Hella Keem (ukoll Hella Keem; 6 t'April 1915 Keema, Parroċċa ta' Vaabina– 27 ta' Diċembru 1997 Tartu) kienet lingwista u etnografa Estonjana.[1]

Hella Keem
Ħajja
Twelid Keema (en) Translate, 6 April 1915
Nazzjonalità Estonja
Mewt Tartu, 27 Diċembru 1997
Edukazzjoni
Lingwi Estonjan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni lingwista
ethnographer (en) Translate

Mill-1936 sal-1943, studjat illingwa Estonjana, l-etnografija, u lingwi Finno-Ugriċi fl-Università ta' Tartu. Wara l-okkupazzjoni Ġermaniża tal-Estonja matul it-Tieni Gwerra Dinjija, Keem ġiet arrestata fl-1943 fejn qattgħet sena fil-ħabs. Reġa' ġiet arrestata fl-1945 wara l-okkupazzjoni Sovjetika tal-Estonja u qattgħet ħames snin priġuniera, fejn ħelset fl-1950. Mill-1957 sal-1993, ħadmet bħala assistenta f'laboratorju fl-Istitut tal-Lingwa u l-Letteratura tal-Akkademja tax-Xjenzi tar-RSS tal-Estonja.[1]

L-oqsma ewlenin tar-riċerka tagħha kienu id-djalett ta' Tartu u d-djaletti Võro. Kienet prolifika fil-ġbir ta' djaletti fl-Estonja: b'kollox ħolqot 223,000 tikketta ta' kliem, aktar minn 4000 paġna ta' testi, u rreġistrat 690 siegħa reġistrazzjonijiet ta' ħosss.[1]

Premji:

Xogħolijiet

immodifika
  • Tartu murde tekstid. Eesti murded III (1970)
  • Tartumaa saja-aastaste jutud (1995)
  • Võru keel (1997)
  • Johannes Gutslaffi grammatika eesti keel ja Urvaste murrak (1998, fil-ktieb: J. Gutslaff. Grammatilisi vaatlusi eesti keelest)
  • Võru murde tekstid. Eesti murded VI (2002, ma' I. Käsi)

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d "Keem, Hella - Eesti Entsüklopeedia". entsyklopeedia.ee (bl-Estonjan). Miġbur 2014-07-09.