntanjuża tat-Tramuntana tar-Rumanija.

Il-Knisja tal-Preżentazzjoni tal-Madonna fit-Tempju, f'Bârsana.

Maramureș hija waħda mir-reġjuni magħrufa l-iktar fir-Rumanija, bi tradizzjonijiet awtonomi minn żmien il-Medju Evu. Il-villaġġi u l-knejjes tal-injam ippreservati sew tagħha, l-istil ta' ħajja tradizzjonali tagħha, u l-ilbies ikkulurit lokali li għadu jintuża jwasslu biex Maramureș jitqies bħala mużew ħaj Ewropew.

Il-knejjes tal-injam tar-reġjun li għadhom jeżistu nbnew mill-bidu tas-seklu 17 sas-seklu 19. Uħud inbnew fl-istess post ta' knejjes iktar antiki. Dawn kienu r-rispons għall-projbizzjoni kontra l-bini ta' knejjes Ortodossi tal-ġebel mill-awtoritajiet Kattoliċi Awstrijakki-Ungeriżi. Il-knejjes huma magħmula minn zkuk ħoxnin, uħud huma pjuttost żgħar u mudlama fuq ġewwa iżda bosta minnhom għandhom daqs impressjonanti. Il-knejjes huma mpittrin b'xeni Bibbliċi pjuttost "inġenwi", il-biċċa l-kbira minn pitturi lokali. L-iżjed karatteristiċi partikolari huma t-torri twil quddiem id-daħla u s-saqaf enormi li donnu jċekken il-korp prinċipali tal-knisja.

Tmien knejjes tal-injam tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1999, għat-tradizzjonijiet arkitettoniċi reliġjużi u tal-injam tagħhom. Dawn huma: Bârsana, Budești, Desești, Ieud, Plopiș, Poienile Izei, Rogoz u Șurdești.

Deskrizzjoni

immodifika
 
Mappa tal-knejjes tal-injam inklużi fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Ir-reġjun storiku Rumen ta' Maramureș, maqsum bejn ir-Rumanija u r-Rutenja tas-Sub-Karpazji wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, huwa wieħed mill-postijiet fejn il-kostruzzjoni tradizzjonali bl-injam ma twaqqfitx u fejn jeżisti wirt rikk tal-kostruzzjonijiet tal-injam. It-tradizzjoni tal-kostruzzjoni tal-knejjes tal-injam f'Maramureș ċentrali u tan-Nofsinhar tmur lura għall-bidu tas-seklu 16 sas-seklu 18. Peress li l-għarfien li ntuża għall-kostruzzjoni tal-knejjes lokali tal-injam iċċirkola madwar l-Ewropa, il-fehim tagħhom huwa ta' interess kbir 'il barra mir-reġjun.

F'Maramureș illum il-ġurnata għad hemm kważi 100 knisja tal-injam, madwar terz tat-total tagħhom żewġ sekli ilu. Apparti l-knejjes tal-injam eżistenti, sors kbir ta' għarfien ġie salvat permezz ta' għadd ta' mastrudaxxi esperti li għadhom jaħdmu, li għandhom l-għarfien u l-ħiliet rilevanti fil-lavur tradizzjonali tal-injam.

Mill-Medju Evu sas-seklu 18, il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza għall-kostruzzjoni ta' bosta strutturi kbar tal-injam u ta' ħitan issiġillati sew, kif ukoll rigward il-ġonturi f'xulxin mingħajr l-użu ta' msiemer jew kolla, kienu xi ħaġa straordinarja. L-artiġjani minn Maramureș li kienu kapaċi jagħmlu dan ix-xogħol ma kinux sempliċi raħħala iżda mastrudaxxi speċjalizzati tal-knejjes li wirtu u żammew dan l-għarfien avvanzat biex b'mod esklużiv jibnu binjiet reliġjużi għall-qima.

Billi t-tradizzjoni lokali li jinbnew il-knejjes kienet tiddependi fuq dawk li kienu jibnuhom u jużawhom, huwa fundamentali li jiġu identifikati l-bennejja u l-fundaturi lokali. Id-distinzjoni mċajpra bikrija bejniethom għamlitha diffiċli li jiġu distinti r-rwoli separati fit-tiswir tal-knejjes tal-injam.

 
Il-portal tal-Knisja ta' Sârbi Susani (1639).

Il-knejjes tal-injam eżistenti ta' Maramureș jiżvelaw l-eżistenza matul is-sekli 17 u 18 ta' mill-inqas żewġ skejjel prinċipali ta' familji ta' mastrudaxxi tal-knejjes. Barra minn hekk, hemm tliet itinerarji prinċipali distingwibbli u bosta iżgħar, li jindikaw ix-xogħol ta' wħud mill-iżjed mastrudaxxi importanti tal-knejjes li kienu attivi fir-reġjun u f'xi każijiet anke t-tranżizzjonijiet li kien hemm fost il-ġenerazzjonijiet differenti. Inġenerali, il-mastrudaxxi tal-knejjes kienu jirrappreżentaw prestazzjoni teknika mill-aqwa, kwalità għolja tal-lavur fl-injam u rfinar artistiku.

Fuq perspettiva twila ta' żmien, il-ħallieqa reali tal-knejjes tal-injam lokali fil-fatt kienu l-fundaturi li kkummissjonawhom. Ir-rwol tal-fundaturi nobbli tar-rit Kristjan tal-Lvant kien speċjalment deċiżiv fit-tiswir tal-karattru reġjonali tal-knejjes tal-injam lokali. Il-knejjes tal-injam ta' Maramureș jirriflettu mill-qrib is-soċjetà lokali tas-sidien tal-art rurali mudesti, li tul is-sekli kienu nobbli Kristjani tal-Lvant jew tal-Punent.

 
Il-kumpless monastiku ta' Bârsana.

Il-knejjes tal-injam ta' Maramureș jistgħu jitqabblu ma' diversi opri simili madwar l-Ewropa. Id-distinzjoni lokali li ssir bejn il-kompartimenti sagri u dawk li mhumiex kienet karatteristika ta' bosta reġjuni rurali oħra fil-kontinent Ewropew.

Il-pubblikazzjoni f'ġurnal tal-1866 ta' diversi tpinġijiet li jirrappreżentaw il-knisja tal-injam ta' Seini, li tinsab fil-Kontea ta' Szatmár, qajmet interess fl-Ewropa kollha, u tqabblet mal-knejjes tal-injam diġà famużi fin-Norveġja.[1]

Il-kostruzzjoni tal-knejjes tal-injam reġgħet qabdet ġmielha wara r-Rivoluzzjoni Rumena tal-1989, u b'hekk hemm knejjes ġodda mibnija bi stil tradizzjonali.

Knejjes tal-injam

immodifika

Il-lista li ġejja telenka l-knejjes tal-injam eżistenti b'tipa grassa kif ukoll xi knejjes oħra li għebu. Għal dawk li issa jinsabu fl-Ukrajna, jingħataw l-ismijiet tal-villaġġi Ukreni bir-Rumen u bl-Ungeriż f'parenteżi. Bir-Rumen, Susani tfisser "abitanti li jgħixu fl-għoli" u Josani "abitanti li ma jgħixux fl-għoli". B'hekk l-ismijiet jagħmlu distinzjoni wkoll bejn il-knejjes differenti li jaf jeżistu fil-villaġġi daqsxejn ikbar.

  • Il-wied ta' Cosău
    • Budești Susani
    • Budești Josani (komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO)
    • Călinești Căeni
    • Călinești Susani
    • Cornești
    • Ferești
    • Sârbi Susani
    • Sârbi Josani
  • Il-wied ta' Iza
    • Mănăstirea Bârsana (komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO)
    • Botiza
    • Il-knisja antika ta' Botiza
    • Cuhea (attwalment Bogdan Vodă)
    • Dragomirești
    • Glod
    • Ieud Deal (komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO)
    • Ieud Șes
    • Nănești
    • Oncești
    • Poienile Izei (komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO)
    • Rozavlea
    • Săliștea de Sus, Nistorești
    • Săliștea de Sus, Buleni
    • Șieu
    • Slătioara
    • Strâmtura
    • Valea Stejarului
  • Il-wied ta' Lăpuș
    • Rogoz (komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO)
  • Il-wied ta' Mara
    • Berbești
    • Breb
    • Desești (komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO)
    • Hărnicești
    • Hoteni
    • Mănăstirea
    • Sat Șugătag
  • Il-wied ta' Vișeu
    • Borșa din Jos
    • Crăciunești
    • Moisei Josani
    • Mănăstirea Moisei
    • Moisei Susani
    • Poienile de sub Munte
    • Repedea
    • Rona de Jos
    • Văleni
  • In-naħa Ukrena
    • Apșița (bl-Ukren: Voditsa, bl-Ungeriż: Felso-Apsa-Apsicza)
    • Apșa de Mijloc, Susani (bl-Ukren: Sredneye Vodyanoye, bl-Ungeriż: Kozep Apsa)
    • Apșa de Mijloc, Josani
    • Apșa din Jos, Părău (bl-Ukren: Nyzhnia Apsha/Dibrova, bl-Ungeriż: Also-Apsa)
    • Danylovo (bir-Rumen: Dănilești, bl-Ungeriż: Sofalva)
    • Dulovo (bir-Rumen: Duleni, bl-Ungeriż: Dulfalva)
    • Ganychi (bir-Rumen: Gănești, bl-Ungeriż: Ganya)
    • Poiana Cobâlea (bl-Ukren: Kobyletska Poliana, bl-Ungeriż: Gyergyanliget)
    • Kolodne (bir-Rumen u bl-Ungeriż: Darva)
    • Krainykovo (bir-Rumen: Crăinicești, li qabel kienet Steblivka fl-1919-1938 u fl-1945-1946, bl-Ungeriż: Mihalka)
    • Neresnytsia (bir-Rumen: Nereșnița, bl-Ungeriż: Neresznicze)
    • Nyzhnie Selyshche (bir-Rumen: Săliștea de Jos, bl-Ungeriż: Szelistye)
    • Olexandrivka (bir-Rumen: Sândreni, bl-Ungeriż: Sandorfalva)
    • Ruska Pole I (bir-Rumen: Domneștii Mari, bl-Ungeriż: Urmezo)
    • Ruska Pole II (bir-Rumen: Domneștii Mici)
    • Sokyrnytsya (bir-Rumen: Săclânța, bl-Ungeriż: Szeklencze)
    • Steblivka (bir-Rumen: Duboșari, bl-Ungeriż: Szaldobos)
    • Ternovo (bir-Rumen: Târnova, bl-Ungeriż: Kokenyes)

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Il-Knejjes tal-Injam ta' Maramureș ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1999.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[2]

Gallerija

immodifika

Ara wkoll

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ Baboș, Alexandru (2004). Tracing a Sacred Building Tradition. Wooden Churches, Carpenters and Founders in Maramureș until the Turn of the 18th Century (Thesis). Lund University. p. 12.
  2. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Wooden Churches of Maramureş". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-14.