San Cristóbal de La Laguna

muniċipalità f'Tenerife, Spanja

San Cristóbal de La Laguna (magħrufa wkoll fil-qosor bħala La Laguna, pronunzja bl-Ispanjol: [saŋ kɾisˈtoβal de la laˈɣuna]) hija belt u muniċipalità fil-parti tat-Tramuntana tal-gżira ta' Tenerife fil-Provinċja ta' Santa Cruz de Tenerife fil-Gżejjer Kanarji, Spanja. Il-belt hija t-tielet l-iżjed popolata fl-arċipelagu u t-tieni l-iżjed popolata fil-gżira. Iċ-ċentru storiku ta' La Laguna ġie ddikjarat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1999.[1] Fl-2003 il-muniċipalità bdiet Pjan Urban ambizzjuż għar-rinnovazzjoni tal-inħawi tal-madwar, imwettaq mid-ditta AUC S.L. (Arquitectura Urbanismo y Cooperación). Il-belt kienet il-belt kapitali tal-qedem tal-Gżejjer Kanarji.[2] La Laguna tinsab eżatt biswit il-belt ta' Santa Cruz de Tenerife; b'hekk, iż-żewġ bliet u muniċipalitajiet jiffurmaw ċentru urban kbir u uniku, ikkollegati ma' xulxin permezz tat-tramm.[3]

San Cristóbal de La Laguna
 Spanja
Amministrazzjoni
Stat sovranSpanja
Autonomous community of SpainGżejjer Kanarji
Provinċja ta' SpanjaProvinċja ta' Santa Cruz de Tenerife
Kap tal-Gvern Fernando Clavijo Batlle (en) Translate
Isem uffiċjali San Cristóbal de La Laguna
Ismijiet oriġinali San Cristóbal de La Laguna
Kodiċi postali 38200–38299
Ġeografija
Koordinati 28°29′07″N 16°19′00″W / 28.4853°N 16.3167°W / 28.4853; -16.3167Koordinati: 28°29′07″N 16°19′00″W / 28.4853°N 16.3167°W / 28.4853; -16.3167
San Cristóbal de La Laguna is located in Spain
San Cristóbal de La Laguna
San Cristóbal de La Laguna
San Cristóbal de La Laguna (Spain)
Superfiċjenti 102.06 kilometru kwadru
Għoli 543 m
Fruntieri ma' Santa Cruz de Tenerife, Tegueste, Tacoronte, Santa Cruz de Tenerifeu El Rosario, Tenerife
Demografija
Popolazzjoni 159,034 abitanti (2023)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1496
Żona tal-Ħin UTC+1
bliet ġemellati São Paulo, Ħavana Antikau Las Palmas de Gran Canaria
aytolalaguna.org

Il-belt tospita l-Università ta' La Laguna li għandha 30,000 student; dawn ma jiġux inklużi fiċ-ċifri tal-popolazzjoni għall-belt. La Laguna titqies bħala belt kapitali kulturali tal-Gżejjer Kanarji. Barra minn hekk, tiġi msejħa wkoll bħala s-"Ciudad de los Adelantados", peress li kienet l-ewwel belt universitarja tal-arċipelagu.

L-ekonomija tagħha hija orjentata lejn in-negozju filwaqt li l-agrikoltura tiddomina l-porzjon tal-Grigal tal-belt. Iż-żona urbana tiddomina l-partijiet ċentrali u tan-Nofsinhar. It-turiżmu jkopru l-kosta tat-Tramuntana. L-industrija prinċipali tinkludi xi manifatturar. Iż-żona industrijali hija magħmula mis-sottodiviżjonijiet prinċipali ta' Majuelos, Las Torres de Taco, Las Mantecas u Las Chumberas. F'din il-belt wieħed isib id-dar leġġendarja tal-fatat ta' Catalina Lercaro, kif ukoll il-ġisem intatt ta' Sor María de Jesús, u l-Kristu ta' La Laguna (Cristo de La Laguna). Binja emblematika oħra tal-belt hija l-Katidral ta' La Laguna, li huwa l-katidral Kattoliku ta' Tenerife u d-djoċesi tiegħu (id-Djoċesi ta' Tenerife).

Figuri storiċi importanti oħra tal-belt kienu Amaro Pargo, wieħed mill-kursara famużi tal-Epoka tad-Deheb tal-Piraterija, u José de Anchieta, qaddis, missjunarju u l-fundatur Kattoliku tal-bliet ta' São Paulo u ta' Rio de Janeiro fil-Brażil.

Fl-2010, wara stħarriġ li sar, La Laguna ġiet elenkata bħala l-belt l-aqwa reputazzjoni fil-Gżejjer Kanarji u t-tielet belt kapitali provinċjali ta' Spanja bl-aqwa reputazzjoni, wara Gijon u Marbella.[4]

Etimoloġija immodifika

Għall-ewwel il-belt kienet tissejjaħ Aguere mill-aboriġini Guanches (l-isem għadu jintuża fil-letteratura). Iktar 'il quddiem il-belt ġiet stabbilita bħala Villa de San Cristóbal de La Gran Laguna, li jfakkar għadira jew lag li kien hemm fil-post fl-imgħoddi. Iktar 'il quddiem il-belt ġiet stabbilita bħala San Cristóbal de La Laguna, u spiss tissejjaħ fil-qosor bħala La Laguna (il-lag).

Stemma immodifika

L-istemma ngħatat mir-Reġina Joanna ta' Kastilja fit-23 ta' Marzu 1510, bħala parti mill-gżira ta' Tenerife. Il-belt ta' La Laguna, peress li kienet il-belt kapitali tal-gżira matul l-ewwel żminijiet wara l-Konkwista, adottat din l-istemma waħedha. Fiha gżira b'vulkan jiżbroffa, fuq il-mewġ, bejn kastell u iljun, u fuq nett l-Arkanġlu San Mikiel, b'lanza f'id u b'tarka f'idu l-oħra. Fil-burduri tal-istemma hemm il-kitba Michael Arcangele Veni in Adjutorium Populo Dei Thenerife Me Fecit. Dawn l-elementi jissimbolizzaw l-inkorporazzjoni tal-gżira ta' Tenerife mal-Kuruna ta' Kastilja u l-evanġelizzazzjoni tagħha taħt il-patrunaġġ ta' San Mikiel.

 
Parti mill-pjazza ċentrali ta' La Laguna.

Sottodiviżjonijiet immodifika

  • La Verdellada
  • Viña Nava
  • El Coromoto
  • San Benito
  • El Bronco
  • La Cuesta
  • Taco
  • Tejina
  • Valleguerra
  • Bajamar
  • Punta del Hidalgo
  • Geneto
  • Los Baldios
  • Guamasa
  • El Ortigal
  • Las Mercedes
  • El Batan
  • Las Carboneras
  • San Diego
  • Las Gavias

Klima immodifika

Minħabba l-aspett tat-Tramuntana tal-belt li taqbad l-indewwa mill-irjieħ prevalenti mill-Grigal, San Cristóbal de La Laguna għandha klima Mediterranja (Köppen: Csb) li tikkuntrasta mal-klima arida ta' bliet oħra fil-Gżejjer Kanarji, b'minn tliet darbiet sa ħames darbiet iktar preċipitazzjoni mix-xaqlibiet tan-Nofsinhar, b'madwar għaxra fil-mija inqas sigħat ta' xemx, u umdità ogħla b'madwar għaxra fil-mija s-sena kollha. Minkejja l-elevazzjoni tagħha, l-influwenzi marittimi u sottotropikali jżommu t-temperatura 'l fuq mit-temperatura tal-iffriżar is-sena kollha.

Data klimatika għal La Laguna (1991-2020) – l-Ajruport tat-Tramuntana ta' Tenerife (altitudni: 632 metru jew 2,073 pied), temp. estremi mill-1944
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 25.9

(78.6)

33.7

(92.7)

30.6

(87.1)

33.0

(91.4)

37.6

(99.7)

37.9

(100.2)

41.4

(106.5)

41.2

(106.2)

38.0

(100.4)

35.0

(95.0)

31.0

(87.8)

25.2

(77.4)

41.4

(106.5)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 16.3

(61.3)

16.8

(62.2)

18.0

(64.4)

18.7

(65.7)

20.5

(68.9)

22.3

(72.1)

24.4

(75.9)

25.9

(78.6)

24.7

(76.5)

22.8

(73.0)

19.6

(67.3)

17.4

(63.3)

20.6

(69.1)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 13.3

(55.9)

13.5

(56.3)

14.3

(57.7)

14.9

(58.8)

16.5

(61.7)

18.3

(64.9)

20.2

(68.4)

21.5

(70.7)

20.6

(69.1)

19.2

(66.6)

16.5

(61.7)

14.5

(58.1)

17.0

(62.6)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 10.3

(50.5)

10.1

(50.2)

10.6

(51.1)

11.2

(52.2)

12.4

(54.3)

14.2

(57.6)

16.0

(60.8)

17.0

(62.6)

16.6

(61.9)

15.5

(59.9)

13.5

(56.3)

11.6

(52.9)

13.3

(55.9)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) 3.2

(37.8)

3.4

(38.1)

2.0

(35.6)

5.2

(41.4)

6.6

(43.9)

8.8

(47.8)

10.0

(50.0)

6.6

(43.9)

10.0

(50.0)

9.4

(48.9)

7.8

(46.0)

5.7

(42.3)

2.0

(35.6)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 72.2

(2.84)

65.5

(2.58)

67.9

(2.67)

37.5

(1.48)

17.5

(0.69)

9.9

(0.39)

7.3

(0.29)

6.5

(0.26)

12.7

(0.50)

55.8

(2.20)

90.3

(3.56)

76.9

(3.03)

520

(20.49)

Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni 7.7 7.2 7.3 6.2 3.7 2.7 2.1 1.1 2.5 7.3 8.9 8.3 65
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 145 159 188 197 222 215 257 272 223 190 140 125 2,333
Sors: Météo Climat[5]

Storja immodifika

 
San Cristóbal de La Laguna fl-1880.

Il-post fejn il-belt hija mibnija kien tal-Menceyato de Anaga, li kien wieħed mid-disa' renji tal-aboriġini Guanche fil-gżira sal-konkwista tar-Renju ta' Kastilja. Huwa magħruf ukoll li l-wied kollu ta' Aguere (fejn tinsab il-belt) u speċjalment il-lag il-kbir li kien hemm fl-imgħoddi, kien post ta' pellegrinaġġ għall-aboriġini tal-gżira.[6]

Il-Battalja ta' Aguere ġiet miġġielda hawnhekk fl-1494. Il-belt ġiet stabbilita bejn l-1496 u l-1497 minn Alonso Fernández de Lugo u kienet il-belt kapitali tal-gżira wara l-konklużjoni tal-konkwista tal-gżejjer. Iktar 'il quddiem il-belt saret ukoll il-kapitali tal-Gżejjer Kanarji kollha. Fl-1582, il-belt batiet minħabba l-epidemija tal-pesta s-sewda li wasslet għal bejn 5,000 u 9,000 imwiet.[7]

Il-konfigurazzjoni tal-belt, it-toroq tagħha u l-ambjent tagħha huma elementi kondiviżi ma' bliet kolonjali oħra fl-Amerki u Ħavana Antika f'Kuba, Campeche fil-Messiku, Cartagena de Indias fil-Kolombja, jew San Juan de Puerto Rico, fost oħrajn, ladarba l-pjanta urbana tal-belt ta' La Laguna kienet il-mudell għal dawn il-bliet.[8]

Iż-żona qrib il-kosta iktar 'il quddiem ġiet attakkata mill-pirati. L-Università ta' La Laguna ġiet stabbilita fl-1701.

Tnaqqis fil-popolazzjoni u fl-ekonomija fis-seklu 18 irriżultaw fit-trasferiment tal-belt kapitali lejn Santa Cruz de Tenerife fl-1723. Minn dak iż-żmien 'l hawn Santa Cruz saret il-belt kapitali tal-gżira ta' Tenerife u l-unika belt kapitali tal-Gżejjer Kanarji sal-1927. Minn dik is-sena 'l quddiem, il-belt kapitali tal-arċipelagu ġiet kondiviża mal-belt ta' Las Palmas de Gran Canaria.

L-Ajruport tat-Tramuntana ta' Tenerife f'Los Rodeos infetaħ fis-snin 30 tas-seklu 20 u llum il-ġurnata qed jespandi bl-użu tal-linji tal-ajru low cost.

Il-belt ġiet iddikjarata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-2 ta' Diċembru 1999.[1] Diversi toroq ta' importanza storika ġew magħluqa għat-traffiku tal-karozzi. La Laguna spiss ġiet imsejħa l-"Firenze tal-Gżejjer Kanarji", minħabba l-għadd kbir ta' knejjes u kunventi tagħha, kif ukoll iċ-ċentru storiku u l-binjiet storiċi tagħha.[9] Dan anke minħabba l-fatt li l-belt kienet in-nieqa jew is-sede ta' diversi movimenti artistiċi u kulturali differenti li mbagħad ġew esportati lejn il-bqija tal-arċipelagu tal-Kanarji, speċjalment fl-isfera reliġjuża bħall-Ġimgħa Mqaddsa, jew peress li kienet in-nieqa fil-Kanarji tal-moviment tal-Illuminazzjoni, imsejjaħ ukoll is-"Seklu tad-Dwal".[10] Dan iffavurixxa t-tkattir, speċjalment fil-perjodu Barokk (is-sekli 17-18), ta' skulturi, pitturi u arkitetti notevoli li eżerċitaw xogħolhom fil-belt u xi kultant esportaw ix-xogħlijiet tagħhom lejn il-bqija tal-arċipelagu.

Dan l-aħħar instabu diversi mini, passaġġi u postijiet taħt l-art li jmorru lura għal perjodu eżatt wara l-istabbiliment tal-belt. Dawn il-mini xi kultant jinsabu taħt binjiet ikoniċi ħafna bħall-Iglesia de la Concepción, il-Katidral ta' La Laguna u l-eks Kunvent ta' Santu Wistin, fost oħrajn. Ir-riċerkaturi jemmnu li l-belt attwali ta' La Laguna ġiet olzata, għaliex issa ma għandhiex l-istess pjan terran bħal meta ġiet stabbilita. F'xi postijiet hija ogħla b'iktar minn metru u dak li hemm taħt ġie midfun.

Sit ta' Wirt Dinji immodifika

San Cristóbal de La Laguna ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1999.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Attrazzjonijiet ewlenin immodifika

  • Katidral ta' La Laguna: b'faċċata Neoklassika (1819).
  • Iglesia de la Concepción: kienet l-ewwel parroċċa li nbniet fil-gżira ta' Tenerife.
  • Ċentru Storiku: tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO minħabba l-konfigurazzjoni tat-toroq li serviet bħala mudell għall-kostruzzjoni ta' xi bliet ewlenin tal-Amerka Latina. Fih hemm bosta binjiet bi stil kolonjali, b'gallariji tal-injam u bi btieħi kbar bis-siġar u bil-fjuri fiċ-ċentru tagħhom.
  • Real Santuario del Santísimo Cristo de La Laguna: wieħed mill-iżjed tempji importanti fil-belt u fil-gżira, bix-xbieha meqjuma ta' Kristu fuq ġewwa, popolari ħafna fl-arċipelagu.
  • Università ta' La Laguna: l-ewwel università stabbilita fil-Gżejjer Kanarji.
  • Casa Anchieta: il-post fejn twieled San José de Anchieta, meqjus mill-Knisja Kattolika bħala Appostlu tal-Brażil.
  • Palazz ta' Salazar: il-palazz tal-familja Salazar de Frías; attwalment tintuża bħala s-sede tal-isqof tad-Djoċesi ta' Tenerife. Fuq ġewwa tal-binja tispikka l-Kappella tal-Isqof, frott ix-xogħol ta' grupp internazzjonali u ekumeniku mmexxi mill-Ġiżwita Sloven, Marko Ivan Rupnik, b'mużajk Neo-Biżantin li jirrappreżenta l-misteru ta' Pentekoste.
  • Palazz ta' Nava: eżempju tal-arkitettura tal-Kanarji li jikkombina elementi tal-arkitettura tal-Barokk, tan-Neoklassiċiżmu u tal-Manjeriżmu.
  • Knisja ta' Santo Domingo de Guzmán: waħda mill-eqdem knejjes fil-belt; fiha hemm il-qabar tal-kursar famuż Amaro Pargo.
  • Instituto Canarias Cabrera Pinto: l-eqdem skola sekondarja fl-arċipelagu li għadha tintuża.
  • Teatro Leal: mibni fl-1915.
  • Plaza del Adelantado: il-pjazza prinċipali tal-belt imdawra b'bosta binjiet interessanti: il-muniċipju (Casa del Corregidor), il-Palazz ta' Nava, il-Kunvent ta' Santa Catalina de Siena u l-eremitaġġ ta' San Mikiel l-Arkanġlu.
  • Mużew tal-Istorja ta' Tenerife: (Palacio Lercaro) mużew li jippreżenta l-istorja tal-gżira mis-seklu 15 sal-preżent. Il-mużew huwa magħruf ukoll għaliex fih allegatament jidher il-fatat ta' Catalina Lercaro, żagħżugħa mis-seklu 16 li wettqet suwiċidju.
 
Il-Katidral ta' La Laguna.

Folklor immodifika

La Laguna tospita għadd ta' gruppi folkloristiċi magħrufa sew tal-Gżejjer Kanarji. La Laguna inħolqot madwar diversi gruppi folkloristiċi.

Festi u btajjel immodifika

Romería de San Benito Abad immodifika

Ir-Romería Regional de San Benito Abad, hija romeria popolari li titqies bħala l-iżjed rappreżentattiva tal-Gżejjer Kanarji, u tinvolvi gruppi li jiġu minn kull rokna tal-arċipelagu. Din tiġi ċċelebrata fit-tieni Ħadd ta' Lulju[11] u titqies fost l-iktar romeria importanti fi Spanja.[12] In-nies jilbsu kostumi tradizzjonali u t-toroq jiġu mżejna b'prodotti tipiċi fil-karrettuni tal-bhejjem. Fil-belt kollha jkun hemm ukoll mużika folkloristika tal-Kanarji.

Btala tal-Kristu ta' La Laguna immodifika

Din il-btala tiġi ċċelebrata kull 14 ta' Settembru f'ġieħ ix-xbieha ta' Kristu meqjuma ħafna fiI-Gżejjer Kanarji, dik ta' Cristo de La Laguna. Għal dan l-avveniment jiġu n-nies mill-arċipelagu kollu. Din hija l-btala ewlenija tal-belt.[13]

Ġimgħa Mqaddsa immodifika

Il-Ġimgħa Mqaddsa fil-belt ta' San Cristóbal de La Laguna hija l-iżjed iċċelebrata bil-kbir fil-Gżejjer Kanarji. Il-Ġimgħa Mqaddsa fiha elementi ta' valur storiku u artistiku kbir, fosthom il-Cristo de La Laguna msemmi hawn fuq, u x-xirkiet tal-festa, uħud minnhom antiki sekli sħaħ u li adottaw l-użu tal-kappa fis-seklu 19, u jirkbu fuq karrettuni bir-roti fit-toroq tal-belt.[14]

Ġemellaġġi immodifika

 
Amaro Pargo.

Nies immodifika

Referenzi immodifika

  1. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "San Cristóbal de La Laguna". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-27.
  2. ^ "SAN CRISTOBAL DE LA LAGUNA - ARQUITECTURA Y CONSTRUCCION". web.archive.org. 2009-01-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-01-05. Miġbur 2022-09-26.
  3. ^ "Dracma". dracma.free.fr. Miġbur 2022-09-26.
  4. ^ "Estadísticas de Merco Ciudad". web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-02.
  5. ^ "Météo climat stats | Moyennes 1991/2020 / Données Météorologiques Gratuites". meteo-climat-bzh.dyndns.org. Miġbur 2022-09-26.
  6. ^ "LA LAGUNA La ciudad de los sentidos MV137". www.elmundo.es. Miġbur 2022-09-26.
  7. ^ "La peste" (PDF).
  8. ^ "La Laguna: ciudad colonial en Tenerife - Viajes - ElNuevoHerald.com". archive.ph. 2013-04-09. Miġbur 2022-09-26.
  9. ^ Hernández Gutiérrez, A. Sebastián; González Chaves, Carmen Milagros (2008). Arquitectura para la ciudad burguesa: Canarias, siglo XIX (bl-Ispanjol). Gobierno de Canarias. p. 237. ISBN 978-84-7947-469-0.
  10. ^ "Programa de la Semana Santa de La Laguna 2014" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2014-09-05. Miġbur 2022-09-26.
  11. ^ "Romería de San Benito Abad. Fiestas en San Cristóbal de la Laguna | spain.info en español". Spain.info (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-09-26.
  12. ^ "Miles de romeros en San Benito, hacen hoy a La Laguna la capital de Canarias". abc (bl-Ispanjol). 2016-07-09. Miġbur 2022-09-26.
  13. ^ "Cristo de La Laguna. El Cristo". web.archive.org. 2007-08-23. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-08-23. Miġbur 2022-09-26.
  14. ^ "Semana Santa en La Laguna 2010 | Sobre Canarias : Sobre Canarias". sobrecanarias.com (bl-Ispanjol). 2010-02-22. Miġbur 2022-09-26.
  15. ^ "El acto de hermanamiento de la ciudad de Colima con San Cristóbal de La Laguna se celebra el próximo 2 de mayo". Tagoror Digital (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-09-26.