Cáceres (Spanja)

belt f'Extremadura, Spanja

Cáceres (bl-Ispanjol: [ˈkaθeɾes]) hija belt li tinsab fil-komunità awtonoma ta' Extremadura, Spanja. Hija l-belt kapitali u l-iżjed muniċipalità popolata tal-provinċja ta' Cáceres.

Cáceres (Spanja)
 Spanja
Amministrazzjoni
Stat sovranSpanja
Autonomous community of SpainExtremadura
Provinċja ta' Spanjaprovinċja ta' Cáceres
Kap tal-Gvern Luis Salaya (en) Translate
Isem uffiċjali Cáceres
Ismijiet oriġinali Cáceres
Kodiċi postali 10001–10005, 10195
Ġeografija
Koordinati 39°28′23″N 6°22′16″W / 39.4731°N 6.3711°W / 39.4731; -6.3711Koordinati: 39°28′23″N 6°22′16″W / 39.4731°N 6.3711°W / 39.4731; -6.3711
Cáceres (Spanja) is located in Spain
Cáceres (Spanja)
Cáceres (Spanja)
Cáceres (Spanja) (Spain)
Superfiċjenti 1,750,330,000 metru kwadru
Għoli 459 m
Fruntieri ma' Alcuéscar (en) Translate, Aldea del Cano (en) Translate, Aliseda (en) Translate, Botija (en) Translate, Brozas (en) Translate, Carmonita (en) Translate, Casar de Cáceres (en) Translate, Casas de Don Antonio (en) Translate, Cordobilla de Lácara (en) Translate, Garrovillas de Alconétar (en) Translate, Herreruela (en) Translate, Malpartida de Cáceres (en) Translate, Mérida, Montánchez (en) Translate, Plasenzuela (en) Translate, Puebla de Obando (en) Translate, Santiago del Campo (en) Translate, Sierra de Fuentes (en) Translate, Torremocha (en) Translate, Torreorgaz (en) Translate, Torrequemada (en) Translate, Arroyo de la Luz (en) Translate, Talaván (en) Translate, Trujillo (en) Translate, Santa Marta de Magasca (en) Translate, Badajozu Alburquerque (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 96,215 abitanti (2023)
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC+1
bliet ġemellati Netanya, Blois (en) Translate, Gaża, Santiago de Compostela, La Roche-sur-Yon (en) Translate, Castelo Branco (en) Translate, Portalegre (en) Translate, Piano di Sorrento (en) Translate, Santo Domingo Province (en) Translateu Quillota Province (en) Translate
ayto-caceres.es

Cáceres tinsab qabel is-Sierra de la Mosca[1], katina mudesta ta' għoljiet. Hija parti mill-Vía de la Plata ("Rotta tal-Fidda") tal-Pellegrinaġġ ta' San Ġakbu li tgħaddi mill-Punent tal-Peniżola Iberika mit-Tramuntana għan-Nofsinhar.

Il-muniċipalità għandha erja ta' 1,750.33 km2 (675.81 mil kwadru), l-ikbar fi Spanja. Fl-2014 il-popolazzjoni tal-belt kienet tammonta għal madwar 96,000 ruħ. Il-belt iffortifikata Medjevali ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[2]

Kien hemm insedjamenti qrib Cáceres minn żmien il-preistorja. Evidenza ta' dan tinstab fl-għerien ta' Maltravieso u ta' El Conejar.[3] Il-belt ġiet stabbilita mir-Rumani fil-25 Q.K.

Iċ-ċentru storiku (Parte Antigua) għad għandha s-swar antiki tagħha; dan il-parti tal-belt hija magħrufa sew għall-bosta bejtiet taċ-ċikonji. Is-swar jipproteġu ambjent ta' belt Medjevali bl-ebda sinjal ta' modernità, u minħabba f'hekk bosta programmi u films televiżivi nħadmu hemmhekk.[4][5] L-Università ta' Extremadura, u żewġ osservatorji astronomiċi, jinsabu f'Cáceres. Il-belt hija s-sede wkoll tad-Djoċesi Kattolika Rumana ta' Coria-Cáceres.

Cáceres ġiet iddikjarata Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986 minħabba t-taħlita ta' arkitetturi Rumani, Għarab, Gotiċi tat-Tramuntana u Rinaxximentali Taljani. B'kollox hemm tletin torri minn żmien il-Musulmani f'Cáceres, u l-iżjed wieħed famuż huwa t-Torre de Bujaco.

 
L-Għar ta' Maltravieso.

L-oriġini ta' Cáceres imorru lura għall-preistorja, kif joħroġ fid-dieher mit-tpittir fl-Għar ta' Maltravieso. L-għar fih mijiet ta' pitturi, inkluż l-eqdem tpittir fl-għerien fid-dinja tal-kontorn ta' id bl-aħmar li għandha iktar minn 67,000 sena. Din saret 20,000 sena qabel il-wasla tal-Homo sapiens fl-Ewropa u b'hekk huwa maħsub li t-tpittir sar min-Neanderthal.[6] Il-viżitaturi jistgħu jaraw fdalijiet minn żmien il-Medju Evu, mill-okkupazzjoni Rumana, mill-okkupazzjoni Għarbija u mill-epoka tad-deheb tal-kultura Lhudija fi Spanja. Cáceres għandha erba' żoni prinċipali li jistgħu jiġu esplorati: iċ-ċentru storiku, il-kwartier Lhudi, iċ-ċentru modern u l-periferiji.[7]

L-ewwel evidenza ta' bnedmin li għexu f'Cáceres tmur lura għall-era Paleolitika Aħħarija, għall-ħabta tal-25,000 Q.K. Cáceres bħala belt ġiet stabbilita bħala Castra Caecilia minn Quintus Caecilius Metellus Pius u bdiet tikseb l-importanza bħala belt strateġika taħt l-okkupazzjoni Rumana, u minn fdalijiet li nstabu fil-belt jidher ċar li diġà mill-25 Q.K. kienet belt fejn kien qed joktor il-ġid. Xi fdalijiet tal-ewwel swar tal-belt li nbnew mir-Rumani fis-sekli 3 u 4 għadhom jeżistu, inkluż daħla, l-Arco del Cristo.

 
Iċ-ċentru storiku tal-belt.

Wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent, il-belt ġiet okkupata mill-Viżigoti, u daħlet f'perjodu ta' deklin sal-ħakma tal-Għarab fis-seklu 8. Il-belt qattgħet il-ftit sekli ta' wara l-iktar taħt it-tmexxija tal-Għarab, għalkemm is-setgħa alternat diversi drabi bejn l-Għarab u l-Kristjani. Matul dan iż-żmien, l-Għarab reġgħu bnew il-belt, inkluż is-swar, palazzi, u diversi torrijiet, inkluż it-Torre de Bujaco. Cáceres reġgħet inħakmet mill-Kristjani fis-seklu 13 (1229). Matul dan il-perjodu l-belt kellha kwartier importanti tal-Lhud: fis-seklu 15 meta l-popolazzjoni totali kienet tlaħħaq l-2,000 ruħ, kważi 140 familja Lhudija kienet tgħix f'Cáceres. Il-popolazzjoni Lhudija ġiet imkeċċija mir-Reġina Isabella u Ferdinandu ta' Aragona fl-1492, iżda ħafna fdalijiet tal-preżenza Lhudija tal-perjodu għadhom viżibbli llum il-ġurnata fil-Barrio San Antonio.

Cáceres iffjorixxiet matul ir-Reconquista u l-Iskoperta tal-Amerki, meta bosta familji influwenti u nobbli Spanjoli bnew id-djar u l-palazzi ż-żgħar tagħhom hemmhekk, u bosta membri tal-familji minn Extremadura pparteċipaw fi vjaġġiu lejn l-Amerki fejn stagħnaw. Fis-seklu 19, Cáceres saret il-belt kapitali tal-provinċja, u dan immarka perjodu ta' tkabbir li waqaf ħesrem minħabba l-Gwerra Ċivili Spanjola. Illum il-ġurnata, is-sede tal-università kif ukoll diversi dipartimenti tal-gvern reġjonali jinsabu f'Cáceres.

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Iċ-Ċentru Storiku ta' Cáceres fi Spanja ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986 u ż-żona ta' lqugħ tas-sit ġiet immodifikata fl-2016.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[2]

Il-belt ta' Cáceres tinsab fil-provinċja ta' Cáceres fir-reġjun ta' Extremadura tal-Punent ċentrali ta' Spanja. Il-belt għandha klima Mediterranja bi sjuf sħan (Köppen: Csa) li hija wkoll miti bis-saħħa tal-prossimità tagħha mal-Oċean Atlantiku. Fix-xitwa, it-temperatura medja ma taqbiżx massimu ta' 14 °C (57 °F), u tilħaq minimu ta' 8 °C (46 °F), bi ftit ġlata. Fis-sajf, it-temperatura massima medja tkun 34 °C (93 °F) u t-temperatura minima medja tkun 19 °C (66 °F). Ix-xita tinżel qliel fix-xhur ta' Ottubru, Novembru, Marzu, April u Mejju, iżda tinżel b'mod intermittenti ħafna.[8]

Data klimatika għal Cáceres, 459 m 'il fuq mil-livell tal-baħar (1991-2020, temp. estremi mill-1920)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 21.2

(70.2)

23.0

(73.4)

26.8

(80.2)

31.2

(88.2)

36.6

(97.9)

42.0

(107.6)

44.0

(111.2)

44.3

(111.7)

42.6

(108.7)

37.0

(98.6)

27.2

(81.0)

21.0

(69.8)

44.3

(111.7)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 12.2

(54.0)

14.2

(57.6)

17.6

(63.7)

19.9

(67.8)

24.5

(76.1)

30.3

(86.5)

34.0

(93.2)

33.7

(92.7)

28.7

(83.7)

22.4

(72.3)

16.1

(61.0)

12.7

(54.9)

22.2

(72.0)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 8.1

(46.6)

9.4

(48.9)

12.3

(54.1)

14.3

(57.7)

18.3

(64.9)

23.2

(73.8)

26.4

(79.5)

26.3

(79.3)

22.3

(72.1)

17.3

(63.1)

11.8

(53.2)

8.8

(47.8)

16.6

(61.9)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 4.0

(39.2)

4.6

(40.3)

6.9

(44.4)

8.7

(47.7)

12.0

(53.6)

16.1

(61.0)

18.9

(66.0)

19.0

(66.2)

15.9

(60.6)

12.1

(53.8)

7.6

(45.7)

4.9

(40.8)

10.9

(51.6)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −5.6

(21.9)

−5.6

(21.9)

−3.6

(25.5)

−1.4

(29.5)

2.8

(37.0)

5.4

(41.7)

10.0

(50.0)

9.0

(48.2)

4.8

(40.6)

2.4

(36.3)

−2.2

(28.0)

−5.4

(22.3)

−5.6

(21.9)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 53.6

(2.11)

50.9

(2.00)

54.3

(2.14)

52.6

(2.07)

47.3

(1.86)

12.8

(0.50)

4.7

(0.19)

6.7

(0.26)

31.8

(1.25)

82.7

(3.26)

79.6

(3.13)

67.2

(2.65)

544.2

(21.42)

Medja ta' Jiem ta' Preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 7.2 6.2 6.7 7.6 6.4 2.2 0.6 1.0 3.7 7.5 7.9 7.9 64.9
Medja ta' Sigħat ta' Xemx fix-Xahar 156 185 232 260 310 353 391 359 274 214 163 137 3,034
Sors: Météo Climat[9]
Data klimatika għal Cáceres, 459 m 'il fuq mil-livell tal-baħar (1982-2010)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 21.2

(70.2)

23.0

(73.4)

26.8

(80.2)

31.2

(88.2)

36.6

(97.9)

42.0

(107.6)

43.2

(109.8)

42.6

(108.7)

42.3

(108.1)

33.8

(92.8)

26.6

(79.9)

21.0

(69.8)

43.2

(109.8)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 12.0

(53.6)

14.0

(57.2)

17.7

(63.9)

19.3

(66.7)

23.7

(74.7)

29.9

(85.8)

33.7

(92.7)

33.2

(91.8)

28.8

(83.8)

22.0

(71.6)

15.9

(60.6)

12.5

(54.5)

21.9

(71.4)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 7.8

(46.0)

9.3

(48.7)

12.2

(54.0)

13.8

(56.8)

17.6

(63.7)

22.9

(73.2)

26.2

(79.2)

26.0

(78.8)

22.4

(72.3)

17.0

(62.6)

11.7

(53.1)

8.7

(47.7)

16.3

(61.3)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 3.7

(38.7)

4.7

(40.5)

6.7

(44.1)

8.3

(46.9)

11.5

(52.7)

16.0

(60.8)

18.8

(65.8)

18.7

(65.7)

16.0

(60.8)

11.9

(53.4)

7.5

(45.5)

4.9

(40.8)

10.7

(51.3)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −5.6

(21.9)

−5.6

(21.9)

−3.6

(25.5)

−1.4

(29.5)

2.8

(37.0)

5.4

(41.7)

10.0

(50.0)

11.0

(51.8)

7.4

(45.3)

2.4

(36.3)

−2.2

(28.0)

−4.6

(23.7)

−5.6

(21.9)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 54

(2.1)

48

(1.9)

36

(1.4)

52

(2.0)

50

(2.0)

20

(0.8)

6

(0.2)

7

(0.3)

30

(1.2)

77

(3.0)

89

(3.5)

77

(3.0)

551

(21.7)

Medja ta' Jiem ta' Preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 7 7 5 7 7 3 1 1 4 8 8 8 64
Medja ta' Sigħat ta' Xemx fix-Xahar 156 175 232 247 297 336 379 348 261 205 158 129 2,922
Sors 1: Agencia Estatal de Meteorología[10]
Sors 2: Agencia Estatal de Meteorología[11]

Ċentru storiku

immodifika
 
Il-Palazz ta' Las Veletas.
 
Il-Knisja ta' San Franġisk Javier.
 
Il-Palazz ta' Los Golfines de Abajo.
 
Il-Kon-Katidral ta' Santa Marija.

Il-"Belt Monumentali ta' Cáceres" ġiet iddikjarata mill-Kunsill tal-Ewropa bħala t-Tielet Kumpless Monumentali tal-Ewropa fl-1968 (wara Praga u Tallinn) u bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986.[2] Cáceres ingħatat ukoll premjijiet oħra: Pomme d'Or għall-"Merti għat-Turiżmu", mogħti mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti u tal-Kittieba tat-Turiżmu fl-1996; Les Etoiles d'Or du Jumelage, mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea fl-1999; il-Premju Archival mogħti mill-Assoċjazzjoni għall-Irkupru taċ-Ċentri Storiċi fl-2004 u l-Premju taċ-Ċittadini tal-2008 mogħti mill-Assoċjazzjoni tal-Entitajiet tar-Radju u tat-Televiżjoni Diġitali, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Awdjoviżiv taċ-Ċittadini għall-appoġġ li ċ-ċittadini taw għall-kandidatura tal-belt bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura tal-2016. Cáceres hija membru wkoll tan-Networks tat-Toroq ta' Sefarad, tal-Vía de la Plata, u ntgħażlet mill-Komunità Awtonoma bħala l-Kapitali Kulturali ta' Extremadura fl-1992, flimkien mal-isforz ta' solidarjetà tal-amministrazzjonijiet, tal-kumpaniji privati, tal-entitajiet uffiċjali u taċ-ċittadini privati bejn l-2003 u l-2010 biex il-belt issir il-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2016.

Attrazzjonijiet prinċipali

immodifika

Katidrali, knejjes, kunventi u monasteri

immodifika
  • il-Kunvent ta' San Pawl (is-seklu 15);
  • il-Kunvent ta' Santa Klara;
  • il-Kunvent ta' San Ġlormu;
  • il-Kunvent tal-Kumpanija ta' Ġesù, bi stil Barokk, li llum il-ġurnata tintuża għall-wirjiet tal-arti;
  • il-Knisja ta' Santa Marija, katidral mibni fis-seklu 13, bi stil Gotiku;
  • il-Knisja ta' San Mattew, knisja tas-seklu 15 mibnija fis-sit ta' eks moskea;
  • il-Knisja ta' San Franġisk Javier (is-seklu 18), bi stil Barokk;
  • il-Knisja ta' San Ġwann, knisja monastika kbira mibnija bejn is-sekli 13 u 15;
  • il-Knisja ta' San Duminku;
  • il-Monasteru ta' San Marija ta' Ġesù;
  • il-Parroċċa ta' San Blas;
  • il-Parroċċa tal-Madonna tar-Rużarju ta' Fátima;
  • il-Parroċċa tal-Familja Mqaddsa;
  • il-Parroċċa ta' San Ġużepp;
  • il-Parroċċa ta' San Ġwann Macías;
  • l-Eremitaġġ tax-Xemgħat;
  • l-Eremitaġġ tal-Kalvarju;
  • l-Eremitaġġ tal-Paċi;
  • l-Eremitaġġ ta' Sant'Antnin;
  • l-Eremitaġġ ta' Vaquero;
  • l-Eremitaġġ ta' Kristu ta' Amparo;
  • l-Eremitaġġ ta' San Marcos el Nuevo (San Marquino);
  • l-Eremitaġġ ta' San Ildefonso;
  • is-Santwarju tal-Madonna tal-Muntanja.

Edukazzjoni

immodifika
 
It-Torri tal-Palazz ta' Las Cigüeñas.

L-Università ta' Extremadura, stabbilita fl-1973, għandha kampus f'Cáceres.

Trasport

immodifika

Cáceres tinsab qrib l-Awtostrada A-66 minn Sivilja sa Gijón. L-istazzjon ferrovjarju ta' Cáceres taqdi madwar 100,000 passiġġier fis-sens.

Festivals

immodifika
  • Il-Festival tal-Martri (La Fiesta de los mártires) issir f'Jannar.
  • Il-Karnival, il-Festival tax-Xemgħat (La Fiesta de las Candelas) u l-Festa ta' San Blas isiru fi Frar.
  • Il-Festival tal-Għid u s-Semana Santa jsiru matul il-ġimgħa qabel Ħadd il-Għid. Isiru purċissjonijiet fit-toroq dojoq taċ-ċentru storiku.
  • Il-Festival ta' San Ġorġ, isir fit-22 u fit-23 ta' April, u jinvolvi l-ħruq ta' dragun f'ħuġġieġa fil-pjazza prinċipali tar-raħal (La Plaza Mayor), akkumpanjat bil-logħob tan-nar.
  • Il-Festival mużikali WOMAD li jsir fil-bidu ta' Mejju.
  • Il-Ferias de San Fernando jsiru fl-aħħar ta' Mejju.
  • Il-Fleadh Cáceres huwa avveniment kulturali ġdid li ilu jsir mill-2003 bejn ix-xhur ta' Ottubru u Novembru. L-idea ġiet minn Fleadh Cheoil li huwa avveniment mużikali Irlandiż li jsir kull sena f'Awwissu fl-Irlanda.
  • Il-Festival tal-Films ta' Cáceres.
 
L-Isptar tal-Kavallier fiċ-Ċentru Storiku.

Mużewijiet

immodifika
  • Il-Mużew ta' Cáceres - ALJIBE - ospitat f'La Casa de las Veletas y la Casa de los Caballos fiċ-ċentru storiku.
  • La Casa-Museo Árabe, bejn il-Pjazza ta' San Ġorġ u l-Arco del Cristo huwa mużew dwar il-kultura, l-arti u l-fdalijiet tal-Għarab.
  • Museo Concatedral de Cáceres, fil-Pjazza ta' Santa Marija huwa mużew tal-arti reliġjuża.
  • Museo Piedrilla - Guayasamín.

Riżervi naturali u turiżmu rurali

immodifika
  • Il-Park Nazzjonali ta' Monfragüe: huwa magħmul minn 85 km2 (33 mil kwadru) jew 17,852 ettaru. Il-park fih waħda mill-ikbar żoni b'xagħri u b'foresti Mediterranji fi Spanja b'iktar minn 1,400 speċi ta' siġar. Għall-qalb dawk li jħobbu l-għasafar, il-park għandu l-ikbar kolonja ta' avvultun iswed u ta' ajkli imperjali Spanjoli fid-dinja.
  • Il-Monument Naturali ta' Los Barruecos: jinsab 14-il kilometru (9 mili) 'il bogħod mill-belt, fil-lokalità ta' Malpartida de Cáceres. Fih ħaġar enormi tal-granit bl-unika kolonja ta' ċikonji bojod ibejtu fuqhom. Hemm ukoll ġibjun Medjevali u mitħna għall-ħasil tas-suf. Il-kumpless ġie rrestawrat u jospita kollezzjoni sorprendenti ta' arti tal-artist Ġermaniż Wolf Vostell, li kien membru importanti tal-moviment tax-xogħol bis-suf. Ir-rebbiegħa ġġib magħha splużjoni ta' kuluri meta jkun hemm l-inwar tal-ġinestri bojod Spanjoli.
  • Il-pjanuri ta' Cáceres u ta' Trujillo huma protetti bħala Żona tal-Protezzjoni Speċjali għall-għasafar.

Kwartieri

immodifika
  • Ċentru: 26,914-il abitant.
  • Punent (ġdid): 15,726 abitant.
  • Nofsinhar: 14,738 abitant.
  • Mejostilla: 11,484 abitant.
  • Aldea Moret: 6,756 abitant.
  • Ċentru Storiku: 5,799 abitant.
  • Punent: 4,591 abitant.
  • Tramuntana: 4,656 abitant.
  • Lvant: 2,646 abitant.
  • Pedanías (Rincón de Ballesteros Valdesalor u Arroyo-Malpartida Station): 749 abitant.
  • Kumplament: 295 abitant.

Palazzi u vilel

immodifika
  • Palacio de los Golfines de Arriba.
  • Palacio de los Golfines de Abajo. Ir-Reġina Isabella I ta' Kastilja u r-Re Fernando I kienu jgħixu hemmhekk.
  • Palacio del Comendador de Alcuescar.
  • Palacio-Fortaleza de los Torreorgaz, illum lukanda Parador.
  • Palacio de Carvajal (is-seklu 15). Issa huwa s-sede tal-Uffiċċju għall-Patroċinju tat-Turiżmu u tal-Artiġjanat tal-provinċja.

Xiri u gastronomija

immodifika
 
Il-ġobon Torta del Casar.

It-toroq iż-żgħar fiċ-ċentru storiku fihom bosta ħwienet li jbigħu l-prodotti tipiċi. Il-kunventi jbigħu l-ħelu u l-pasti tradizzjonali. L-inbejjed tipiċi ħomor minn Extremadura ma jiswewx ħafna flus u għandhom korporatura sħiħa. Il-likers lokali jinkludu l-liker taċ-ċirasa mill-wied ta' Jerte fil-qrib, jew likers oriġinali oħra bħal tal-qastan u tat-tut. Prodotti oħra tal-provinċja jinkludu l-ġobon tan-nagħaġ (Torta del Casar, li mhux magħmul mill-ħalib tal-mogħoż, iżda bil-ħalib min-nagħaġ tat-tip merino), it-torti tat-tin, il-qastan, il-prieżet u prodotti oħra tal-majjal, il-ħaruf, iż-żejt taż-żebbuġa u l-paprika (pimentón de la Vera).

Il-prieżet ippreservati u l-inbid aħmar jiġu prodotti lokalment u huma uffiċjalment rikonoxxuti mill-gvern Spanjol. Il-ġobon tal-mogħoż u tan-nagħaġ jiġu prodotti minn metodi tradizzjonali u huma rinomati fil-pajjiż kollu. Cáceres hija famuża wkoll għall-istuffat, għal-laħam mixwi (speċjalment il-laħam tal-majjal, tal-ħaruf u tal-annimali tal-kaċċa), il-frak tal-ħobż moqli (migas), it-trota, il-pasti u l-għasel.

 
Logħba tal-basketball fil-Multiusos Ciudad de Cáceres.

Fost it-timijiet sportivi notevoli, Cáceres tospita t-tim tal-assoċjazzjoni tal-futbol CP Cacereño li attwalment jilagħbu fit-Tielet Diviżjoni u t-timijiet professjonali tal-basketball Cáceres Basket, li jilgħab fil-Liga LEB Oro, u l-Club Baloncesto Al-Qazeres, li jilgħab fil-Liga Femenina. Hemm ukoll it-tim tar-Rugby Union Extremadura CAR Cáceres li jilgħab fid-DHB, it-tieni diviżjoni nazzjonali.

Trasport

immodifika

Il-belt moqdija mill-istazzjon ferrovjarju ta' Cáceres. Barra minn hekk, faċċata hemm il-venda tal-karozzi tal-linja, b'diversi karozzi tal-linja b'servizz lejn bliet oħra.

 
It-Torre de Bujaco u l-Eremitaġġ tal-Paċi.

Ġemellaġġi

immodifika
  • Torre de Bujaco (is-seklu 12);
  • Arco de la Estrella (is-seklu 18);
  • Torre de Sande (is-sekli 14-15).

Referenzi

immodifika
  1. ^ Calvo Muñoz, Salvador (2012). "Cáceres, patrimonio natural". Alcántara. Cáceres: Diputación Provincial de Cáceres (75): 121. ISSN 0210-9859.
  2. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Old Town of Cáceres". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-14.
  3. ^ "Paper by Enrique CERRILLO CUENCA on the Conejar Cave" (PDF).
  4. ^ 20minutos (2016-12-02). "El rodaje de Juego de Tronos llega al centro de Cáceres". www.20minutos.es - Últimas Noticias (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-12-14.
  5. ^ ORTIZ, CARLOS (2011-10-19). "Vuelve a Cáceres el rodaje de la serie de TVE sobre Isabel la Católica". El Periódico Extremadura (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-12-14.
  6. ^ D. L. Hoffmann; C. D. Standish; M. García-Diez; P. B. Pettitt; J. A. Milton; J. Zilhão; J. J. Alcolea-González; P. Cantalejo-Duarte; H. Collado; R. de Balbín; M. Lorblanchet; J. Ramos-Muñoz; G.-Ch. Weniger; A. W. G. Pike (2018). "U-Th dating of carbonate crusts reveals Neandertal origin of Iberian cave art". Science. 359 (6378): 912–915.
  7. ^ "Turismo Cáceres". Turismo Cáceres (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-12-14.
  8. ^ "Bot Verification". www.albertharris.me. Miġbur 2022-12-14.
  9. ^ "Climate and average monthly weather in Cáceres (Extremadura), Spain". World Weather & Climate Information. Miġbur 2022-12-14.
  10. ^ Meteorología, Agencia Estatal de. "Cáceres: Cáceres - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government". www.aemet.es (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-14.
  11. ^ Meteorología, Agencia Estatal de. "Extreme values: Cáceres - Absolute extreme values - Selector - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government". www.aemet.es (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-14.