Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fi Spanja

lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fi Spanja

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Spanja rratifikat il-Konvenzjoni fl-4 ta' Mejju 1982, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

Is-Sagrada Familia.

L-ewwel Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fi Spanja tniżżlu fil-lista fit-tmien sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li saret f'Buenos Aires, l-Arġentina fl-1984. F'dik is-sessjoni ġew miżjuda ħames siti: il-Katidral tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna, Córdoba; l-Alhambra u l-Generalife, Granada; il-Katidral ta' Burgos; il-Monasteru u s-Sit tal-Escorial, Madrid; u Park Güell, Palau Güell u Casa Milà, f'Barċellona. Fl-1985 ġew miżjuda ħames siti u fl-1986 ġew miżjuda erba' siti oħra. Apparti l-1984, l-1985 u l-1986 (l-ewwel tliet snin ta' Spanja bħala membru), ġew miżjuda l-iktar siti fi Spanja fis-sena 2000, b'total ta' ħames siti. B'kollox, Spanja għandha total ta' 50 sit fuq il-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, fir-raba' post bħala l-iżjed għadd ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, wara l-Italja (59 sit), iċ-Ċina (57) u l-Ġermanja (52 sit). Minn dawn il-50 sit, 44 sit huma kulturali, 4 siti huma naturali, u 2 huma siti mħallta (jiġifieri jissodisfaw kriterji kulturali kif ukoll naturali).

Tliet siti jinsabu fil-Gżejjer Baleariċi u erba' siti jinsabu fil-Gżejjer Kanarji. Erba' siti huma transnazzjonali. Il-Pirinej-Monte Perdido huwa kondiviż ma' Franza, filwaqt li s-Siti Preistoriċi tal-Arti fuq il-Blat while the Siti tal-Arti Preistorika Mnaqqxa fil-Blat fil-Wied ta' Côa u Siega Verde huwa kondiviż mal-Portugall. Almadén tniżżlet flimkien ma' Idrija fis-Slovenja. Il-Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u Reġjuni Oħra tal-Ewropa huma kondiviżi ma' 17-il pajjiż Ewropew ieħor.

Barra minn hekk, Spanja stabbilit ftehim mal-UNESCO magħruf bħala l-Fondi Fiduċjarji Spanjoli (bl-Ingliż: Spanish Funds-in-Trust). Il-ftehim ġie ffirmat fit-18 ta' April 2002, bejn Francisco Villar, l-Ambaxxatur u d-Delegat Permanenti Spanjol għall-UNESCO, u d-Direttur Ġenerali tal-UNESCO, Kōichirō Matsuura. Il-fond jipprovdi 600,000 fis-sena għal programm partikolari. Il-programmi jinkludu għajnuna għal stati membri oħra, b'mod partikolari fl-Amerka Latina, bi proġetti bħall-proċessi għan-nominazzjonijiet u l-valutazzjoni tas-siti indikattivi. Spanja kellha l-Presidenza tal-Kumitat tal-Wirt Dinji fl-2008 u fl-2009, u fl-2009 ospitat it-33 sessjoni tal-Kumitat f'Sivilja, l-Andalusija.[4]

Siti ta' Wirt Dinji immodifika

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[5]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Stampa Post Komunità Kriterji tal-Għażla Perjodu Deskrizzjoni
Għar ta' Altamira u l-Arti Paleolitika fl-Għerien tat-Tramuntana ta' Spanja   Santillana del Mar Cantabria, Asturias, Pajjiż Bask i, iii (kulturali) Paleolitiku Superjuri L-Għar ta' Altamira fih eżempji ta' pitturi fl-għerien mill-Paleolitiku Superjuri, li jmorru lura bejn il-35,000 sal-11,000 Q.K. Oriġinarjament is-sit kien jinkludi 17-il għar impitter. L-għerien huma ppreservati tajjeb minħabba l-iżolament kbir tagħhom mill-klima esterna.[6]
Ċentru Storiku ta' Segovia u l-Akkwedott   Segovia Kastilja u León i, iii, iv (kulturali) is-sekli 1 sa 16 L-akkwedott Ruman inbena fis-seklu 1 W.K., il-palazz Medjevali tal-Alcázar fis-seklu 11 u l-Katidral fis-seklu 16.[7]
Monumenti ta' Oviedo u tar-Renju tal-Asturjas   Oviedo Asturjas i, ii, iv (kulturali) is-seklu 9 Ir-Renju tal-Asturjas baqa' l-uniku reġjun Kristjan fi Spanja fis-seklu 9. Żviluppa l-istil tiegħu stess ta' arti u ta' arkitettura Pre-Rumaneska li joħroġ fid-dieher f'diversi knejjes u monumenti oħra. Is-sit oriġinali bit-titlu "Knejjes tar-Renju tal-Asturjas" ġie estiż sabiex jiġu inklużi monumenti oħra bħal La Foncalada.[8]
Ċentru Storiku ta' Córdoba   Córdoba Andalusija i, ii, iii, iv (kulturali) is-sekli 7 sa 13 Is-sit oriġinali kien il-Moskea l-Kbira ta' Córdoba, li hija Knisja Kattolika tas-seklu 7 li ġiet ikkonvertita f'moskea fis-seklu 8; u reġgħet ġiet irrestawrata għal Katidral Kattoliku Ruman fis-seklu 13 minn Ferdinandu III. Matul l-aqwa perjodu tar-renju tal-Għarab Iberiċi fir-reġjun, Córdoba kellha iktar minn 300 moskea u arkitettura simili għal dik ta' Kostantinopli, Damasku u Bagdad.[9]
Alhambra, Generalife u Albayzín   Granada Andalusija i, iii, iv (kulturali) is-seklu 14 It-tliet siti huma fdalijiet tal-influwenza Għarbija Iberika fin-Nofsinhar ta' Spanja. Il-fortizza tal-Alhambra u l-palazz ta' Generalife nbnew mill-mexxejja tal-Emirat ta' Granada. Id-distrett ta' Albayzín fih eżempji ta' arkitettura vernakolari Għarbija Iberika u ġie miżjud mas-sit fl-1994.[10]
Katidral ta' Burgos   Burgos Kastilja u León ii, iv, vi (kulturali) is-seklu 13 sa 16 Il-katidral bi stil Gotiku nbena bejn is-sekli 13 u 16 u huwa s-sit fejn indifen l-eroj nazzjonali Spanjol, El Cid.[11]
Monasteru u Sit ta' El Escorial   San Lorenzo de El Escorial Madrid i, ii, vi (kulturali) is-seklu 16 El Escorial huwa wieħed mid-diversi siti rjali Spanjoli minħabba l-istorja tiegħu bħala residenza tal-familja rjali. Il-palazz ġie ddisinjat mir-Re Filippu II u l-arkitett Juan Bautista de Toledo bħala monument għar-rwol ċentrali ta' Spanja fid-dinja Kristjana.[12]
Xogħlijiet ta' Antoni Gaudí   Barċellona Katalonja i, ii, iv (kulturali) is-sekli 19 u 20 L-arkitettura ta' Antoni Gaudí hija parti mill-istil Modernist, iżda d-disinni tiegħu jiġu deskritti bħala tassew uniċi. Oriġinarjament is-sit kien jinkludi Park Güell, Palau Güell u Casa Milà; l-estensjoni tal-2005 żiedet Casa Vicens, il-kripta u l-faċċata tan-nattività tas-Sagrada Família, Casa Batlló, u l-kripta f'Colònia Güell.[13]
Santiago de Compostela (iċ-Ċentru Storiku)   Santiago de Compostela Galicia i, ii, vi (kulturali) is-sekli 10 u 11 Il-Katidral ta' Santiago de Compostela huwa magħruf bħala l-post fejn indifen l-appostlu Ġakbu, u huwa d-destinazzjoni finali tal-Pellegrinaġġ ta' San Ġakbu fit-Tramuntana ta' Spanja. Ir-raħal kien inqered mill-Musulmani fis-seklu 10 u ġie rikostruwit fis-seklu ta' wara.[14]
Raħal Antik ta' Ávila u l-Knejjes Extra-Muros   Ávila Kastilja u León iii, iv (kulturali) is-seklu 11 Il-ħajt difensiv madwar ir-raħal oriġinali nbena fis-seklu 11. Fih 82 torri semiċirkolari u 9 daħliet, u huwa wieħed mill-iżjed eżempji kompluti ta' swar tal-irħula fi Spanja.[15]
Arkitettura Mudéjar ta' Aragona   Provinċji ta' Teruel u ta' Zaragoza Aragona iv is-sekli 12 sa 17 Is-sit oriġinali kien jinkludi erba' knejjes f'Teruel bl-istil Mudéjar, li huwa taħlita ta' stil Iżlamiku tradizzjonali u Ewropew kontemporanju. Fl-2001 is-sit ġie estiż sabiex jiġu inklużi sitt monumenti oħra.[16]
Belt Storika ta' Toledo   Toledo Kastilja-La Mancha i, ii, iii, iv (kulturali) is-sekli 8 sa 16 Toledo ġiet stabbilita mir-Rumani, intużat bħala l-belt kapitali tar-Renju tal-Viżigoti, kienet importanti fi Spanja Musulmana u matul ir-Reconquista, u għal żmien qasir kienet il-belt kapitali ta' Spanja. Il-belt tħaddan l-influwenzi Kristjani, Musulmani u Lhud.[17]
Park Nazzjonali ta' Garajonay   La Gomera Gżejjer Kanarji vii, ix (naturali) mhux disponibbli 70 % tal-park huwa miksi bil-laurisilva jew il-forest tas-siġar tar-rand, li hija veġetazzjoni mill-perjodu Paleoġen li għebet mill-Ewropa kontinentali minħabba t-tibdil fil-klima, iżda kienet ksiet il-biċċa l-kbira tan-Nofsinhar tal-kontinent.[18]
Ċentru Storiku ta' Salamanca   Salamanca Kastilja u León i, ii, iv (kulturali) is-sekli 13 sa 16 Salamanca hija importanti bħala belt universitarja, peress li l-Università ta' Salamanca, stabbilita fl-1218, hija l-eqdem fi Spanja u fost l-eqdem fl-Ewropa. Il-belt l-ewwel inħakmet mill-Kartaġiniżi fis-seklu 3, u iktar 'il quddiem ġiet immexxija mir-Rumani u mill-Għarab Iberiċi. Iċ-ċentru tal-belt jirrappreżenta l-arkitettura Rumaneska, Gotika, Rinaxximentali u Għarbija Iberika.[19]
Katidral, Alcázar u Arkivju tal-Indji f'Sivilja   Sivilja Andalusija i, ii, iii, iv (kulturali) is-sekli 13 sa 16 L-Alcázar inbena matul id-dinastija tal-Almoħadin li mexxiet in-Nofsinhar ta' Spanja sar-Reconquista. Il-katidral imur lura għas-seklu 15 u fih l-oqbra ta' Ferdinandu III u ta' Kristofru Kolombu. L-arkivju fih dokumenti marbuta mal-kolonizzazzjoni tal-Amerki.[20]
Ċentru Storiku ta' Cáceres   Cáceres Extremadura iii, iv (kulturali) is-sekli 3 sa 15 Iċ-ċentru storiku jħaddan influwenzi Rumani, Iżlamiċi, Gotiċi tat-Tramuntana u Rinaxximentali Taljani, u jinkludi iktar minn 30 torri Iżlamiku.[21]
Ibiza, Bijodiversità u Kultura   Ibiza Gżejjer Baleariċi ii, iii, iv, ix, x (sit imħallat) mhux disponibbli Il-kosta ta' Ibiza fiha l-posidonia oceanica, speċi ta' ħaxix tal-baħar li tinsab fil-Mediterran biss li ssostni d-diversità tal-ekosistema kostali u marina. Il-gżira fiha wkoll bosta fdalijiet tal-Feniċi, u l-partijiet antiki tal-belt iffortifikati bis-swar imorru lura għas-seklu 16.[22]
Monasteru ta' Poblet   Vimbodí Katalonja i, iv (kulturali) is-sekli 12 u 13 Il-monasteru ġie stabbilit miċ-Ċisterċensi fl-1151 u huwa wieħed mill-ikbar fi Spanja. Huwa sit funebri u huwa assoċjat mal-Kuruna ta' Aragona.[23]
Kumpless Monumentali Rinaxximentali ta' Úbeda u Baeza   Provinċja ta' Jaén Andalusija ii, iv (kulturali) is-seklu 16 Ir-rinnovazzjonijiet fiż-żewġ irħula saru fis-seklu 16 bl-istil Rinaxximentali emerġenti u huma fost l-ewwel eżempji ta' dan l-istil fi Spanja.[24]
Kumpless Arkeoloġiku ta' Mérida   Mérida Extremadura iii, iv (kulturali) is-sekli 1 sa 5 Mérida ġiet stabbilita fil-25 Q.K. mir-Rumani bħala Emerita Augusta u kienet il-belt kapitali tal-provinċja ta' Lusitania. Fost il-fdalijiet minn żmien ir-Rumani hemm pont, akkwedott, anfiteatru, teatru, ċirkwit, u forum.[25]
Monasteru Rjali ta' Santa Marija ta' Guadalupe   Guadalupe Extremadura iv, vi (kulturali) is-sekli 13 sa 16 Il-monasteru huwa ddedikat lill-Madonna ta' Guadalupe u fih santwarju ta' Santa Marija li nstab fis-seklu 13 wara li kien intradam mill-invażuri Musulmani fis-714. Il-Madonna ta' Guadalupe u l-monasteru kienu simboli importanti matul ir-Reconquista, speċjalment fl-1492, l-istess sena tal-iskoperta tal-Amerka minn Kristofru Kolombu. Il-Madonna ta' Guadalupe saret simbolu importanti matul l-evanġelizzazzjoni tal-Amerki.[26]
Rotot ta' Santiago de Compostela: Camino Francés u Rotot tat-Tramuntana ta' Spanja   Tramuntana ta' Spanja Aragona, Kastilja u León, Galicia, Navarre, u La Rioja ii, iv, vi (kulturali) mhux disponibbli Il-Pellegrinaġġ ta' San Ġakbu, magħruf ukoll bħala l-Camino de Santiago, huwa pellegrinaġġ mill-fruntiera bejn Franza u Spanja sal-Katidral ta' Santiago de Compostela, fejn huwa maħsub li ġie midfun l-appostlu San Ġakbu.[27]
Park Nazzjonali ta' Doñana   Provinċji ta' Huelva u Sivilja Andalusija vii, ix, x (naturali) mhux disponibbli Il-park jikkonsisti mill-inħawi tad-delta fejn ix-xmara Guadalquivir tilħaq l-Oċean Atlantiku. Jospita diversità sħiħa ta' bijotopi, fosthom laguni, imraġ, għaram u makkja. Il-park huwa wieħed mill-ikbar ħabitats tar-russetti fil-Mediterran u jkun fih iktar minn 500,000 għasfur tal-ilma matul ix-xitwa.[28]
Pirinej-Monte Perdido*   Provinċja ta' Huesca Aragona (kondiviż ma' Franza) iii, iv, v, vii, viii (sit imħallat) mhux disponibbli Is-sit jinkludi l-katina muntanjuża tal-Pirinej tul il-fruntiera bejn Spanja u Franza. Il-parti Spanjola fiha tnejn mill-ikbar kanjons fl-Ewropa, filwaqt li n-naħa Franċiża fiha tliet cirques kbar.[29]
Raħal Iffortifikat Storiku ta' Cuenca   Cuenca Kastilja-La Mancha ii, v (kulturali) is-sekli 12 sa 18 L-Għarab Iberiċi bnew il-belt iffortifikata fil-bidu tas-seklu 8, u nħakmet mill-Kristjani fis-seklu 12. Il-katidral huwa l-ewwel eżempju Gotiku fi Spanja. Ir-raħal huwa famuż ukoll għall-casas colgadas, djar "imdendlin" f'xifer irdum.[30]
Loġġa tal-Ħarir ta' Valencia   Valencia Komunità ta' Valencia i, iv (kulturali) is-sekli 15 u 16 Il-Loġġa (bl-Ispanjol: Lonja; bid-djalett ta' Valencia: Llotja) tal-Ħarir, u l-grupp ta' binjiet Gotiċi juru l-ġid ta' Valencia bħala belt merkantili Mediterranja u Ewropea ta' dak iż-żmien.[31]
Las Médulas   Ponferrada Kastilja u León i, ii, iii, iv (kulturali) is-sekli 1 sa 3 Ir-Rumani stabbilew minjiera tad-deheb u operaw is-sit għal żewġ sekli. Huma użaw forma bikrija ta' estrazzjoni idrawlika u ħaffru l-akkwedotti fl-irdumijiet tal-blat sabiex jipprovdu l-ilma għall-operazzjonijiet. Ir-Rumani telqu fil-bidu tas-seklu 3, u ħallew warajhom uċuħ sħaħ ta' rdumijiet u infrastruttura tal-estrazzjoni intatta sal-lum.[32]
Palau de la Música Catalana u Hospital de Sant Pau, Barċellona   Barċellona Katalonja i, ii, iv is-seklu 20 Iż-żewġ binjiet inbnew fil-bidu tas-seklu 20 u ġew iddisinjati minn Lluís Domènech i Montaner tal-moviment Modernist tal-Art Nouveau li kien popolari ħafna f'Barċellona f'dak il-perjodu. Iż-żewġ binjiet huma l-iżjed opri famużi ta' Montaner.[33]
Monasteri ta' Yuso u ta' Suso   San Millán de la Cogolla La Rioja ii, iv, vi (kulturali) is-sekli 6 sa 16 Il-monasteru oriġinali ta' Suso ġie stabbilit f'nofs is-seklu 6, u huwa l-post fejn inkitbu l-Glosas Emilianenses. Il-kodiċijiet jitqiesu bħala l-ewwel eżempji bil-miktub tal-Ispanjol u tal-Bask, u l-monasteru jitqies bħala l-post tat-twelid tal-lingwa Spanjola mitkellma u miktuba. Il-monasteru iktar ġdid ta' Yuso nbena fis-seklu 16.[34]
Siti Preistoriċi tal-Arti Mnaqqxa fil-Blat fil-Wied ta' Côa u Siega Verde*   Kastilja u León (kondiviż mal-Portugall) i, iii (kulturali) Paleolitiku Is-sit oriġinali tal-1998 kien fih eżempji ta' arti mnaqqxa fil-blat tal-Paleolitiku Superjuri fil-Wied ta' Côa tal-Portugall. Fl-2010 is-sit ġie estiż biex jinkludi 645 tinqixa fiż-żona arkeoloġika ta' Siega Verde fi Spanja. Iż-żewġ siti jirrappreżentaw l-iżjed kollezzjoni ppreservata sew ta' arti Paleolitika fil-beraħ fil-Peniżola Iberika.[35]
Tpittir fuq il-Blat tal-Baċir Mediterran Iberiku   Andalusija, Aragona, Kastilja-La Mancha, Katalonja, Murcia u Valencia iii (kulturali) Preistorja Is-sit jinkludi iktar minn 750 eżempju ta' tpittur fuq il-blat mill-Preistorja Aħħarija, b'figuri li jvarjaw minn għamliet ġeometriċi għal xeni ta' rġiel jikkaċċjaw l-annimali.[36]
Kumpless Arkeoloġiku ta' Tárraco   Tarragona Katalonja ii, iii (kulturali) is-sekli 1 sa 4 Il-belt Rumana prominenti ta' Tárraco fil-belt moderna ta' Tarragona kienet il-belt kapitali tal-provinċji ta' Hispania Citerior u iktar 'il quddiem ta' Hispania Tarraconensis. L-anfiteatru nbena fis-seklu 2. Il-biċċa l-kbira tal-fdalijiet huma frammenti biss jew ġew ippreservati taħt binjiet iktar moderni.[37]
Università u Kwartier Storiku ta' Alcalá de Henares   Alcalá de Henares Madrid ii, iv, vi (kulturali) is-seklu 16 Il-Kardinal Cisneros stabbilixxa l-Università ta' Alcalá fl-1499. Il-belt hija l-ewwel eżempju ta' belt universitarja ppjanata, li serviet bħala mudell għal universitajiet Ewropej oħra u missjonarji Spanjoli fl-Amerki. Il-belt hi l-post tat-twelid ta' Miguel de Cervantes, magħruf għall-kontributi tiegħu għal-lingwa Spanjola u l-letteratura tal-Punent.[38]
San Cristóbal de La Laguna   San Cristóbal de La Laguna Gżejjer Kanarji ii, iv (kulturali) is-sekli 16 sa 18 Il-belt għandha kwartier ta' fuq oriġinali u mhux ippjanat, u "territorju tal-belt" jew kwartier t'isfel. Kienet l-ewwel belt kolonjali mhux iffortifikata ta' Spanja u ntużat bħala mudell għall-iżvilupp fl-Amerki. Bosta binjiet reliġjużi u binjiet pubbliċi u privati oħra jmorru lura għas-seklu 16.[39]
Masġar tal-Palm ta' Elche   Elche Komunità ta' Valencia ii, v (kulturali) mhux disponibbli Il-masġar tal-palm tat-tamal ġie stabbilit formalment b'sistemi tal-irrigazzjoni taħt l-Għarab Iberiċi fis-seklu 10. Il-masġar tal-palm huwa eżempju rari ta' prattiki agrikoli Għarab fl-Ewropa.[40]
Ħitan Rumani ta' Lugo   Lugo Galicia iv (kulturali) is-seklu 3 Il-ħitan li nbnew bħala protezzjoni għar-raħal Ruman ta' Lucus fis-seklu 3 għadhom intatti għalkollox u huma l-aqwa eżempju ta' ħitan simili li għad fadal fil-Punent tal-Ewropa.[41]
Knejjes Rumaneski Katalani ta' Vall de Boí   Vall de Boí Katalonja ii, iv (kulturali) is-sekli 11 sa 14 Il-wied żgħir fit-tarf tal-Pirinej fih knejjes bl-istil Rumanesk imżejna b'affreski, bi statwi, u b'artali Rumaneski. Il-knejjes huma uniċi bis-saħħa tat-torrijiet tal-kampnari kwadri u twal tagħhom.[42]
Sit Arkeoloġiku ta' Atapuerca   Atapuerca Kastilja u León iii, v (kulturali) Preistorja L-għerien fil-Muntanji ta' Atapuerca fihom fdalijiet ta' fossili tal-iżjed bnedmin bikrin skoperti fl-Ewropa li jmorru lura għal kważi miljun sena ilu. Is-Sima de los Huesos jew "il-Foss tal-Għadam" fih l-ikbar kollezzjoni ta' fossili ta' ominidi fid-dinja.[43]
Pajsaġġ Kulturali ta' Aranjuez   Aranjuez Madrid ii, iv (kulturali) is-sekli 15 sa 19 Il-pajsaġġ madwar il-Palazz Irjali ta' Aranjuez ġie żviluppat mill-familja rjali Spanjola matul tliet sekli u fih ideat innovattivi tal-ortikultura u tad-disinn. Iż-żona kienet proprjetà esklużiva tal-familja rjali sas-seklu 19 meta ġiet żviluppata l-belt ċivili.[44]
Pont ta' Vizcaya   Portugalete Pajjiż Bask i, ii (kulturali) is-seklu 19 Il-pont ġie ddisinjat minn Alberto Palacio minn naħa għall-oħra tax-xmara Nervion mingħajr ma jiġi mfixkel it-trasport marittimu sal-Port ta' Bilbao. Inbena fl-1893 u huwa l-ewwel pont trasportatur fid-dinja.[45]
Park Nazzjonali ta' Teide   Tenerife Gżejjer Kanarji vii, viii (naturali) mhux disponibbli Il-park jinkludi l-Muntanja ta' Teide, li hija vulkan u l-ogħla elevazzjoni fi Spanja.[46]
Torri ta' Erkole   A Coruña Galicia iii (kulturali) is-seklu 1 Ir-Rumani bnew dan il-fanal għoli 55 metru (180 pied) fuq blata ta' 57 metru (187 pied) sabiex jimmarkaw id-daħla tal-port ta' A Coruña. Huwa l-unika fanal Ruman ippreservat u li għadu jiffunzjona.[47]
Pajsaġġ Kulturali ta' Serra de Tramuntana   Majorca Gżejjer Baleariċi ii, iv, v (kulturali) mhux disponibbli Il-pajsaġġ kulturali ta' Serra de Tramuntana mal-kosta tal-Majjistral ta' Majjorka ġie ttrasformat minn millenji ta' agrikoltura, bl-użu ta' tagħmir għall-ġestjoni tal-ilma bħal raba' agrikolu mtarraġ, impjanti tal-ilma interkonnessi, inkluż imtieħen tal-ilma, u ħitan tas-sejjieħ u rziezet. Dan il-pajsaġġ huwa marbut mal-unitajiet agrikoli ta' oriġini fewdali.[48]
Wirt tal-Merkurju. Almadén u Idrija*   Almadén Kastilja-La Mancha (kondiviż mas-Slovenja) ii, iv (kulturali) is-sekli 16 u 17 Almaden huwa raħal antik tal-estrazzjoni tal-merkurju (minn żmien ir-Rumani sal-preżent) b'binjiet marbuta mal-istorja tal-estrazzjoni, inkluż il-Kastell ta' Retamar, binjiet reliġjużi, università tal-estrazzjoni u abitazzjonijiet tradizzjonali.[49]
Sit tad-Dolmens ta' Antequera   Antequera Andalusija i, iii, iv (kulturali) Neolitiku u Kalkolitiku Is-sit jinsab fil-qalba tal-Andalusija fin-Nofsinhar ta' Spanja u huwa magħmul minn tliet monumenti megalitiċi: id-dolmens ta' Menga u ta' Viera u t-Tholos ta' El Romeral, kif ukoll żewġ monumenti naturali: La Peña de los Enamorados u l-l-formazzjonijiet muntanjużi ta' El Torcal, li huma attrazzjonijiet ewlenin fit-territorju tas-sit. Mibnija fin-Neolitiku u fi Żmien il-Bronż minn blokok kbar tal-ġebel, dawn il-monumenti jiffurmaw kompartimenti b'soqfa orizzontali mirfuda fuq blokok vertikali jew b'koppli foloz. Dawn it-tliet oqbra, mirduma taħt it-tumbati tal-ħamrija u tat-tajn oriġinali tagħhom, huma wħud mill-iżjed opri arkitettoniċi notevoli tal-preistorja Ewropea u wħud mill-iżjed eżempji importanti tal-Megalitiżmu Ewropew.[50]
Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa*   diversi siti Kastilja u León, Navarre, Kastilja-La Mancha, u l-Komunità ta' Madrid (kondiviż ma' 17-il pajjiż ieħor fl-Ewropa) ix (naturali) mhux disponibbli Il-Foresti Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji jintużaw biex jiġi studjat it-tifrix tas-siġar tal-fagu (Fagus sylvatica) fl-Emisferu tat-Tramuntana f'varjetà ta' ambjenti u l-ambjent fil-foresti. Is-sit tniżżel għall-ewwel darba fl-2007 b'komponenti mis-Slovakkja u mill-Ukrajna. Ġie estiż fl-2011, fl-2017, u fl-2021 biex jiġu inklużi l-foresti f'total ta' 18-il pajjiż.[51]
Belt-Kaliffat ta' Medina Azahara   Córdoba Andalusija iii, iv (kulturali) mhux disponibbli Il-belt-kaliffat ta' Medina Azahara hija sit arkeoloġiku ta' belt li nbniet f'nofs is-seklu 10 W.K. mid-dinastija Umajjad bħala s-sede tal-Kaliffat ta' Cordoba. Wara diversi snin ta' prosperità, ġiet abbandunata matul il-gwerra ċivili li temmet il-Kaliffat fl-1009-1010.[52]
Risco Caído u l-muntanji sagri tal-Pajsaġġ Kulturali ta' Gran Canaria   Gran Canaria Gżejjer Kanarji iii, v (kulturali) mhux disponibbli Risco Caído huwa formazzjoni ġeoloġika u sit arkeoloġiku fuq il-gżira ta' Gran Canaria, Spanja. Is-sit jinkludi abitazzjonijiet preistoriċi fl-għerien, tempji u fosos fejn kien jinħażen il-qamħ li ġew attribwiti lill-kultura pre-Ispanika tal-Gżejjer Kanarji. Is-sit jitqies ukoll li ntuża bħala osservatorju astronomiku minn nies Aboriġini.[53]
Paseo del Prado u Buen Retiro, pajsaġġ tal-arti u tax-xjenza   Madrid Madrid ii, iv, vi (kulturali) mhux disponibbli Il-Paseo del Prado hija waħda mit-toroq u mill-boulevards prinċipali f'Madrid, il-belt kapitali ta' Spanja.[54]
Siti Preistoriċi ta' Menorca   Menorca, Gżejjer Baleariċi kulturali: (iii), (iv) 2023 [55]

Referenzi immodifika

  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2023-08-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Spain - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-17.
  4. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Government of Spain - Our Partners". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  5. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cave of Altamira and Paleolithic Cave Art of Northern Spain". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old Town of Segovia and its Aqueduct". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Monuments of Oviedo and the Kingdom of the Asturias". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Cordoba". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Alhambra, Generalife and Albayzín, Granada". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Burgos Cathedral". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Monastery and Site of the Escurial, Madrid". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  13. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Works of Antoni Gaudí". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  14. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Santiago de Compostela (Old Town)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  15. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old Town of Ávila with its Extra-Muros Churches". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  16. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mudejar Architecture of Aragon". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  17. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic City of Toledo". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  18. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Garajonay National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  19. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old City of Salamanca". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  20. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cathedral, Alcázar and Archivo de Indias in Seville". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  21. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old Town of Cáceres". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  22. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ibiza, Biodiversity and Culture". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  23. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Poblet Monastery". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  24. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Renaissance Monumental Ensembles of Úbeda and Baeza". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  25. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Ensemble of Mérida". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  26. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Royal Monastery of Santa María de Guadalupe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  27. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Routes of Santiago de Compostela: Camino Francés and Routes of Northern Spain". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  28. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Doñana National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  29. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Pyrénées - Mont Perdu". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  30. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Walled Town of Cuenca". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  31. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "La Lonja de la Seda de Valencia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  32. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Las Médulas". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  33. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Palau de la Música Catalana and Hospital de Sant Pau, Barcelona". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  34. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "San Millán Yuso and Suso Monasteries". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  35. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Prehistoric Rock Art Sites in the Côa Valley and Siega Verde". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  36. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Rock Art of the Mediterranean Basin on the Iberian Peninsula". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  37. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Ensemble of Tarraco". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  38. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "University and Historic Precinct of Alcalá de Henares". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  39. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "San Cristóbal de La Laguna". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  40. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Palmeral of Elche". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  41. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Roman Walls of Lugo". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  42. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Catalan Romanesque Churches of the Vall de Boí". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  43. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Site of Atapuerca". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  44. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Aranjuez Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  45. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Vizcaya Bridge". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  46. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Teide National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  47. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Tower of Hercules". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  48. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cultural Landscape of the Serra de Tramuntana". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  49. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Heritage of Mercury. Almadén and Idrija". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  50. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Antequera Dolmens Site". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  51. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient and Primeval Beech Forests of the Carpathians and Other Regions of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  52. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Caliphate City of Medina Azahara". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  53. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Risco Caido and the Sacred Mountains of Gran Canaria Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  54. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Paseo del Prado and Buen Retiro, a landscape of Arts and Sciences". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  55. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Prehistoric Sites of Talayotic Menorca". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-24.