Ir-Russi fl-Estonja
Fl-Estonja huwa stmat li hemm mal-315,000 Russu etniku, li ħafna minnhom jgħixu fil-belt kapitali Tallinn jew fl-ibliet l-oħra fil-provinċji ta' Harju u Ida-Viru . Għalkemm fil-kosta tal-Għadir Peipus hemm raħal żgħir li għandu l-fuq minn 300 sena u li huwa mgħammar mir-Russi tat-Twemmin Qadim, il-maġġoranza assoluta tal-popolazzjoni etnika Russa toriġina mill-immigrazzjoni mir-Russja u partijiet oħra tal-ex USSR waqt l-Okkupazzjoni Sovjetika tal-Estonja bejn l-1944–1991.
Kuntatti bikrija
immodifikaL-isem Estonjan għar-Russi huwa vene. Venelane ġej mill-kelma mislufa mill-Ġermaniku qadim veneð li jirreferi għall-Wends. Dawn kien jitkellmu b' ilsien Slav u għexu fil-kosta tan-nofsinhar tal-Baħar Baltiku . [1] [2]
It-truppi Kievan Rus tal-prinċep Yaroslav l-Għaref għelbu liċ-Ċuds Estonjani f’ ċa. 1030 u b' hekk inbniet il-forti ta' Yuryev (fejn illum hemm Tartu). [1] Din il-forti setet baqet teżisti hemm sa ċa. 1061, meta d-difensuri tal-forti ġew megħluba u mkeċċija mit-tribù ta’ Sosols . [4]
Minħabba r-rabtiet kummerċjali mill-qrib bejn ir-repubbliki ta' Novgorod u Pskov, xi kultant komunitajiet żgħar ta' negozjanti u nies tas-sengħa Ortodossi minn dawn l-istati ġirien kienu jibqgħu fl-ibliet medjevali Estonjani ta' Terra Mariana għal perjodi twal. Bejn l-1558 u l-1582, Ivan IV tar-Russja ( Tsardom of Russia ) ħataf partijiet kbar tal-Estonja kontinentali, iżda eventwalment it-truppi tiegħu tkeċċew mill-armati Svediżi u Litwani-Pollakki.
Is-seklu 17 sal-Estonja indipendenti
immodifikaIl-bidu tat-tgħammir kontinwu Russu f'dik li llum huwa l-Estonja jmur lura lejn l-aħħar tas-seklu 17 meta xi eluf Russi Ortodossi tal-Lvant tat-Twemmin Qadim, ħarbu mill-persekuzzjoni reliġjuża fir-Russja u stabbilixxew rwieħhom fl-inħawi ħdejn il-kosta fil-punent tal-Għadir Peipus, li dak iż-żmien kien jgħamel parti mill-Imperu Svediż. [6]
Wara r-rebħa tal-Imperu Russu fuq dak Svediż fil-Gwerra l-Kbira tat-Tramuntana (1700–1721) fis-seklu 18, it-tramuntana tar-reġjun Baltiku inkluż l-Estonja ġew maħkuma mill-Imperu Russu. [7] u b' hekk seħħ it-tieni perjodu t' immigrazzjoni mir-Russja. Għalkemm taħt il-liġi l-ġdida, is-setgħa fir-reġjun baqgħet primarjament f'idejn in-nobbli Baltiċi Ġermaniżi tal-post waqt li qajl qajl ir-Russi bdew jieħdu iktar mix-xogħol amministrattiv. Dawn ir-Russi bdew jgħammru f' Reval (Tallinn) u l-bliet il-kbar l-oħra.
Numru relattivament akbar ta' ħaddiema etniċi Russi ġarrew lejn Tallinn u Narva matul il-perjodu mgħaġġel ta' żvilupp industrijali fl-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20. Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, ir-Russi etniċi fl-istat indipendenti ġdid tal-Estonja kienu jgħamlu biss mas-7.3%. [8] Madwar nofshom kienu Russi etniċi indiġeni li kienu jgħixu fid-distrett Pechory ta' Petseri u fiż- fiż-żewġ żoni fil-lvant tax-xmara Narva ("Ingria Estonjana ") li kienu ġew miżjuda mat-territorju Estonjan skont it-Trattat ta' Paċi ta' Tartu tal-1920 u li iżda wara ġew mgħotija lill-SFSR Russu fl-1944 .
Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, l-Estonja saret stat indipendenti fejn ir-Russi etniċi stabbilixxew AwtoGvernijiet Kulturali skont il-Liġi Estonjana dwar l-Awtonomija Kulturali tal-1925. [9] L-istat kien tolleranti għall-Knisja Ortodossa Russa u anke kien ta' kenn għal ħafna immigranti Russi wara r-Rivoluzzjoni Russa tal-1917. [10]
It-Tieni Gwerra Dinjija u l-okkupazzjoni Sovjetika
immodifikaWara l- okkupazzjoni u l-hemża tal-istati Baltiċi mill-Unjoni Sovjetika fl-1940, [11] [12] issokta t-tgħakkis kemm tal-Estonjani etniċi kif ukoll tar-Russi etniċi. Skont Sergei Isakov, kważi s-soċjetajiet kollha, l-gazzetti u l-organizzazzjonijiet tar-Russi etniċi fl-Estonja ngħalqu fl-1940 u l-attivisti tagħhom ġew ippersegwitati. [13] Il-pajjiż baqa’ mhemuż mal-Unjoni Sovjetika sal-1991, ħlief għall-perjodu ta’ okkupazzjoni Ġermaniża Nażista bejn l-1941 u l-1944. Matul l-era ta' l-okkupazzjoni Sovjetika, il-gvern Sovjetiku żamm programm ta' tibdil ta' l-Estonjani tal-post m' immigranti mill-Unjoni Sovjetika. Matul il-ġarr vjolenti tal-popolazzjoni, eluf ta' ċittadini Estonjani ġew deportati lejn il-partijiet ġewwiena tar-Russja (l-aktar is-Siberja ), u għadd kbir ta' ċittadini Sovjetiċi li jitkellmu bir-Russu ġew imħeġġa joqogħdu fl-Estonja. Fil-kontej Ida-Viru u Harju, bliet bħal Paldiski, Sillamäe, u Narva ġew etnikament mnaddfa u l-popolazzjoni Estonjana tal-post ġiet totalment mibdula ma' dik kolonjalista Russa. Għalhekk, il-popolazzjoni Russa fl-Estonja kibret minn madwar 23,000 ruħ fl-1945 għal 475,000 fl-1991, filwaqt li l-popolazzjoni li titkellem bir-Russu kibret għal 551,000. Fl-aqwa tagħha, din kienet tagħmel 35% tal-popolazzjoni totali. [14]
Fl-1939 ir-Russi etniċi kienu jinkludu biss 8% tal-popolazzjoni; madankollu, wara l-hemża ta' madwar 2,000 kilometru kwadrat (772 mili kwadrati) t' art, inkluż Ivangorod (li dak iż-żmien kien ir-rabat tal-Lvant ta' Narva) u l-Kontea ta' Petseri, mill-SFSR Russu f'Jannar 1945, l-Estonja tilfet il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni etnika Russa ta' bejn il-gwerrer. Mill-20,000 Russu stmat li kien fadal fl-Estonja, il-maġġoranza kienu jappartjenu għall-komunità qadima tat-Twemmin il-Qadim . [15]
Il-biċċa l-kbira tar-Russi tal-lum fl-Estonja però huma mmigranti riċenti u d-dixxendenti tagħhom li stabbilixxew ruħhom matul l-okkupazzjoni Sovjetika ta' bejn l-1945 u l-1991. Wara li l-Unjoni Sovjetika okkupat u hemżet l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja fl-1940, l-awtoritajiet Stalinisti għakksu ħafna mill-attivisti prominenti Russi etniċi u emigranti Bojod fl-Estonja. [16] Bejn l-1940–1941, ħafna Russi ġew arrestati u mgħotija għall-mewt minn tribunali tal-gwerra Sovjetiċi differenti. [17] Wara li l-Ġermanja attakkat l-Unjoni Sovjetika fl-1941, l-Istati Baltiċi malajr waqgħu taħt il-kontroll Ġermaniż. Ħafna Russi rtiraw, speċjalment dawk membri tal-partit Komunista li kienu daħlu l-Estonja matul l-ewwel okkupazzjoni u hemża. Dawk li waqgħu f' idejn il-Ġermaniżi ġew ittrattati bi ħruxija liema bħala u ħafna minnhom spiċċaw ġew mgħotija għall-mewt.
Wara l-gwerra fil-biċċa l-kbira l-abitanti ta' Narva ma tħallewx jirritornaw lura u ġew mibdula minn refuġjati u ħaddiema mobilizzati amministrattivament, l-aktar fost dawk Russi, kif ukoll minn immigranti minn partijiet oħra tal-Unjoni Sovjetika. [18] Fl-1989, ir-Russi etniċi kienu jiffurmaw 30.3% tal-popolazzjoni fl-Estonja. [19]
Matul ir-Rivoluzzjoni Kantata, il-moviment tal-indipendenza kien mgħejjun mill-Intermovement, il-Moviment Internazzjonali tal-Ħaddiema tal-ESSR, li organizza r-reżistenza Russa lokali u pprova jirrappreżenta r-Russi etniċi u dawk li jitkellmu bir-Russu fl-Estonja. [20]
Fl-Estonja wara il-kisba mill-ġdid tal-indipendenza (1991-preżent)
immodifikaIllum il-biċċa l-kbira tar-Russi jgħixu f'Tallinn u fl-ibliet ewlenin tal-grigal ta' Narva, Kohtla-Järve, Jõhvi, u Sillamäe . Iż-żoni rurali huma popolati kważi kompletament minn Estonjani etniċi, ħlief għall-kosta tal-Għadir Peipus, li għandha storja twila ta' komunitajiet tat-Twemmin Qadim. Fl-2011, il-professur tas-soċjoloġija tal-Università ta' Tartu Marju Lauristin sab li 21% tar-Russi ġew integrati b'suċċess, filwaqt li 28% wrew integrazzjoni parzjali u 51% ma kienux integrati jew integrati ftit li xejn. [21]
Il-gvern Estonjan qiegħed jgħamel l-għalmu tiegħu sabiex itejjeb ir-rabta tiegħu mal-komunità Russa. Per eżempju, l-eks Prim Ministru Jüri Ratas tgħallem ir-Russu biex ikun jista' jikkomunika aħjar mar-Russi, [2] filwaqt li l-eks President Kersti Kaljulaid hija saħansitra meqjusa bħala difensur tal-interessi tal-minoranza li titkellem bir-Russu, speċjalment wara li marret tgħix f’Narva sabiex “tifhem aħjar in-nies u l-problemi tagħhom”. [3] Il-ġenerazzjoni żagħżugħa hija iktar integrata mal-bqija tal-pajjiż minnħabba l-lieva u t-titjib ta' ħiliethom fl-ilsien Estonjan. [2]
Ċittadinanza
immodifikaMeta r-repubblika reġgħet ġiet rrestawrata, iċ-ċittadinanza ġiet mgħotija biss liċ-ċittadini ta' qabel l-okkupazzjoni Russa jew id-dixxendenti tat-tali (inklużi r-Russi, bħall-abitanti tal-kosta tal-Għadir Peipus u l-10,000 resident tal-Provinċja ta' Petseri) [24], minnflok liċ-ċittadini Sovjetiċi kollha li kienu residenti fl-Estonja. Sabiex in-nies jiġu naturalizzati, l-Att dwar iċ-Ċittadinanza jipprovdi r-rekwiżiti li ġejjin għan-naturalizzazzjoni ta’ dawk in-nies li kienu waslu fil-pajjiż wara l-1940. [25] Il-maġġor parti ta' dawn in-nies kienu Russi etniċi. Ir-rekwiżiti mitluba għan-naturalizzazzjoni huma: għarfien tal-ilsien Estonjan, għarfien tal-Kostituzzjoni Estonjana u wegħda ta’ lealtà lejn l-Estonja. [26] Il-gvern joffri wkoll korsijiet b' xejn ta’ tħejjija għall-eżami dwar il-Kostituzzjoni u l-Att dwar iċ-Ċittadinanza, u saħansitra jirrifondi sa 380 ewro għall-istudji tal-lingwa. [27]
Skont il-liġi, ir-residenti mingħajr ċittadinanza ma jistgħux jipparteċipaw fl-elezzjonijiet tar-Riigikogu (il-parlament nazzjonali) jew fl-elezzjonijiet tal-Parliament Ewropew. Jistgħu però jivvutaw fl-elezzjonijiet muniċipali. Mit-2 ta' Lulju 2010, 84.1% tar-residenti Estonjani kienu ċittadini Estonjani, 8.6% kienu ċittadini minn pajjiżi oħra (l-aktar mir-Russja) u 7.3% persuni li ma kienx hemm għarfien dwar l-istat taċ-ċittadinanza tagħhom.
Bejn l-1992 u l-2007 madwar 147,000 persuna kisbu ċ-ċittadinanza Estonjana jew Russa, jew ħallew il-pajjiż. B' hekk il-proporzjon ta’ residenti mingħajr stat niżel minn 32% għal madwar 8%. [28] Skont ir-rapport tal-2015 t' Amnesty International, madwar 6.8 % tal-popolazzjoni Estonjana m' humiex ċittadini tal-pajjiż. [4]
Fl-aħħar tal-2014 ġiet proposta tibdila fil-liġi li tagħti ċ-ċittadinanza Estonjana lil tfal tal-ġenituri mingħajr ċittadinanza Estonjana li jkunu għexu fl-Estonja għal tal-inqas ħames snin. [31]
Bżonn tal-lingwa
immodifikaId-diffikultà perċepita tat-testijiet tal-lingwa saret punt ta’ kontestazzjoni internazzjonali, hekk kif il-gvern tal-Federazzjoni Russa u għadd ta’ organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem oġġezzjonaw minnħabba li kien diffiċli għal ħafna Russi li ma kinux tgħallmu l-Estonjan biex jiksbu ċ-ċittadinanza Estonjana f' qasir żmien. Għalhekk, it-testijiet ġew mibdula xi ftit, b' riżultat li n-numru ta' persuni mingħajr stat naqas b'mod kostanti. Skont l-uffiċjali Estonjani, fl-1992, 32% tar-residenti ma kellhom ebda forma ta' ċittadinanza. F'Mejju 2009, ir-reġistru tal-Popolazzjoni rrapporta li 7.6% biss tar-residenti għandhom ċittadinanza mhux definita, filwaqt li 8.4% għandhom ċittadinanza barranija, l-aktar Russa. [32] Peress li l-Federazzjoni Russa ġiet rikonoxxuta bħala l-istat suċċessur għall-Unjoni Sovjetika, iċ-ċittadini kollha ta’ qabel l-USSR ikkwalifikaw għal ċittadinanza naturali tar-Russja, disponibbli b' sempliċi talba, kif previst mil-liġi "Dwar iċ-Ċittadinanza RSFSR" li daħlet fis-seħħ sa tmiem l-2000. [33]
Politika
immodifikaStorikament, il-Partit Ċentrali Estonjan kien l-aktar partit popolari fost iċ-ċittadini li jitkellmu bir-Russu. Fl-2012, kien appoġġjat sa 75% tal-persuni etniċi mhux Estonjani. [5]
Fl-2021, esperti innotaw li mill-2019 l-appoġġ tal-Partit Popolari Konservattiv tal-Estonja kiber fil-komunità Russa (notevolment fil-Provinċja ta' Ida-Viru). Dan jista' jiġi attribwit għall-pożizzjoni konservattiva soċjali tal-partit dwar kwistjonijiet ta' politika soċjali. [6] [7]
Skont il-kontea
immodifikaProvinċja | Russi | Perċentwal |
---|---|---|
Ida-Viru | 97,227 | 73% |
Harju | 178,165 | 28% |
Tartu | 16,491 | 10.4% |
Valga | 3,516 | 12.7% |
Lääne-Viru | 5,385 | 9.1% |
Pärnu | 5,751 | 6.7% |
Lääne | 1,611 | 7.9% |
Jõgeva | 1,906 | 6.8% |
Rapla | 1,095 | 3.2% |
Põlva | 795 | 3.3% |
Võru | 1,218 | 3.5% |
Viljandi | 1,110 | 2.4% |
Järva | 706 | 2.3% |
Saare | 211 | 0.6% |
Hiiu | 55 | 0.6% |
Total | 315,242 | 23.6% [8] |
Russi notevoli mill-Estonja
immodifika- Wilhelm Küchelbecker (1797–1846), poeta patrijottiku Russu u Deċembrist (1825) rivoluzzjonarju; imrobbi l-Estonja.
- Leonid Kulik (1883–1942), mineraloġista Russu, mexxa l-ewwel spedizzjoni Sovjetika (1927) biex tinvestiga l-avveniment ta' Tunguska; imwieled Tartu.
- Igor Severyanin (Igor Lotaryov, 1887–1941), poeta; għex, iżżewweġ, u miet fl-Estonja.
- Nikolai Vekšin (1887–1951), baħri, tmunier tal-midalja tal-bronż rebbieħ tad-dgħajsa Estonjana ta' 6 metri fil -Logħob Olimpiku ta' Amsterdam fl-1928 .
- Boris Nartsissov (1906–1982), poeta emigrat Russu; trabba u edukat fl-Estonja.
- Nikolai Stepulov (1913–1968), rebaħ midalja tal-fidda fil-boksing, klassi lightweight fil -Logħob Olimpiku tas-Sajf tal-1936 f' Berlin .
- Alexy II ta' Moska (Aleksei Rüdiger, 1929–2008), eks Patrijarka tal-Knisja Ortodossa Russa; imwieled u trabba fl-Estonja.
- Svetlana Tširkova-Lozovaja (b. 1945), eks fencer, li tirrappreżenta lill-USSR, rebħet il-medalja tad-deheb Olimpiku fil -foil tat-tim darbtejn (1968, 1972); ila tgħix fl-Estonja minn ċkunita.
- Mikhail Veller (b. 1948), kittieb Russu; jaħdem f’ Tallinn.
- Marina Kaljurand (née Rajevskaja, b. 1962), politikanta Estonjana, Membru tal-Parlament Ewropew, eks Ministru tal-Affarijiet Barranin.
- Anna Levandi (née Kondrashova, b. 1965), eks figure skater, li tirrappreżenta l-USSR, rebħet il-fidda fil-Kampjonati tad-Dinja tal-1984; tgħix f' Tallinn.
- Valery Karpin (b. 1969), maniġer tal-futbol Russu u eks plejer, mill-2021 maniġer tat-tim nazzjonali tar-Russja; imwieled f' Narva .
- Anton Vaino (b. 1972), kap tal-persunal tal-uffiċċju eżekuttiv tal-President tar-Russja; imwieled f' Tallinn.
- Kristina Kallas (b. 1976), politika Estonjana, mexxejja tal-partit politiku Estonia 200 sa mit-twaqqif tiegħu fl-2018.
- Tatjana Mihhailova-Saar (b. 1983), irrappreżentat lill-Estonja fil-Eurovision Song Contest 2014; ila tgħix fl-Estonja sa minn ċkunita.
- Jevgeni Ossinovski (b. 1986), politiku Estonjan u eks mexxej tal-Partit Soċjali Demokratiku Estonjan .
- Leo Komarov (Leonid Komarov, b. 1987), plejer tal-ħoki tas-silġ, jirrappreżenta lill-Finlandja, Ċampjin tad-Dinja tal-2011 u rebaħ il-medalja tad-deheb tal-Olimpjadi tax-Xitwa tal-2022 ; imwieled f' Narva.
- Valentina Golubenko (b. 1990), Granmastru taċ-ċess, li tirrappreżenta lill-Kroazja, ċampjin tad-dinja fil-kategorija U18 tal-bniet fl-2008; ila tgħix fl-Estonja sa minn ċkunita.
- Elina Nechayeva (b. 1991), soprano, irrappreżentat lill-Estonja fil- Eurovision Song Contest 2018 .
Ara wkoll
immodifika- Demografija tal-Estonja
- Ir-relazzjonijiet bejn l-Estonja u r-Russja
- Russi etniċi fl-istati post-Sovjetiċi
- Trasferiment tal-popolazzjoni fl-Unjoni Sovjetika
- Russifikazzjoni
Referenzi
immodifika- ^ Tvauri, Andres (2012). The Migration Period, Pre-Viking Age, and Viking Age in Estonia. pp. 33, 59, 60. Miġbur 27 December 2016.
- ^ a b Mardiste, Alistair Scrutton (24 February 2017). "Wary of divided loyalties, a Baltic state reaches out to its Russians". Reuters.
- ^ "A Controversial Visit: President of Estonia Meets with Putin at the Kremlin". 23 April 2019.
- ^ "Amnesty International Report 2014/15: The State of the World's Human Rights". amnesty.org (bl-Ingliż). 25 February 2015. Miġbur 2019-09-30.
- ^ Keskerakond on mitte-eestlaste seas jätkuvalt populaarseim partei, Postimees, 23 September 2012
- ^ "Party ratings: Change in coalition followed by Reform, EKRE rise in support". 27 January 2021.
- ^ "ERR News broadcast: Greening of Ida-Viru County costing Center support". 28 January 2021.
- ^ "Population by sex, ethnic nationality and County, 1 January". stat.ee. Statistics Estonia. 1 January 2021. Miġbur 28 March 2014.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "Luwdik1996" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "BT080521" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "FIWR" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "Uudised141112" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "20083010EE" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "EstEu" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "LO-CAE" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "VM-citiz" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "EAH-Gradir" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "Suksi1998" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "Malksoo" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "Chern2004" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "Isakov2005-21" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "Isakov2005-394" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "EICICAH" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "Chinn1996" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "Smith2001" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "Bunce2005" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "Batt2002" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "Campbell2004" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "Bojtar1999" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "NYT081206" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "Miljan" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "Frucht2005" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "Smith2005" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "Miksike" m'għandha l-ebda kontenut.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketta <ref>
definita f'<references>
bl-isem "WAJ1407" m'għandha l-ebda kontenut.
Aktar qari
immodifika- "Alternative Report for the Committee on the Elimination of Racial Discrimination of United Nations" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2014-09-12. Miġbur 2023-06-18.
- "The Russian Diaspora in Latvia and Estonia: Predicting Language Outcomes" (PDF).
- "Report on Estonia". Amnesty International. 2007.
- "Linguistic minorities in Estonia: Discrimination must end". Amnesty International. 7 December 2006.
- Lucas, Edward (14 December 2006). "An excess of conscience – Estonia is right and Amnesty is wrong". The Economist.
- : 271–280. Ċitazzjoni journal għandha bżonn
|journal=
(għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) - : 303–316. Ċitazzjoni journal għandha bżonn
|journal=
(għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) - : 69–87. Ċitazzjoni journal għandha bżonn
|journal=
(għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) - Vares, Peeter; Zhurayi, Olga (1998). Estonia and Russia, Estonians and Russians: A Dialogue. 2nd ed. Tallinn: Olof Palme International Center.
- Lauristin, Marju; Heidmets, Mati (2002). The Challenge of the Russian Minority: Emerging Multicultural Democracy in Estonia. Tartu: Tartu Ülikooli Kirjastus.