Mérida (Spanja)

belt u muniċipalità f'Extremadura, Spanja

Mérida (pronunzja bl-Ispanjol: [ˈmeɾiða]) hija belt u muniċipalità Spanjola, parti mill-Provinċja ta' Badajoz, u l-belt kapitali tal-komunità awtonoma ta' Extremadura. Tinsab fil-parti ċentrali u tal-Punent tal-Peniżola Iberika 217-il metru 'l fuq mil-livell tal-baħar, u minnha jgħaddu x-xmajjar Guadiana u Albarregas. Il-popolazzjoni tal-belt kienet tlaħħaq is-60,119-il ruħ fl-2017.

Mérida (Spanja)
 Spanja
Amministrazzjoni
Stat sovranSpanja
Autonomous community of SpainExtremadura
Provinċja ta' SpanjaProvinċja ta' Badajoz
Kap tal-Gvern Antonio Rodríguez Osuna (en) Translate
Isem uffiċjali Mérida
Méria
Ismijiet oriġinali Mérida
Kodiċi postali 06800
Ġeografija
Koordinati 38°54′57″N 6°20′00″W / 38.915833333333°N 6.3333333333333°W / 38.915833333333; -6.3333333333333Koordinati: 38°54′57″N 6°20′00″W / 38.915833333333°N 6.3333333333333°W / 38.915833333333; -6.3333333333333
Mérida (Spanja) is located in Spain
Mérida (Spanja)
Mérida (Spanja)
Mérida (Spanja) (Spain)
Superfiċjenti 865.60 kilometru kwadru
Għoli 217 m
Fruntieri ma' Cáceres, Badajoz, Almendralejo (en) Translate, Aljucén (en) Translate, Alange (en) Translate, Santa Amalia (en) Translate, Guareña (en) Translate, San Pedro de Mérida (en) Translate, Valverde de Mérida (en) Translate, Trujillanos (en) Translate, Mirandilla (en) Translate, El Carrascalejo (en) Translate, Don Álvaro (en) Translate, La Zarza (en) Translate, Villagonzalo (en) Translate, Torremejía (en) Translate, Aceuchal (en) Translate, Solana de los Barros (en) Translate, Lobón (en) Translate, Montijo Spain (en) Translate, Torremayor (en) Translate, La Garrovilla (en) Translate, Esparragalejo (en) Translate, Arroyo de San Serván (en) Translate, Calamonte (en) Translate, La Roca de la Sierra (en) Translate, Puebla de Obando (en) Translate, Cordobilla de Lácara (en) Translate, Carmonita (en) Translate, Montánchez (en) Translate, Alcuéscar (en) Translate, Arroyomolinos (en) Translateu La Nava de Santiago (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 59,461 abitanti (2023)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1834
Żona tal-Ħin UTC+1
bliet ġemellati Mérida, Astorga, Méridau Mérida
merida.es

Emerita Augusta ġiet stabbilita bħala kolonja Rumana fil-25 Q.K. skont l-ordni tal-Imperatur Awgustu biex isservi bħala post ta' rtir għas-suldati veterani (emeriti) tal-leġjuni V Alaudae u X Gemina. Il-belt, waħda mill-iżjed importanti fil-Hispania Rumana, kellha l-kumditajiet kollha ta' belt Rumana kbira u serviet bħala l-belt kapitali tal-provinċja Rumana tal-Lusitania mill-istabbiliment tagħha u bħala l-belt kapitali tad-Djoċesi kollha ta' Hispania matul is-seklu 4 W.K. Wara l-invażjonijiet tal-Viżigoti, Mérida baqgħet belt importanti tar-Renju tal-Viżigoti ta' Hispania fis-seklu 6. Fis-713, il-belt inħakmet mill-Kaliffat tal-Umayyad, u baqgħet taħt it-tmexxija Musulmana. Il-poplu Możarabiku tal-peniżola rribellaw kemm-il darba kontra l-awtoritajiet tal-Kaliffat fis-seklu 9 u l-belt bdiet tmajna bil-mod il-mod. Wara t-tmexxija tal-Almoħadin, Mérida, li żammet ma' Ibn Hud kontra l-Almoħadin, inħatfet minn Alfonso IX ta' León fl-1230.

Flimkien ma' Badajoz, il-belt hija s-sede metropolitana tal-Arċidjoċesi ta' Mérida-Badajoz. Saret il-belt kapitali tal-komunità awtonoma ta' Extremadura fl-1983. Is-sit arkeoloġiku fil-belt tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993.[1]

Is-sindku attwali (mill-2015) huwa Antonio Rodríguez Osuna, mill-Partit Soċjalist tal-Ħaddiema Spanjol.

Isem Mérida oriġina mil-Latin Emerita, li tfisser "irtirat" jew "veteran". Dan kien parti mill-isem li l-belt ingħatat wara li ġiet stabbilita mill-Imperatur Awgustu fil-25 Q.K. bħala Augusta Emerita, li kienet kolonja li fiha kienu jgħixu s-suldati veterani jew emeriti.

Mérida ilha popolata mill-preistorja kif ħareġ fid-dieher permezz ta' sejba prestiġjuża ta' ġojjellerija tad-deheb li ġiet skavata minn qabar ta' tifla fl-1870. Din is-sejba kienet tikkonsisti minn żewġ brazzuletti ta' mal-polz, brazzuletta kbira tal-idejn u katina magħmula minn sitt anelli spirali tal-wajer, li issa jinsabu ppreservati fil-Mużew Brittaniku (bl-Ingliż: British Museum).[2] Ir-raħal ġie stabbilit fil-25 Q.K., bl-isem ta' Emerita Augusta (li jfisser il-veterani – b'referenza għas-suldati li jkunu rtiraw – tal-armata ta' Awgustu, li stabbilixxa l-belt; l-isem Mérida huwa evoluzzjoni ta' dan l-isem) skont l-ordnijiet tal-Imperatur Awgustu, għall-protezzjoni ta' mogħdija u pont fuq ix-xmara Guadiana. Emerita Augusta kienet waħda mill-waqfiet tal-Vía de la Plata (Mogħdija tal-Fidda), rotta Rumana strateġika bejn il-minjieri tad-deheb madwar Asturica Augusta u l-iżjed belt Rumana importanti fil-Peniżola Iberika. Il-belt saret il-belt kapitali tal-provinċja tal-Lusitania, u waħda mill-iżjed bliet importanti fl-Imperu Ruman. F'Mérida ġew ippreservati iżjed monumenti Rumani importanti tal-qedem minn kwalunkwe belt oħra fi Spanja, inkluż arkata trijonfali u teatru.

Wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent, matul żmien il-Viżigoti, il-belt żammet il-biċċa l-kbira tal-ġmiel tagħha, speċjalment taħt id-dominju tal-isqfijiet fis-seklu 6, meta kienet il-belt kapitali ta' Hispania.

Fis-713 inħakmet mill-armata Musulmana taħt Musa ibn Nusayr, u saret il-belt kapitali tal-cora ta' Mérida; l-Għarab użaw mill-ġdid il-biċċa l-kbira tal-binjiet Rumani tal-qedem u kabbru xi wħud, bħall-Alcazaba. Matul il-fitna ta' al-Andalus, Mérida kienet tagħmel parti fit-Taifa l-ġdida ta' Badajoz.

Il-belt sfat taħt it-tmexxija Kristjana fl-1230, meta nħakmet minn Alfonso IX ta' León, u sussegwentement saret is-sede tal-monasteru ta' San Marcos de León tal-Ordni ta' San Ġakbu. Wara l-unifikazzjoni tal-kuruni ta' Aragona u ta' Kastilja (is-seklu 15), beda perjodu ta' rkupru għal Mérida, bis-saħħa tal-appoġġ ta' Alonso de Cárdenas, il-Gran Mastru tal-Ordni.

Fl-1720, il-belt saret il-belt kapitali tal-Intendencia ta' Mérida. Il-belt tifforma parti wkoll mill-mogħdija tal-Via de la Plata tal-Pellegrinaġġ ta' San Ġakbu bħala alternattiva għar-Rotta Franċiża.

Matul is-seklu 19, fl-qilla tal-invażjoni ta' Napuljun, bosta monumenti ta' Mérida u ta' Extremadura nqerdu jew ġarrbu xi ħsarat. Iktar 'il quddiem il-belt saret ċentru ferrovjarju u kellha industrijalizzazzjoni enormi.

Fl-10 ta' Awwissu 1936, matul il-Gwerra Ċivili Spanjola, fil-Battalja ta' Mérida n-Nazzjonalisti kisbu l-kontroll tal-belt.[3]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Il-Kumpless Arkeoloġiku ta' Mérida ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

 
Klimogramma ta' Mérida.

Mérida għandha klima Mediterranja b'influwenzi Atlantiċi, minħabba l-prossimità tal-kosta Portugiża. Ix-xtiewi huma miti u t-temperatura minima qajla tinżel taħt iż-0 °C (32 °F). Is-sjuf huma sħan u t-temperatura massima xi kultant taqbeż l-40 °C (104 °F).

Il-preċipitazzjoni normalment tkun bejn 450 u 500 mm (17.7 sa 19.7-il pulzier) fis-sena. L-iżjed xhur bix-xita huma Novembru u Diċembru. Is-sjuf huma nexfin, u f'Mérida, bħal fil-kumplament tan-Nofsinhar ta' Spanja, spiss ikun hemm ċikli ta' nixfa, li jvarjaw bejn sentejn u ħames snin.

Fil-ħarifa l-klima tinbidel iktar mill-bqija tas-sena. Sikwit ikun hemm il-maltempati, iżda t-temp ġeneralment ikun niexef.

Kemm l-umdità kif ukoll il-qawwa tal-irjieħ ikunu baxxi. Madankollu, spiss ikun hemm iċ-ċpar, speċjalment fix-xhur ċentrali tal-ħarifa u tax-xitwa.

Data klimatika għal Mérida, temp. normali għall-1981-2010
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja f'°C (°F) 14.0

(57.2)

16.1

(61.0)

20.1

(68.2)

21.6

(70.9)

25.9

(78.6)

31.6

(88.9)

34.8

(94.6)

34.7

(94.5)

30.6

(87.1)

24.4

(75.9)

18.3

(64.9)

14.5

(58.1)

23.9

(75.0)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 8.9

(48.0)

10.5

(50.9)

13.4

(56.1)

15.2

(59.4)

18.9

(66.0)

23.6

(74.5)

26.3

(79.3)

26.3

(79.3)

23.2

(73.8)

18.3

(64.9)

13.0

(55.4)

9.9

(49.8)

17.3

(63.1)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 3.8

(38.8)

4.8

(40.6)

6.8

(44.2)

8.7

(47.7)

11.9

(53.4)

15.7

(60.3)

17.8

(64.0)

17.8

(64.0)

15.9

(60.6)

12.2

(54.0)

7.6

(45.7)

5.3

(41.5)

10.7

(51.2)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 51.4

(2.02)

40.7

(1.60)

33.2

(1.31)

49.2

(1.94)

43.0

(1.69)

15.3

(0.60)

3.6

(0.14)

5.7

(0.22)

25.4

(1.00)

61.4

(2.42)

69.3

(2.73)

69.3

(2.73)

467.5

(18.4)

Medja ta' jiem bix-xita (≥ 0.1 mm) 10.3 9.4 8.2 8.9 7.7 2.4 0.9 1.7 4.6 9.8 9.9 12.5 86.3
Sors: L-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija.[4]

Avvenimenti annwali

immodifika

Emerita Lvdica

immodifika

Kull sena l-belt tospita avveniment ta' ġimgħa li jiċċelebra l-istorja Rumana tal-inħawi. Il-"logħbiet" (lvdica) jinkludu avvenimenti skedati fil-belt kollha binhar u filgħaxija. Isiru wkoll parati b'kostumi b'kuluri jgħajtu, b'gladjaturi bl-armaturi, battalji taparsi fl-anfiteatru antik, kif ukoll simulazzjoni tal-ħajja ta' kuljum fi żmien ir-Rumani. Dan l-avveniment normalment isir lejn l-aħħar ġimgħa ta' Mejju sal-ewwel tmiem il-ġimgħa ta' Ġunju u wieħed jista' jara x'programm ikun se jitħejja billi jżur is-sit web tal-belt.[5]

 
Il-Pont Ruman.
 
L-Akkwedott tal-Mirakli.
 
It-Tempju ta' Diana.

Attrazzjonijiet prinċipali

immodifika

Fost il-monumenti Rumani li għad fadal hemm:

  • Il-Pont Ruman (bl-Ispanjol: Puente Romano), li huwa pont fuq ix-xmara Guadiana li għadu jintuża min-nies bil-mixi, u huwa l-itwal pont eżistenti tar-Rumani. Anness miegħu hemm fortifikazzjoni (l-Alcazaba), li nbniet mill-emir Musulman Abd ar-Rahman II fit-835 fuq il-ħitan Rumani u l-binjiet Rumani-Viżigotiċi tal-inħawi. Fil-binja hemm mużajk Ruman u taħt l-art hemm ċisterna ta' żmien il-Viżigoti.[6]
  • Il-fdalijiet tal-Forum, inkluż it-Tempju ta' Diana, u l-Forum Provinċjali Ruman, bl-hekk imsejħa Arkata ta' Trajanu.
  • Il-fdalijiet tas-Circus Maximus (is-seklu 1 Q.K.), wieħed mill-iżjed binjiet Rumani ta' dan it-tip li għadu ppreservat daqshekk tajjeb.
  • L-Akkwedott tal-Mirakli.
  • Il-Villa patrizja msejħa Villa Mitreo, bil-pavimentar bil-mużajk prezzjuż.
  • Id-Diga ta' Proserpina u d-Diga ta' Cornalvo, żewġ ġibjuni Rumani li għadhom jintużaw.
  • L-Anfiteatru u t-Teatru Ruman, fejn isir festival tas-sajf tat-teatru klassiku, normalment b'verżjonijiet ta' reċti Griegi-Rumani klassiċi jew moderni ambjentati fi żmien il-qedem.
  • Is-sit arkeoloġiku ta' Morerías.
  • Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti Rumana, iddisinjat minn Rafael Moneo.
  • Il-Knisja ta' Santa Eulalia, li tmur lura għas-seklu 4 iżda li reġgħet inbniet fis-seklu 13. Il-portiku tagħha jerġa' juża partijiet minn tempju antik ta' Marte.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu:

Diversi binjiet notevoli nbnew iktar reċentement, fosthom l-Iskola jew il-Kulleġġ tal-Amministrazzjoni Pubblika (bl-Ispanjol: Escuela de la Administración Pública), il-Kunsilli u l-Assemblea ta' Extremadura (bl-Ispanjol: Consejerías y Asamblea de Junta de Extremadura), l-Aġenzija tal-Qasam tad-Djar ta' Extremadura (bl-Ispanjol: Agencía de la Vivienda de Extremadura), il-Librerija Statali (bl-Ispanjol: Biblioteca del Estado), il-Palazz tal-Kungressi u tal-Wirjiet jew l-Awditorju (bl-Ispanjol: Palacio de Congresos y Exposiciones), il-Ċentru Kulturali u tad-Divertiment taż-Żgħażagħ (bl-Ispanjol: Factoría de Ocio y Creación Joven), il-Kumpless Kulturali ta' Hernán Cortés (bl-Ispanjol: Complejo Cultural Hernán Cortés), il-Belt Sportiva (bl-Ispanjol: Ciudad Deportiva), l-Università ta' Mérida (bl-Ispanjol: Universidad de Mérida), il-Konfederazzjoni Idrografika tax-xmara Guadiana (bl-Ispanjol: Confederación Hidrografica del Guadiana) iddisinjata minn Rafael Moneo, il-Pont ta' Lusitania fuq ix-xmara Guadiana ddisinjat minn Santiago Calatrava, il-Palazz tal-Ġustizzja, eċċ.

Mérida AD huwa t-tim tal-futbol prinċipali tal-belt. Ġie stabbilit fl-2013 bħala suċċessur ta' Mérida UD, li kien is-suċċessur ta' CP Mérida. It-tim ta' dan tal-aħħar lagħab żewġ staġuni fid-diviżjoni ewlenija ta' Spanja, La Liga, lejn l-aħħar tas-snin 90 tas-seklu 20.

It-tliet klabbs kollha lagħbu fil-grawnd tal-belt Estadio Romano li jesa' 14,600 ruħ. Fid-9 ta' Settembru 2009 ospita t-tim nazzjonali tal-futbol ta' Spanja li rebaħ 3-0 kontra l-Estonja fil-kwalifikazzjonijiet għat-Tazza tad-Dinja FIFA tal-2010, li mbagħad rebħu. Is-Sindku ta' Mérida Ángel Calle stqarr, "Irridu nużaw il-partita ta' kontra l-Estonja biex nippromwovu lil Mérida u lil Extremadura; se nilqgħu lill-plejers bħallikieku kienu gladjaturi tas-seklu 21".[7]

Ġemellaġġ

immodifika

Mérida hija ġemellata ma':

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Ensemble of Mérida". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-27.
  2. ^ "Collection". The British Museum (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-27.
  3. ^ Beevor, Antony. (2006). The Battle for Spain. The Spanish Civil War, 1936-1939. Penguin Books. Londra. p. 120
  4. ^ WMO. "World Weather Information Service". World Weather Information Service (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-27.
  5. ^ "Emerita Lvdica » Turismo Mérida" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-27.
  6. ^ O’Connor, Colin (1993), Roman Bridges, Cambridge University Press, pp. 106–107, ISBN 0-521-39326-4.
  7. ^ "Reuters Soccer Blog » Blog Archive » Spain's '21st century gladiators' do Merida proud | Blogs |". web.archive.org. 2009-09-15. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-09-15. Miġbur 2023-04-27.