San Ġwann Appostlu u Evanġelista

San Ġwann Appostlu u Evanġelista (Galilija, bidu l-ewwel seklu - Efesu, tmiem l-ewwel seklu) kien l-iżgħar Appostlu ta' Ġesù. Magħruf mit-tradizzjoni Kristjana bħala l-awtur tar-Raba' Vanġelu, San Ġwann kien bin Żebedew u Salomè, ħu Ġakbu l-Kbir. Qabel ma kien segwaċi ta' Ġesù, Ġwanni kien dixxiplu ta' Ġwanni l-Battista. Ġwanni jiġi attribwit rwol importanti permezz tat-tradizzjoni Biblika, fejn Ġwanni huwa mejqus bħala "id-dixxiplu l-maħbub". Ir-rwol ta' Ġwanni huwa fundamentali għaliex kien ix-xhieda tal-avvenimenti[1] li akkumpanjaw ħajjet Kristu, mill-għażla tat-tnax il-Appostlu sal-mewt fuq is-salib, fejn Ġwanni kien l-uniku wieħed mill-appostli preżenti. Għaldaqstant, Ġwanni kien dak li permezz tar-rakkont tiegħu fil-Vanġelu, daħal fil-fond tal-misteru ta' Kristu.

San Ġwann Appostlu u Evanġelista
appostlu

30 -
Ħajja
Twelid Bethsaida (en) Translate, 11
Nazzjonalità Ruma Antika
Grupp etniku il-Lhud
Mewt Efesu, 99
Post tad-dfin Turkija
Kawża tal-mewt kawżi naturali
Familja
Missier Zebedee
Omm Salomé
Aħwa
Edukazzjoni
Lingwi Aramajk
Għalliema historical Jesus (en) Translate
Ġesù
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni sajjied
teologu
mystic (en) Translate
awtur
Festa
27 ta' Diċembruu 26 ta' Diċembru

Wara li waqqaf il-Knisja f'Ġerusalemm huwa mar għal xi snin f'Efesu, fl-Asja Minuri (illum it-Turkija). Hemmhekk, skont it-tradizzjoni, għex mal-Madonna sakemm mietet. Minħabba t-tagħlim tiegħu, huwa kien eżiljat fil-95 WK fil-gżira ta' Patmos[2] mill-Imperatur Domitian. Miet f'Efesu, meta kellu madwar erbgħa u disgħin sena, fatt li jindikah bħala l-iktar wieħed li għex fost l-appostli. Is-simbolu ta' Ġwanni, l-ajkla, hija d-definizzjoni tal-viżjoni li tidher fil-ktieb tal-Apokalissi fejn jikkontempla il-veru dawl tal-Kelma. L-ajkla, fil-fatt, tħares lejn id-dawl qawwi tax-xemx direttament.

San Ġwann l-Evanġelista ta is-sehem tiegħu fil-kuntest Bibliku, sewwa sew fir-Raba' Vanġelu, fit-tlett Ittri u fl-Apokalissi, fejn iqawwi qalb lill-insara li kienu qed jiġu ippersegwitati.

San Ġwanni l-Evanġelista ta' Guido Reni

Referenzi

immodifika
  1. ^ Theissen, Gerd and Annette Merz. The historical Jesus: a comprehensive guide. Fortress Press. 1998.).
  2. ^ "Jiena, Ġwanni, ħukom u sieħeb tagħkom fit-taħbit u fis-saltna u fis-sabar ma' Ġesù, jien sibt ruħi fil-gżira jisimha Patmos minħabba l-Kelma ta' Alla u x-xhieda ta' Ġesù." - Apokalissi, 1:9.