San Franġisk t'Assisi


San Franġisk t'Assisi, imwieled Francesco Giovanni di Pietro Bernardone (Assisi, 26 ta' Settembru 1182 – Assisi, 3 t'Ottubru, 1226) reliġjuż u qaddis Taljan, li waqqaf l-Ordni Franġiskana jew "Il-Patrijiet Minuri". Kien iddikjarat Patrun tal-Italja flimkien ma' Santa Katerina ta' Siena, fl-1939 minn Papa Piju XII. Magħruf ukoll bħala il poverello d'Assisi jew il-fqajjar t'Assisi, il-qabar tiegħu jżuruh eluf kbar ta' pellegrini fis-sena. Il-belt ta' Assisi, saret ħabba fih simbolu ta' paċi, iktar u iktar wara l-laqgħat kbar bejn esponenti ewlenin tar-reliġjonijiet kbar tad-dinja mlaqqgħin mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1986 u fl-2002. F'dinja ta' mibegħda, vjolenza, u gwerer, ħafna jitfgħu ħarsithom fuqu, hu li dejjem xtaq li Alla jagħmel minnu strument tal-paċi tiegħu. Illum San Franġisk huwa wieħed mill-qaddisin l-aktar popolari u meqjuma fid-dinja. Fost il-qaddisin kollha tal-Knisja Kattolika, huwa l-aktar wieħed li jitqies li kien jixbah lil Ġesù, fost l-oħrajn għax saħansitra jingħad li kellu fil-ġisem tiegħu l-istess pjagi ta' Kristu msallab. Imma kien jixbhu fuq kollox għax ipprova jgħix il-Vanġelu ta' Kristu fir-radikalità tiegħu. Lil Alla kien jarah mhux fil-bnedmin imma fil-ħlejjaq kollha ta' madwaru.

San Franġisk t'Assisi

Xbieha ta' San Franġisk t'Assisi f'affresk ta' Cimabue fil-basilika ta' Assisi; jgħidu li din hi ix-xbieha l-iżjed fidila tal-qaddis.
Twelid 26 ta' Settembru 1182
Assisi
Mewt 3 ta' Ottubru, 1226
Assisi
Kanonizzazzjoni 16 ta' Lulju 1228, Assisi minn Papa Gregorju IX
L-ikbar santwarju Basilka ta' San Franġisk t'Assisi, f'Assisi
Festa 4 ta' Ottubru
Attributi Lupu, għasafar, stigmati
Patrun/a L-Italja, l-animali, il-kummerċjanti, ekoloġisti.

Franġisku twieled f'Assisi fl-Umbrija, fil-qalba tal-Italja, lejn l-aħħar tas-seklu tnax. Missieru, kummerċjant għani tad-drappijiet, malli ġie lura minn Franza, lil dak ibnu ried isejjahlu "Francesco", b'rabta ma' Franza li hu tant kien ihobb. Ommu, ta' mara twajba li kienet, għamlet ħilitha biex trawwem fih sa minn ċkunitu mħabba kbira lejn Alla. Fl-iskola tal-parroċċa tgħallem jaqra u jikteb. Kien iħobb il-poeżija, u kellu ġibda qawwija għall-muzika.

Missieru kellu ħafna ambizzjonijiet għal ibnu; kien jittama li ibnu jasal għal pozizzjoni li tgħollih għal kollox 'il fuq mill-foqra u dawk li s-socjetà kienet tqis bhala z-zgħar. Sakemm kellu 23 sena, Franġisk kien il-hena ta' missieru għaliex hu wkoll kien mogħni b'tant xewqat li d-dinja ma titfgħux fil-genb. Kien cert li jekk Franġisk jaqbad l-istess triq tiegħu kellu cans kbir li jirnexxi fil-hajja. Imma missieru ma kienx kuntent għal kollox bih. Franġisk kien jaf ihaddem mohhu biex jaqla' l-flus; imma, imbagħad, hu kien ħali, u jtajjar somom kbar. Zgħazagħ tal-eta tiegħu kienu jixxalaw hafna minn fuq dahru; lilu kienu jarawh bhala l-mexxej tagħhom għaliex mhux biss kien jonfoq, imma kien kapaci wkoll jagħti hajja lill-festi li kienu jigu organizzati. Franġisk kien jigbed lejh l-attenzjoni taz-zgħazagħ ta' Assisi għaliex kien ihobb jitfa' fuqu lbies li jagħti hafna fil-għajn, u jgħaqqad ohrajn miegħu fid-daqq u fil-kant. Minkejja dan, missieru u ommu riedu jkunu generuzi miegħu. Missieru, għalkemm ma kienx japprova dak l-infiq, hassu hieni li ibnu kien tant mahbub u stmat. Ommu kienet qed tapprezza hafna l-kwalitajiet tajbin ta' binha; għalkemm ihobb il-hajja, Franġisk kien dejjem ta' mgiba tajba, nobbli fi kliemu u għemilu, u ta' qalb kbira mal-foqra.

Il-Gwerra

immodifika

Fil-gwerra li nqalgħet bejn Assisi u Peruġja, Franġisku ta s-sehem tiegħu. Dawk ta' beltu sofrew telfa, u hu nnifsu waqa' prigunier. Dak kien zmien meta Franġisk beda jirrifletti fuq il-veru valur tal-hajja. Wara sena magħluq fil-habs, Franġisk waqa' f'marda li hadet fit-tul. Imma malli fieq mill-marda tiegħu, lilu malajr reggħu rikbuh l-ambizzjonijiet ta' qabel, u telaq lejn il-Pulja bit-tama li jinhatar Kavallier. Imma bilkemm beda dak il-vjagg, li kellu holma li qegħlitu jirrifletti hafna. X'inhu l-ahjar timxi wara l-Imgħallem jew wara l-qaddej? Franġisk ma ddubitax liema kellha tkun l-għazla tiegħu. Imma hu ma kienx fehem x'kellu jagħmel.

Il-Konverżjoni

immodifika

Lura lejn Assisi, beda għal Franġisk zmien ġdid. Hu qisu nesa l-ħbieb tal-imgħoddi, u ntafa' f'hajja ta' gabra. F'għar fqajjar maqtugħ mill-ħsejjes tal-belt, Franġisk fit-tnehid talab mingħand Alla dawl biex jurih x'ried minnu. Franġisk, zagħzugħ imrobbi fil-fsied, kellu bhal stmerrija mill-mard tal-gdiem. Imma, f'dan iz-zmien ta' xejra gdida għal hajtu, hu għamel rebha kbira fuq in-natura dgħajfa tiegħu meta, b'imhabba sinciera, għannaq miegħu u bies bniedem milqut mill-gdiem. Ftit wara din il-grajja, Kristu Msallab qanqlu meta jingħad li kellmu għall-ewwel darba, u mlielu lil qalbu b'imhabba kbira lejn it-tbatijiet li l-Mulej kien garrab f'hajtu.

Franġisk baqa' generuz bhalma kien qabel; imma dawk li sthoqqilhom il-generozità tiegħu kienu ohrajn. L-imgiddmin dehrulu l-izjed mitluqin fost il-morda; għalhekk, hu habbhom b'imhabba specjali. Barra minn dan, minflok ma tajjar flusu f'divertimenti, Franġisk beda jqassam hafna karità lill-foqra, u ma qatax milli jgħin lill-knejjes foqra tal-belt ta' Assisi u lis-sacerdoti li kienu jiehdu hsiebhom. Knisja għaziza għal qalbu kienet dik ta' San Damjan. F'dik il-knisja ckejkna u fi stat hazin, hu sama' lehen mill-Kurcifiss impingi li kien imdendel wara l-altar. Dan stiednu biex isewwi l-Knisja tiegħu li kienet qed tiggarraf.

Franġisk kien għadu ma fehemx tajjeb x'ried Alla mingħandu. Imma hu beda jintebah li l-Mulej riedu jagħti hajtu għas-servizz tal-Knisja. Għal xi zmien, Franġisk halla daru, ingabar fil-knisja ta' San Damjan, u għamel dak li s-sacerdot tal-post talab mingħandu.

Il-Proċess quddiem l-Isqof

immodifika
 
Giotto, San Francesco rinuncia alle vesti, Basilica Superiore di Assisi

Missieru kien għadu jittama li dak ma kienx hlief zmien qasir ta' krizi. Imma, meta baqa' jara 'l ibnu mitfugħ fuq attivitajiet li 'l dak il-missier dehru jbaxxuh, missieru ha decizjoni li għal Franġisk fissret hajja gdida. Quddiem missier irrabjat u fil-preżenza tal-Isqof Gwido ta' Assisi li kien qed jagħmilha ta' mħallef, Franġisk iddikjara li jichad għal kull wirt li kien imissu minn missieru. "Mil-lum 'il quddiem", stqarr iż-żagħżugħ Franġisku, "ngħid: Missierna, li inti fis-smewwiet".

Issa Franġisku kien cert x'kellha tkun it-triq ta' hajtu. Hu libes libsa fqajra b'salib fuqha, u dak li kien jixtieq isir "Kavallier tad-dinja", sejjah lilu nnifsu "Kavalier tar-Re l-Kbir". Franġisk beda sentejn ta' hajja iebsa maqtugħ għalih wahdu, mogħti għat-talb u għall-penitenza. Hu għex ukoll jaqdi u jitlob f'xi monasteri benedittini, u għamel fihom il-hidmiet l-izjed umli u l-izjed ibsin. Kienu għadhom f'moħħu l-kelmiet tal-Kurċifiss ta' San Damjan li qallu: "Sewwi l-Knisja tiegħi". Franġisk accetta dawk il-kelmiet kif daqqew f'widnejh; għalhekk, hu ntafa' biex isewwi l-hsara li kien fihom tliet knejjes ckejknin ta' madwar Assisi: dawk ta' San Damjan, San Pietro della Spina, u Santa Marija tal-Angli.

Franġisk kien qed jistenna għal darb'ohra l-lehen ta' Alla. Hu ma ġġarrafx quddiem id-disprezz ta' dawk li fl-imgħoddi kienu hbiebu; imma hu lanqas ma ntefaħ bl-ammirazzjoni ta' dawk li raw fih bidla tal-għageb. Darba, waqt li fil-knisja ta' S. Marija tal-Angli sama' l-qari tal-Vangelu, hu ntlaqat minn kelmiet li hasshom qed jingħadu għalih. Kienu l-kelmiet li Kristu bihom habbar x'kellha tkun il-missjoni tal-appostli, u l-hajja ta' faqar li kienu sejrin jgħixu. Sacerdot fissirlu dawk il-kelmiet tal-Mulej, u hu sama' t-tifsira bil-ferh għaliex Alla rrivelalu li dawk kienu jgħoddu għalih ukoll. Minn dak il-waqt 'il quddiem, Franġisk biddel ukoll il-libsa tiegħu: beda jilbes coqqa griza, lewn l-irmied, thazzem b'habel abjad, u ried li jimxi hafi. L-Isqof ta' Assisi tah il-permess li jippriedka l-Vangelu fil-knisja ta' San Gorg; fid-dawl tal-kelmiet ta' Kristu, Franġisk ippriedka l-paci u l-penitenza.

L-ewwel dixxipli u l-approvazzjoni Papali

immodifika

Għalkemm ma tkellimx bil-kelmiet difficli tal-għorrief, ma kenux ulied il-poplu biss dawk li ssahhru minn kliemu. L-għani Bennard u l-gurista Pietru Cattani wrewh li xtaqu li flimkien miegħu jaqsmu l-istess hajja tiegħu. Imma, mal-għonja u l-għorrief, malajr thalltu l-foqra u s-semplici. Fl-ewwel sena, kien hemm tmienja ohrajn li għazlu dik l-għamla ta' hajja. Franġisk, li ried jgħix dejjem f'ubbidjenza lejn il-Knisja, sena wara, hadhom miegħu Ruma, quddiem Papa Innocenz III. Il-Papa sabha difficli biex jagħtihom l-approvazzjoni tiegħu; imma l-Mulej nebbhu li kien sejjer jinqeda b'dak il-bniedem qaddis sabiex il-Knisja ma tiġġarrafx.

Bil-barka tal-Papa, Franġisk beda jinhass bhal Kristu iehor ihabbar l-ahbar it-tajba. Hu kien predikatur li jgħaddi minn post għall-iehor. Kien jitkellem b'kelmiet li jifhimhom kulhadd u kien jolqot il-bniedem fil-laham il-haj. Franġisk kien il-ħabbar tassew tal-kelma t'Alla għaliex ix-xandir tal-kelma kien ifisser li min jisimgħu, aktar milli jitgħallem, jiehu d-decizjoni li jbiddel hajtu.

Anki l-ghorrief u l-kbar tad-dinja kienu jisimghuh, u l-kelmiet imqanqla tieghu gie li giebu fihom sens ta' biza' li ma satax ma jiswilhomx ta' gid. Minkejja dan, il-bniedem li ssejjah "dawl mibghut mis-sema", "il-mibghut minn Alla", jew "Kristu iehor" emmen li ma kienx jisthoqqlu li jkun sacerdot. Ghalhekk, hu ghazel li jibqa' jservi 'l Alla bil-ministeru ta' djaknu.

Ix-Xewqa Missjunarja

immodifika

Il-qasam ewlieni tal-hidma appostolika ta' San Frangisk kien l-Italja ghaliex f'din l-art hu hadem bla waqfien mis-sena 1208 'il quddiem. Imma dak li tant kellu jifrah ghall-fatt li x'uhud minn uliedu fl-Ordni tal-Minuri mietu f'art ta' missjoni ghal Kristu, ma satax ma jkunx hu nnifsu mheggeg bl-istess entuzjazmu. Il-hegga missjunarja u x-xewqa tal-martirju inghaqdu flimkien f'San Frangisk. Imma l-ewwel darbtejn li pprova jmur lejn is-Sirja u l-Marokk, darba minnhom tempesta, u darb'ohra l-mard reġġgħuh lura lejn art twelidu.

Il-Klarissi

immodifika

Fis-sena 1212, San Frangisk waqqaf it-tieni Ordni tieghu li kien dak tas-Sorijiet. Fil-bidu ssejhu: "Id-Dami Fqajrin ta' San Damjan". Ghalkemm San Frangisk kien ir-ruh ta' din l-istituzzjoni, huma sabu mexxejja kbira f'Santa Klara ta' Assisi: li minnha s-Sorijiet issejhu "Klarissi".

Il-Vjaġġ fl-Eġittu

immodifika

Ftit wara t-tluq tal-ewwel missjunarji tieghu, San Frangisk innifsu, fl-24 ta' Lulju, 1219, salpa lejn l-Eġittu. Is-Sultan Malik-el-Kamil laqghu tajjeb u sama' l-kelma tieghu. Is-Sultan ingibed lejn dak il-bniedem ghaliex kien konvint li hu riedlu l-gid; imma ma halliex it-twemmin Musulman tieghu. San Frangisk ma giex moghti l-martirju ghal Kristu ghaliex, fiz-zmien qasir ta' esperjenza missjunarja, lilu habbewh anki dawk li ma qablux ma' dak li kien qed jippridkalhom. F'dak iz-zmien, ir-raba' Konċilju tal-Lateran kien ordna li ssir Krucjata gdida. Din kienet bejn is-snin 1217 -1221. L-imgiba ta' San Frangisk wriet li, fi zmien ta' falliment shih ta' dik il-Krucjata, aktar kien kien hemm possibiltà li l-Musulmani jersqu lejn Kristu permezz ta' messaggier ta' paci, milli permezz ta' suldati li juzaw l-armi kontra dawk li ma jaqblux maghhom.

Il-Presepju ħaj ta' Greccio

immodifika

Nhar l-24 ta' Dicembru, 1223, huwa gabar mieghu l-bdiewa u r-rghajja fqajrin li kienu jghixu qrib l-gholja ta' Greccio. San Frangisk riedhom li jhossu l-imhabba kbira ta' Gesù ghall-bniedem meta ghazel li jitwieled fil-ghar ta' Betlem. Hu pprezenta presepju haj, u tkellem b'kommozzjoni kbira fuq dan il-misteru tal-ghageb. Dik id-drawwa malajr bdiet tinfirex mad-dinja kollha kemm hi. Ghalkemm ma kienx l-ewwel darba li sar il-presepju fid-dinja nisranija, madankollu kien San Frangisk li qanqal l-imhabba ta' kulhadd ghall-presepju.

L-aħħar snin

immodifika

Mis-sena 1221 'il quddiem, meta kien ghadu ta' madwar 40 sena, Frangisku kien marid. L-ulied spiritwali tieghu digà kienu jwasslu ghal eluf. Kien hemm bzonn ta' mexxej minfloku. Ghalhekk fis-sena 1221, San Frangisk ghazel lil Fra Elija ta' Kortona biex ikun il-Vigarju tieghu fit-tmexxija. L-ahhar shin ta' hajtu, kienu dawk li fihom issokta jinghaqad ma' Alla dejjem izjed fit-talb. L-ghaqda ma' Kristu msallab kien qed ihossha fil-gisem u r-ruh tieghu ghaliex hu kien ghaddej minn zmien ta' tbatija.

Il-Pjagi

immodifika

Fis-sajf tas-sena 1224, San Frangisk ingabar fis-skiet tal-kunvent li kien fuq il-gholja La Verna. Il-qaddis kien jghakkes il-gisem tieghu billi, matul is-sena, isum ir-randan ghal seba' darbiet. Fuq dik il-gholja, hu kien qieghed isum ir-randan li kien jaghmel f'gieh l-Arkanglu San Mikiel. Lejn il-festa tal-ezaltazzjoni tas-Salib, li tahbat fl-14 ta' Settembru, waqt li kien fuq dik l-gholja fi granet ta' sawm u f'meditazzjoni fuq il-passjoni ta' Kristu, jingħad li l-Mulej Ġesù deherlu b'sitt igwienah, bhal serafin, maqtugh fl-ajru u b'dirghajh miftuhin, bir-riglejn ma' xulxin, u msallab ma' salib. Mill-gwienah, tnejn kienu weqfin fuq ir-ras, tnejn mifruxin ghattitjir, u tnejn jiksu l-gisem kollu. Imbaghad, waqt li kien mitluf f'estasi ta' mhabba, fl-idejn, fir-riglejn, u fil-genb ta' Frangisku bdew jidhru l-pjagi tal-istess Kristu msallab. L-idejn u r-riglejn dehru minfudin b'imsiemer li kellhom bhal ras tonda u sewda fuq iz-zewg nahat; kienu ppuntati u milwijin sabiex ma jinqalghux. L-imsiemer kienu tal-laham stess, imma mahrugin 'il barra. Il-genb lemini wkoll deher bhallikieku minfud minn lanza, u kien jaghti fl-ahmar ghall-gerha li kellu; ta' sikwit, il-gerha kienet tnixxi d-demm, u lbiesu kien jiccappaslu. Minn dak il-waqt, il-qaddis Frangisku, li sa minn tant zmien kien jarawh bhal Kristu iehor, gie trasfigurat fi xbieha hajja tal-Mulej anki fl-istess gisem tieghu.

Minn mindu ngħata l-pjagi, San Frangisk ma qata' qatt milli jbati fil-gisem tieghu. Hu mar Lejn Assisi fejn ghadda l-ahhar sentejn ta' hajtu, u kien dejjem marid. Persuni gheziez kienu jiehdu hsiebu, u jikkurawh. Ma kienx possibbli li jahbihom. Imma ftit kienu dawk li raw il-pjagi tieghu. L-ahhar sentejn giebu maghhom tbatijiet ohrajn. San Frangisk kien qieghed jitlef id-dawl ta' ghajnejh. F'dan iz-zmien li matulu Kristu kien ghaqqdu mieghu tant mill-grib fil-passjoni tieghu, San Frangisk kiteb l-"Ghanja tal-Hejjaq". Biex jobdi lill-Kardinal Ugolino di Segni, il-Protettur tal-Ordni, San Frangisk qaghad ghal xi kura li riedu jaghmlulu f'ghajnejh it-tobba tal-Qorti Papali nnifisha. Dan kien f'Rieti fis-sena 1225; kienet kura li giebet maghha tbatijiet kbar fil-pazjent. Fl-ahhar sena ta' hajtu, fl-1226, San Frangisk ghadda perjodi qosra fi Siena u f'Cortona. F'dak iz-zmien, il-qaddis deher tant maghfus bl-ugigh b'mod li kulhadd haseb li kien sejjer imut. Fix-xahar ta' April, 1226, bil-mod il-mod u b'hafna waqfien, San Frangisk raga' ttiehed fil-belt ta' Assisi. Ghall-ewwel, hu nzamm fil-palazz tal-Isqof; imbaghad, ghall-ahhar ta' Settembru, hu gie trasportat fil-kunvent ghaziz tal-Porzjunkola.

Frangisku ghadda l-ahhar hinijiet ta' hajtu jimmedita fuq il-passjoni ta' Kristu li r-rakkont taghha nqralu mill-Vangelu ta' San Gwann. Flimkien ma' hutu religjuzi, hu ried igedded ukoll it-tifkira tal-ahhar cena tal-Mulej ma' l-appostli. Il-mewt, li San Frangisk fil-"Ghanja tal-Hlejjaq" ried isejhilha "Ohtu", ma kenitx fil-boghod. Ir-religjuzi bdew ikantaw is-Salm 142: "B'lehen qawwi lill-Mule] insejjah; b'lehen gawwi lill-Mulej nitlob". U, lejn it-tmiem tas-Salm, meta tkantaw il-kelmiet: "Mill-habs ohrogni, biex inrodd hajr lil ismek. Madwari jduru l-gusti, ghax Int timxi tajjeb mieghi", ruhu harget minn gismu. Kien is-Sibt, 3 ta' Ottubru, 1226, filghaxija. San Frangisk kellu biss qrib il-45 sena.

Billi ma nzul ix-xemx kien jitqies li bdiet il-gurnata ta' wara, it-tifkira ta' San Frangisk intrabtet dejjem mal-4 ta' Ottubru. Il-Hadd filghodu, li kien proprju l-4 ta' Ottubru, il-gisem tieghu, b'akkumpanjament tal-kleru u l-poplu, ittiehed minn Santa Marija tal-Angli ghall-knisja ckejkna ta' San Gorg. 'Il San Frangisk, ghaddewh minn magenb il-monasteru tas-Sorijiet Klarissi, f'San Damjan: fejn huma, minn bejn il-grati tal-monasteru, setghu jaraw u jqimu l-pjagi tal-gisem qaddis tieghu. Il-gisem inzamm f'San Gorg ghal erba' snin. Kien hemm li hu gie ddikjarat qaddis mill-Papa Girgor IX, habib kbir u ammiratur tieghu, fis-16 ta' Lulju, 1228.

Il-Qabar

immodifika

Fil-25 ta' Mejju, 1230, il-fdal tiegħu ttiehed fil-Bazilika gdida li nbniet fuq l-gholja li bdiet tissejjah "Colle del Paradiso": l-Gholja tal-Genna, waqt li, sa dak iz-zmien, kienet tissejjah l-gholja tal-infern. Fil-bini ta' dik il-bazilika, il-mertu l-izjed kbir kien ta' Fra Elija ta' Cortona. Il-Papa Girgor IX, b'sinjal ta' qima lejn il-fdal ta' San Frangisk, lil dik il-Knisja riedha tissejjah "l-Omm u r-ras tal-Ordni kollu tal-Minuri", u hi baqghet dejjem is-Santwarju l-aktar ghaziz tal-Ordni Frangikan.

Patrunat

immodifika

Hu l-qaddis patrun tal-ambjent, tal-annimali, tal-ekoloġisti, tan-negozjanti, tal-Azzjoni Kattolika, u tal-Italja.

San Franġisk fl-Arti

immodifika

Fil-Letteratura

immodifika

Dante Alighieri ifakkar il-figura ta' Franġisku, fil-Canto XI tal-Paradiso u jiddeskrivi ż-"żwieġ mistiku" tiegħu mal-Faqar, Madonna Povertà, li

 ...privata del primo marito
millecent'anni e più dispetta e scura
fino a costui si stette senza invito 

—vv.64-66

u li qabel imut jafdaha lis-segwaċi tiegħu:

  a' frati suoi, sì com'a giuste rede
raccomandò la donna sua più cara
e comandò che l'amassero a fede 

—vv.112-114

Fil-Pittura

immodifika
 
San Francesco e storie della sua vita, tempera su tavola, 1235, altezza 160 cm, chiesa di San Francesco, Pescia

San Franġisk ispira ħafna pitturi:

Il-Franġiskani saħqu iktar fuq fuq is-sofferenza ta' Kristu u dan ġab raffigurazzjoni ġdida tal-Kurċifiss: mhux iżjed il-Kristu triumphans, trijunfanti (b'għajnejh miftuħin u qisu mhux qed ibati), imma Kristu patiens, sofferenti, b'rasu baxxuta u ġismu mitluq mejjet. L-hekk imsejjaħ Maestro bizantino del Crocifisso di Pisa forsi kien l-ewwel wieħed li ħa din ir-rappreżentazzjoni fl-Italja, li mbagħad ġiet żviluppata, minn Giunta Pisano, Cimabue uGiotto u l-iskola tiegħu.

Fiċ-Ċinema u t-Televiżjoni

immodifika

San Franġisk ispira ukoll ħafna diretturi ta' films:

Fil-Mużika

immodifika
  • 1880: Preludio per il Cantico del Sol di San Francesco d'Assisi S.499a għall-pjanu l-orgni, Franz Liszt (Raiding 1811- Bayreuth 1886)
  • 1880: Cantico del Sol di San Francesco d'Assisi S.4 għall-Orkestra, Orgni, Kor Maskili u Baritonu solista, Franz Liszt (Raiding 1811- Bayreuth 1886)
  • 1881: Cantico del Sol di San Francesco d'Assisi S.499, traskrizzjoni għall-pjanu, Franz Liszt (Raiding 1811- Bayreuth 1886)
  • 1863: Leggenda N°1 San Francesco d'Assisi: la predicazione agli uccelli S.175/1 għall-pjanu, Franz Liszt (Raiding 1811- Bayreuth 1886)
  • 1924: Le Laudi di San Francesco d'Assisi. Der Sonnengesang des heiligen Franziskus von Assisi Cantico delle Creature per Coro, Soli, vuċijiet tat-tfal, Orgni u Orkestra, Op. 25, di Hermann Suter, Svizzera (Kaiserstuhl, 1870 - Basel, 1926).
  • 1972 Fratello Sole, sorella Luna komposta minn Riz Ortolani, interpretata minn Claudio Baglioni u Donovan (bl-Ingliż "Brother sun, sister moon") għal film ta' Franco Zeffirelli.
  • 1975-1983: opra Saint François d'Assise, ta' Olivier Messiaen.
  • 1981: musical Forza Venite Gente, ta' Michele Paulicelli.
  • 1984: San Francesco fl-album mużikali Così... ta' Paolo Spoladore.
  • 2000 (fl-okkażjoni tal-Ġublew): album mużikali L'infinitamente piccolo, ta' Angelo Branduardi.
  • 2001: Altissimo mill-album mużikali Unanima ta' Paolo Spoladore.
  • 2004: Francesco, silta ta' Mango, mill-album Ti porto in Africa
  • 2006: opra lirika Francesco d'Assisi, komposta minn Orio Odori fuq librett ta' Daniele Bacci.