Rinaxximent

moviment kulturali fis-sekli 14 sa 17

Rinaxximent hija kelma li ġejja mill-Franċiż li tfisser Qawmien mill-ġdid.Dan il perjodu tal-istorja beda mill-1340 u ntemm fil-1600.

Il-Pietà tal-Bażilika ta' San Pietru tal-Vatikan (1496)

Ir-Rinaxximent kien it-tmiem tal-Medjuevu u l-bidu ta' żmien aktar modern.

Kien żmien ta' tibdil kbir fil-ħsieb tal-bniedem li kellu effett fuq il-letteratura, pittura, skultura u kull aspett tal-ħajja tal bniedem.Il-bniedem kien qisu twieled mill ġdid.

Il-bniedem kien meqjus xi haġa hażina u xogħlu f'din id-dinja kien li jsalva ruħu. Kull ħaġa li tfixklu milli jagħmel dan kienet ħażina. Iċ-ċentru ta' kollox kien Alla.

Kull ma kellu x'jaqsam mal-bniedem kien ikrah u ħażin.

Fil Medjuevu l'ħajja kienet tikkonċentra biss fur ir-reliġjon. Eżempju ta' din kienet il-pittura. Din biss b'suġġetti reliġjużi li turi l-kobor ta' Alla.

Fdak il-perjodu kittieba Taljani Francesco Petrarca u Giovanni Boccacio bdew jinteressaw ruħhom u jistudjaw il-letteratura tal-Greċja tal-qedem.

Fl-istess ħin ħafna studjuzi Griegi telqu minn Kostantinopli għax beżgħu minn invażjoni Torka. Dawn l-istudjużi ġabu magħhom hafna kitbiet tal-Greċja antika. Bis-saħħa ta' hekk fl-Italja qam interess kbir fil-kultura Griega hekk imsejħa klassika.