Santa Katerina ta' Siena
Santa Katerina ta' Siena (Siena 1347 – Ruma 1380) hija qaddisa tal-Knisja Kattolika bit-titlu ta' Verġni u Duttur tal-Knisja.
Santa Katerina ta' Siena, affresk ta' Andrea Vanni fil-Bażilika ta' Duminku, Siena, l-Italja | |
Twelid |
25 ta' Marzu 1347 Siena |
---|---|
Mewt |
29 ta' April 1380 Ruma |
Kanonizzazzjoni | 1461 minn Papa Piju II |
L-ikbar santwarju | Santwarju ta' Santa Katerina (Siena) |
Festa | 29 ta' April |
Attributi | libsa tad-Dumnikani, ġilju abjad, ġilju ta' Santa Katerina, ċurkett, ġrieħi |
Patrun/a | L-Italja, l-Ewropa |
Kienet l-iżgħar fost il-ħamsa u għoxrin wild tal-familja Benincasa. Ta’ tmintax-il sena, ikkonsagrat lilha nnifisha ‘l Alla, u daħlet Terzjarja San Duminku, u mal-ħajja kontemplattiva ta’ meditazzjoni u talb, bdiet ħajja l-aktar attiva, billi bdiet tmur fl-isptarijiet iddur bil-morda, u bix-xjuħ u tgħin lil kull min setgħet. Kienet tmur ukoll fil-ħabsijiet, u tkellem speċjalment lil dawk li kienu jkunu kkundannati għall-mewt.
Fl-epidemija tal-pesta, fl-1374, kienet tieħu ħsieb lil dawk li kienu jimirdu, iddur bihom u tgħinhom, u ġie li anke difnithom hi stess meta mietu.
Ħadmet u għenet ħafna L-Knisja meta kienet għaddejja minn wieħed miż-żminijiet tqal tagħha. Fl-1377, ikkonvinċiet lill-Papa Girgor XI biex iħalli Avignon, Franza u jmur Ruma. Ġara li meta miet, floku ġie elett il-Papa Urbanu VI f’Ruma, u f’Avignon ġie elett Papa ieħor bl-isem ta’ Klement VII, u warajh Benedittu XIII, li għal xi żmien kien appoġġat minn Vinċenz Ferrer, sakemm fl-1414, il-Konċilju ta’ Kostanza saħaq li Benedittu XIII għandu jirriżenja, u fl-1416, iddepożitah. Hi ħadmet bla heda biex tara l-Knisja magħquda mal-Papa leġittimu Urbanu VI.
Santa Katerina kitbet id-“Djalogu”, ktieb li jikkonsisti fi djalogi bejn Alla u r-ruħ; madwar erbaq’ mitt ittra lill-Papiet, mexxejja ta’ pajjiżi u nies prominenti, li juru l-fond ta’ l-ispiritwalita’ u tal-għerf tagħha; u kitbiet oħrajn. Tliet xhur qabel mietet, mardet u sofriet ħafna. Kellha devozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija, u kellha wkoll l-uġigħ ta’ l-istigmata.
Mietet fid-29 ta’ April 1380, f’Ruma, meta kellha 33 sena.
Il-Papa Pawlu VI fl-4 ta’ Ottubru 1970 iddikjaraha “Duttur tal-Knisja” flimkien ma Tereża t'Ávila.
Il-festa tagħha ssir fid-29 t'April.