Arti Paleolitika fl-Għerien tat-Tramuntana ta' Spanja

Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fi Spanja

L-Arti Paleolitika fl-Għerien tat-Tramuntana ta' Spanja, magħruf ukoll bit-titlu itwal bħala l-Għar ta' Altamira u l-Arti Paleolitika fl-Għerien tat-Tramuntana ta' Spanja (bl-Ispanjol: Cueva de Altamira y arte rupestre paleolítico del Norte de España) huwa raggruppament ta' 18-il għar fit-Tramuntana ta' Spanja, li flimkien jirrappreżentaw l-apoġew tal-arti Paleolitika Superjuri fl-għerien tal-Ewropa bejn 35,000 u 11,000 sena ilu (l-Era ta' Aurignac, l-Era Gravettjana, l-Era Solutreana, l-Era Magdalenjana, u l-Era Aziljana). Fl-2008, dawn l-għerien ġew iddeżinjati b'mod kollettiv bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]

Replika tal-Arti Paleolitika fl-Għar ta' Altamira

L-iżjed għar ewlieni huwa l-Għar ta' Altamira, li jinsab fir-raħal ta' Santillana del Mar f'Cantabria. Għadha meqjusa bħala waħda mill-iżjed ċikli importanti ta' pitturi tal-preistorja, li oriġinaw fil-perjodi Magdalenjani u Solutreani taż-Żmien Paleolitiku Superjuri. L-istil artistiku tal-għar jirrappreżenta l-iskola Franko-Cantabriana, u huwa kkaratterizzat mir-realiżmu tar-rappreżentazzjonijiet ta' figuri ta' annimali.

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

L-Għar ta' Altamira ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1985. Fl-2008, is-sit ġie estiż biex jinkludi wkoll 17-il għar oħra b'arti Paleolitika fi tliet komunitajiet awtonomi fit-Tramuntana ta' Spanja: Asturias, Cantabria u l-Pajjiż Bask.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]

Lista ta' għerien

immodifika
Kodiċi Isem Raħal u Reġjun Koordinati Żona ta' lqugħ
310-001 Għar ta' Altamira Santillana del Mar; Cantabria 43°22′57″N 04°07′13″W / 43.3825°N 4.12028°W / 43.3825; -4.12028

16-il ettaru  
310-002 Għar tal-Peña de Candamo Candamo, San Román; Asturias 43°27′21″N 6°4′21″W / 43.45583°N 6.0725°W / 43.45583; -6.0725

100 ettaru  
310-003 Għar ta' Tito Bustillo Ribadesella, Asturias 43°27′39″N 5°4′4″W / 43.46083°N 5.06778°W / 43.46083; -5.06778

243 ettaru  
310-004 Għar ta' La Covaciella Cabrales, Asturias 43°19′5″N 4°52′30″W / 43.31806°N 4.875°W / 43.31806; -4.875

11.3-il ettaru  
310-005 Għar ta' Llonín Peñamellera Alta, Asturias 43°19′50″N 4°38′43″W / 43.33056°N 4.64528°W / 43.33056; -4.64528

17.4-il ettaru  
310-006 Għar ta' Pindal Ribadedeva, Asturias 43°23′51″N 4°31′58″W / 43.3975°N 4.53278°W / 43.3975; -4.53278

69.4 ettaru  
310-007 Għar ta' Chufín Rionansa, Cantabria 43°17′26″N 4°27′29″W / 43.29056°N 4.45806°W / 43.29056; -4.45806

16.7-il ettaru
310-008 Għar tal-Hornos de la Peña San Felices de Buelna, Cantabria 43°15′40″N 4°1′47″W / 43.26111°N 4.02972°W / 43.26111; -4.02972

25 ettaru  
310-009 Għar ta' El Castillo Puente Viesgo, Cantabria 43°17′33″N 3°57′56″W / 43.2924°N 3.9655°W / 43.2924; -3.9655

69 ettaru  
310-010 Għar ta' Las Monedas Puente Viesgo, Cantabria 43°17′20″N 3°58′03″W / 43.289°N 3.9675°W / 43.289; -3.9675

69 ettaru  
310-011 Għar ta' La Pasiega Puente Viesgo, Cantabria 43°17′20″N 3°57′58″W / 43.289°N 3.966°W / 43.289; -3.966

69 ettaru  
310-012 Għar ta' Las Chimeneas Puente Viesgo, Cantabria 43°17′29″N 3°57′52″W / 43.2914°N 3.9644°W / 43.2914; -3.9644

69 ettaru  
310-013 Għar ta' El Pendo Camargo, Cantabria 43°23′17″N 3°54′44″W / 43.38806°N 3.91222°W / 43.38806; -3.91222

64 ettaru
310-014 Għar ta' La Garma Ribamontán al Monte, Cantabria 43°25′50″N 3°39′57″W / 43.43056°N 3.66583°W / 43.43056; -3.66583

100 ettaru  
310-015 Għar ta' Covalanas Ramales de la Victoria, Cantabria 43°14′44″N 3°27′08″W / 43.24556°N 3.45222°W / 43.24556; -3.45222

1,374 ettaru  
310-016 Għar ta' Santimamiñe Vizcaya, Cortézubi, Pajjiż Bask 43°20′47″N 2°38′12″W / 43.34639°N 2.63667°W / 43.34639; -2.63667

99 ettaru  
310-017 Għar ta' Ekain Guipúzcoa, Deva, Pajjiż Bask 43°14′09″N 02°16′31″W / 43.23583°N 2.27528°W / 43.23583; -2.27528

14.6-il ettaru  
310-018 Għar ta' Altxerri Guipúzcoa, Aia, Pajjiż Bask 43°16′7″N 02°08′02″W / 43.26861°N 2.13389°W / 43.26861; -2.13389

15-il ettaru  

Ara wkoll

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Cave of Altamira and Paleolithic Cave Art of Northern Spain". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-12.